.
 


Main Menu

Audio Guide

Cultel
Click here to buy an Interactive CD on the city of Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on MaltaClick here for information on the Mp3 Audio guide

no flash

 

 

 

Minuti Laqgha 01(05)


 Minuti tal-Laqgha Numru 01 (05) 

 

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu iltaqa’ għal-laqgħa numru 1(05) fl-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill F’Couvre Porte nhar it-Tlieta 3 t’April 2007 fi 6:30 ta’ filgħaxija.

 

Prezenti  

Is-Sur John Boxall – Kunsillier, is-Sur Christopher Cassar – Kunsillier, is-Sinjura Miriam Grech – Kunsilliera, is-Sur Ivan Peresso – Kunsillier u s-Sinjura Judith Saliba – Kunsilliera.

 

Peress li din kienet l-ewwel laqgħa tal-ħames Kunsill ippresediet s-sinjura Judith Saliba peress li s-sinjura Saliba hija l-iktar persuna anżjana fil-Kunsill.

 Talba  

Is-sinjura Judith Saliba qalet it-talba u tat bidu għal-laqgħa.

 

1.Hatra tas-Sindku  

Il-Kunsilliera Judith Saliba talbet lis-sur John Boxall jekk hu ma jaċċettax l-kariga ta’ Sindku, peress li skond il-liġi tal-Kunsilli Lokali, l-Kunsillier elett li, fl-aħħar elezzjoni lokali kiseb l-ogħla għadd ta’ voti ma’ l-ewwel għadd min fost il-kandidati tal-partit politiku li   kiseb l-maggoranza assoluta ta’ kunsillieri u li f’ismu ikun ikkontesta, ikun elett Sindku.

 

Is-Sur John Boxall aċċetta din il-kariga u qara l-aċċettazzjoni tal-kariga tiegħu bħala Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Birgu.

 

Hawnhekk, il-Kunsilliera Judith Saliba filwaqt li ferhet lis-sur John Boxall, ċediet posta għas-Sur Boxall sabiex ikompli jippresiedi l-laqgha fejn filwaqt li rringrazzja lil Kunsilliera  qal li l-għan tiegħu huwa li jżomm l-Kunsill maqgħud u li hu għandu agenda waħda, li l-Birgu jkun l-ewwel u qabel kollox. Is-Sur Boxall, Sindku, awgura lil Kunsilliera u weighed l-ghajnuna tieghu sabiex dak imfassal jigi mwettaq tul din il-legislatura.

 

2.Hatra ta’ Vici Sindku.

 

Is-Sur John Boxall, Sindku, talab lis-Sur Christopher Cassar, Kunsillier, jekk hu ma jaċċettax l-kariga ta’ Vici Sindku peress li s-sur Cassar fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ta’ l-10 ta’ Marzu 2007 kien kiseb l-għola għadd ta’ voti wara s-Sindku. Is-Sur Christopher Cassar aċċetta l-kariga ta’ Viċi Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Birgu u qara l-ittra ta’ l-aċċettazzjoni.

 

 

3.Aggornament.

 

Is-Sindku talab lil Kunsilliera prezenti sabiex jagħzlu l-aħjar ġurnata sabiex fiha l-Kunsill jibda jintaqa’. Wara diskussjoni, is-sinjura Judith Saliba ssugerit sabiex il-laqgha tal-Kunsill tibda ssir nhar t’Erbgha, s-sur Ivan Peresso ssekonda dan is-suggeriment u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

Il-Laqgha ntemmet fis-7:00 ta’ filghaxija u giet aggornata ghal nhar l-Erbgha 18 t’April 2007 fi 6:00 ta’ filghaxija.

 

    ___________________________                                          ________________________

Christine Bonello                                                    ikkonfermati    John Boxall

Segretarja Ezekuttiva                                                                   Sindku 
 

 

 

 

gov.mt Official Website

AVEC

Qualicities

Members of the ARCHIMED program

Cultel

Fondazzjoni Wirt Artna

heritage malta birgu

Kazin Ghaqda Filarmonika Birgu

Dominicans Convent Website

San Lawrenz

San Lawrenz

Vittoriosa Historical and Cultural Society

Rotary Club La Vallette

Vittoriosa Lightenings FC

Vittoriosa Stars FC

Walled Towns Friendship Circle

Malta and Gozo Restaurant Guide

 
 
Website Design & Development by jcmwebs