.
 


Main Menu

Audio Guide

Cultel
Click here to buy an Interactive CD on the city of Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on MaltaClick here for information on the Mp3 Audio guide

no flash

 

 

 

Minuti Laqgha 02(05)


Minuti tal-Laqgha Numru 02 (05) 

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu iltaqa’ għal-laqgħa numru 2(05) fl-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill F’Couvre Porte nhar il-Hamis 26 t’April 2007 fi 6:00 ta’ filgħaxija minflok l-Erbgha 18 t’April, 2007, peress li s-Segretarja Ezekuttiva, kienet ma tiflahx.

 Prezenti  

Is-Sur John Boxall – Sindku, is-Sinjura Miriam Grech – Kunsilliera, is-Sur Ivan Peresso – Kunsillier u s-Sinjura Judith Saliba – Kunsilliera.

 

Is-sur Christopher Cassar – Vici Sindku nghaqqad ghal laqgha fi 6:20 ta’ filghaxija u telaq fi 8:35 ta’ filghaxija.

 Talba  

Is-Sur John Boxall, Sindku, qal it-talba u tah bidu għal din il-laqgħa.

 

Is-Sindku talab sabiex qabel ma’ l-Kunsill jibda l-Agenda ghal din il-laqgha, l-Kunsilliera prezenti japprovaw sabiex l-Kunsill Lokali tal-Birgu jahtar Agent Segretarju Ezekuttiv. Is-Sindku qal li bi ftehim bejn id-Dipartiment tal-Gvern Lokali, l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, l-Assocjazzjoni tas-Segretarji Ezekuttivi tal-Kunsilli Lokali u l-Unions koncernati, l-persuna trid tkun Segretarja Ezekuttiva diga mpjegata ma’ xi Kunsill iehor. Ghaldaqstant, is-Sindku, s-sur John Boxall ssugerixxa sabiex tinbeda l-procedura biex l-Kunsill jahtar Deputat Segretarju Ezekuttiv,. Is-sur Ivan Peresso, Kunsillier, ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 
  1. Qari u Approvazzjoni tal-Minuti
 

Il-Minuti tal-Laqgha numru 01/05 ittiehdu bhala moqrija u gew approvati unanimament.  

     

2.Korrispondenza.

 

 

2.1  Is-Sindku, nforma lil Kunsilliera prezenti li llum, l-Kunsill Lokali tal-Birgu kien rcieva l-ewwel pagament ta’ Lm 19, 759.90 mid-Dipartiment tal-Bini u t-tiswija tad-Djar ghall-ispejjez tax-xoghlijiet ta’ kostruzzjoni li saru fil-Gnien Pubbliku fl-area fuq tal-Hawli.

2.2  Is-sur John Boxall, Sindku, tah informazzjoni lil Kunsilliera dwar il-progett LINGUA, progett fi hdan l-Unjoni Ewropea.  Dwar dan il-progett, is-Sindku qal li l-Kunsill, kien diga gie avvicinat madwar sena ilu biex jippartecipa u dan il-progett jirrigwardja s-signage fl-Ibliet u l-Lingwa Maltija. Is-Sindku qal li hu kien rcieva invite sabiex jattendi ghal l-inawgurazzjoni ta’ dan il-prgoett li ser issir gewwa Dobrich, fil-Bulgarija bejn it-23 u l-25 ta’ Mejju, 2007. Wara diversi korrispondenza man-nies inkarigati min dan il-progett gewwa Dobrich, huma talbu sabiex tintbaghat persuna ohra u l-ispejjez ghaz-zjara tas-Sindku u ta’ din il-persuna ser jigu mhallsa mic-Chamber of Commerce and Industry ta’ Dobrich. L-ammont li huma offrew li jhallsu huwa ta’ 3486.66 USD, li jkopri l-biljetti ta’ l-ajru ta’ enejn min-nies, kif ukoll s-subsistance allowance. Wara diskussjoni, is-Sindku ppropona sabiex is-sur Ivan Peresso, Kunsillier, jippartecipa hu mieghu, ghal din l-inawgurazzjoni. Il-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar issekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

2.3  Is-Sindku pprezenta zewg kwotazzjonijiet sabiex issiru l-kartolini tal-Milied ghas-sena 2007. Is-Sindku ssugerixxa sabiex ghalissa l-Kunsill jistenna qabel ma jiehu decizjoni. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

2.4  Is-Sindku, nforma lil Kunsilliera prezenti li ntbaghtet ittra lis-Segretarju Ezekuttiv tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta sabiex l-Kunsill Lokali tal-Birgu, jinghata taghrif fuq zvillupi dwar il-progett URBACT, li l-istess Kunsill hu msieheb fih.

 

2.5  Is-sur John Boxall, Sindku, qal li fi 9 t’April, 2007, ntbaghatet ittra lis-sur Anthony Valvo, Chairman tal-Kumitat Kongunt Fgura, sabiex jinfurmah li l-Kunsill Lokali tal-Birgu bi hsiebu jiftah libel kontra s-sur Joe Borg, manager, tal-Kumpanija Sterling Securities. Is-Sindku qal li l-ispejjez sabiex tinfetah kawza civili huma ta’ Lm 250. Wara diskussjoni, il-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar ppropona sabiex l-Kunsill ifittex lis-sur Joe Borg b’kawza civili. Is-sinjura Judith Saliba ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu. Is-Sindku, rringrazzja lil Vici Sindku u lil Kunsilliera ta’ l-appogg taghhom u qal li jekk dan il-libel jintrebah il-flus jinghataw kollha lil Kunsill.

 

2.6  Is-Sindku pprezenta kopja tar- Rapport maghmul mis-Segretarja Ezekuttiva dwar l-inizjattivi tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, relatata ma’  l-applikazzjoni tal-Kunsill ghal premju “Best Emerging Rural Destination”, premju fi hdan l-Awtorita tat-Turizmu.

 

2.7  Is-sur John Boxall, Sindku qal li l-Kunsill ircieva ittra sabiex ihallas l-membership fee ghas-sena 2007 fi hdan l-Walled Town Frienship Circle. Is-Sindku ssugerixxa sabiex din tithallas u b’hekk il-Kunsill Lokali tal-Birgu jibqa’ membru fi hdan din l-assocjazzjoni. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

Hawnhekk, is-Sindku qal li huwa kien ppropona li fl-2009, din il-konferenza ser issir gewwa l-Birgu. Is-Sindku ssugerixxa sabiex l-Assocjazzjoni Walled Town Friendship Circle tkun parti mir-responsabilitajiet tal-Kunsilliera Miriam Grech, is-sur Christopher Cassar, Vici Sindku, ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

 

2.8  Donazzjoni ta’ Lm 25 mil-Kumpanija Where’s Everybody. Is-Sindku qal li din l-kumpanija tat din id-donazzjoni lil Kunsill Lokali tal-Birgu bhala ringrazzjament ghal permessi mehtiega li l-Kunsill tah lil din il-kumpanija sabiex jintuza Gnien il-Kunsill. Is-Sindku ssugerixxa sabiex dawn il-flus jintuzaw ghal attivitajiet relatati mal-Gimgha l-Kbira u t-tisbih tal-Foss. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

2.9  Is-Sindku pprezenta proposti ghal progett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, propost mil-belt ta’ Santarem fil-Portugal. Is-Sindku qal li dan il-progett hu bbazat fuq it-tema tal-liberta u ghalih jinhtiegu artisti . Ghalhekk hu avvicina lis-sur Clive Busuttil u lis-sur Andrew Bugeja u huma kienu interessati li jippartecipaw fi hdan il-progett, izda kienu qed jistennew l-approvazzjoni tal-Kunsill. Wara diskussjoni, s-Sindku ppropona li l-Kunsill jippartecipa f’dan il-progett, is-sinjura Miriam Grech, kunsilliera, issekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

2.10          Ittra mil-Kap ta’ l-Iskola Erin Serracino Inglott fejn talbet li l-Kunsill Lokali tal-Birgu joffri kotba biex jinghataw lil studenta maghzula f’Jum il-Premjazzjoni. Is-Sindku ssugerixxa sabiex din it-talba tigi milqugha. Is-sinjura Judith Saliba, kunsilliera ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu       

 

2.11          Ittra mibghuta lis-Segretarju ta’ l-Ghaqda tan-nar 10t’Awissu sabiex tingibed l-attenzjoni li ma ntalab l-ebda permess lil Kunsill Lokali tal-Birgu sabiex tintrama parti sostanzjali mil-pjazza bis-siggijiet ghal purcissjoni tal-Gimgha l-Kbira nhar is-6 t’April, 2007.

 

2.12          Korrispondenza minghand is-sur Lawrence Farrugia, assistant direttur fid-dipartiment tal-Gvern Lokali, sabiex l-Kunsill Lokali tal-Birgu jiehu sehem fil-programm ta’ l-Unjoni Ewropea MT-3 – “Nippromovu l-ugwaljanza ghall-opportunita indaqs permezz ta’ l-Empowerment focus group.” Wara diskussjoni l-Kunsillieri prezenti bi qbil unanimu qablu li l-proposti ghal dan il-progett mhumiex viabli ghal Kunsill Lokali tal-Birgu.

 

2.13          Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li ser jinghata bidu ghax-xoghlijiet tat-tieni parti tat-trinka li ser issir mill-monument tal-Helsien sar- Regatta klabb ta’ Bormla u li dawn il-progetti diga gew approvati mill-ADT.

 

2.14          Proposta mil- kumpanija Square Wheel Productions sabiex jitella’ spettaklu komplut ta’ zfin, kant u rappreznetazzjonijiet teatrali, bl-isem Vittoriosa at the Opera.  Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex issir laqgha ma’ rapprezentanti ta’ din il-kumpanija sabiex jigu diskussi iktar fid-dettal l-proposti taghhom. Is-sur Christopher Cassar, Vici Sindku, ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

2.15          Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li ser issir konferenza fi hdan il-progett Qualicities gewwa Cosenza fl-Italja bejn is-17 u l-21 ta’ Mejju, 2007. Is-Sindku qal li f’din l-konferenza ser jigu diskussi l-audit procedures  u ghalhekk ssugerixxa sabiex  ghal din il- konferenza ghandha tattendi is-Segretarja Ezekuttiva. Is-Sur Christopher Cassar, Vici Sindku, ppropona li s-Sindku u s-Segretarja Ezekuttiva ghandhom jattendu ghal din il-konferenza. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

2.16          Ittra minghand is-sur Jonathan Cini, Segretarju ta’ l-Ghaqda Muzikali San Guzepp fejn talbu sabiex l-Kunsill Lokali tal-Birgu jaghti permess lil din is-socjeta biex tinharaq kaxxa infernali mill-inhawi tax- Xewkija, fil-konfini tal-Birgu, nhar is-Sibt u l-Hadd 7 u 8 ta’ lulju, 2007. Is-Sindku ssugerixxa sabiex jinghata l-permess mehtieg, is-sinjura Miriam Grech, Kunsilliera, issekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 2.17          Ittra minghand is-Segretarju tal-Vittoriosa Stars F.C. fejn talbu lil Kunsill sabiex fl-iqsar zmien possibli issir laqgha mal-membri tal-Kumitat sabiex jigi diskuss il-Ground tal-Fortini. Is-Sindku qal li fl-imsemmija ittra hemm imsemmi l-ammont ta’ Lm 30, 000 li ser jitnefqu mil-fondi tal-Kunsill Lokali tal-Birgu kif ukoll mehmuza ma’ din l-ittra kien hemm ittra mibghuta mid-direttur tad-dipartiment tal-Gvern Lokali, fejn id-direttur ma tah l-ebda oggezzjoni sabiex l-Kunsill jinvesti f’dan il-progett. Is-Sindku qal li l-Kunsill lest biex jghin izda hemm bzonn li l-Kumitat tal-Vittoriosa Stars jaghti s-sehem tieghu ukoll. Wara diskussjoni, is-sur John Boxall , Sindku, ssugerixxa biex issir laqgha ma l-istess Kumitat sabiex jigi diskuss iktar fid-dettal dan il-progett. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

2.18          Ittra minghand l-E.T. Ugo Mifsud Bonnici, President tal-Kumitat t’ Garanzija, fejn qal li nhar il-Hamis 3 ta’ Mejju, fil-5 ta’ filghaxija ser issir laqgha flimkien mas-Sindki ta’ Bormla, Kalkara, L-Isla, u dak tal-Birgu, sabiex jigu diskusi proposti ghat-titjib, restawr u wiri ahjar tal-wirt storiku. Ghal din il-Laqgha ntalbet sabiex tintuza Gallerija Couvre Porte. Il-Kunsill approva unanimament din it-talba.

 

2.19          Is-Sindku pprezenta lil Kunsilliera prezenti draft ta’ stedina lir-Residenti ghal toroq jew zona partikolari sabiex ir-residenti jigu mistiedna ghal laqgha ta’ diskussjoni fejn huma jkunu jistghu jressqu l-ilmenti u s-suggerimenti taghhom. Is-sur Christopher Cassar, Vici Sindku, issekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

2.20          Ittra minghand is-sur Mark Abela, ghan-nom ta’ grupp ta’ zghazagh li fis-sajf sejrin jaghmlu xoghol volontarju gewwa l-Etjopja, fejn talbu lil Kunsill Lokali tal-Birgu, l-permess mehtieg sabiex jaghmlu kuncert zghir ix-xatt tal-Birgu. Wara diskussjoni, bi qbil unanimu, l-kunsilliera prezenti qablu li l-permessi mehtiega ghandhom jinghataw.

 2.21          Ittra minghand is-sur Ray Abela, mil-Kumpanija TCTC fejn filwaqt li ferah lil Kunsillieri eletti , fakkar lil Kunsill dwar il-korsijiet tal-kompjuter li din il-kumpaija toffri. Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jiccekja jekk dawn il-korsijiet ma jigux offruti b’xejn. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

2.22          Ittra mil-ghaqda maltija ta’ l-ortikultura dwar il-wirja annwali ta’ din l-ghaqda li tigi organizzata f’San Anton, fejn stiednu lil Kunsill Lokali tal-Birgu sabiex jippartecipa f’din il-wirja billi jessebixxi qoffa rrangata bi hxejjex ta’ ikel u frott. Wara diskussjoni, s-Sindku, s-sur John Boxall ssugerixxa sabiex din tiehu hsiebha l-Kunsilliera Judith Saliba. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

2.23          Ittra mis-socjeta Storika Kulturali – Vittoriosa, fejn talbu sabiex l-Kunsill Lokali tal-Birgu jirranga t-tarag ta’ quddiem il-bieb principali ta’ l-Oratorju ta’ San Guzepp. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex tintalab stima ta’ kemm ser jigi jiswa dan ix-xoghol u mbaghad il-Kunsill ikun jista’ jiehu decizjoni.

 

2.24          Ittra minghand is-sur Adrian Mifsud, President ta’ l-ASKLM, fejn offra l-opportunita lis-Segretarji Ezekuttivi tal-Kunsilli kollha japplikaw sabiex jippartecipaw fi programm ta’ tahrig li ser issir gewwa l-Italja. Is-Sindku ssugerixxa sabiex is-Segretarja Ezekuttiva tapplika u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

2.25          Is-Sindku pprezenta ittra minghand id-direttur tad-dipartiment tal-Gvern Lokali, s-sur Natalino Attard, fejn nforma lil Kunsill li l-allokazzjoni ghas-sena finanzjarja 2007-2008 hija ta’ Lm 85,494. Is-Sindku qal li kif jista jigi nnutat l-allokazzjoni naqset b’Lm 5,099 u ghalhekk ntbghatet ittra lis-sur Silvio Frendo, assistant direttur tad-dipartiment tal-Gvern Lokali sabiex issir laqgha mieghu u jigu spjegati r-ragunijiet ghalfejn l-allokazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu kienet naqset b’dak l-ammont.

 

2.26          Is-sur John Boxall, Sindku, nforma lil Kunsilliera prezenti lis-Segretarja Ezekuttiva, s-sinjorina Christine Bonello, bghatet ittra lil Kumpanija SMS Insurance Agency Ltd. sabiex isiru emendi fil-polza ta’ l-assigurazzjoni, biex b’hekk il-kunsilliera l-godda jkunu huma ukoll assigurati.

 

2.27          Is-Sindku pprezenta erba’ kwotazzjonijiet ghal photocopier gdida. Dawn kienu, dik tal-kumpanija Alfa Co. Ltd. ghal prezz ta’ Lm 499, Vat inkluz, dik tal-kumpanija Avantech ghal prezz ta’ Lm 930, Vat inkluz, dik tal-kumpanija Telecommunications ghal prezz ta; Km 591, Vat inkluz, kif ukoll tal-kumpanija Office Group Ltd, li izda ma tinkludix lis-specifikazzjonijiet kollha mitluba. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex l-Kunsill jaghzel l-irhas offerta, dik tal-Kumpanija Alfa Co. Ltd. Il-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar issekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

2.28          Is-sur John Boxall pprezenta kopja ta’ kif ser jigu l-business cards tal-kunsilliera, ghall-approvazzjoni tal-Kunsilliera.

 

2.29          Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti dwar ix-xoghol li diga qed issir ghal attivitajiet relatati mal-Gimgha l-Kbira tas-sena d-diehla. Is-Sindku ppreznenta mappa informattiva dwar il-wirijiet tal-Gimgha l-Kbira li jsiru gewwa l-Birgu, kif ukoll il-knejjes fejn jinsabu u s-sepolkri tat-tlett knejjes. Is-Sindku spjega l-idea tieghu fuq din il-mappa informattiva li fiha ser ikun hemm inkluz silta nformattiva dwar il-Gimgha l-Kbira fil-Birgu, miktuba mis-sur Lino Bugeja. Kien hemm approvazzjoni unanima biex ix-xoghol fuq din il-mappa jitkompla.

 

2.30          Kwotazzjoni minghand l-Modern Interiors sabiex issir is-saqaf ta’l-ufficju tas-Sindku bil-gypsum. Is-Sindku qal li din il-kwotazzjoni kienet ta’ Lm 275kif ukoll kwotazzjoni ghas-suppliment u installazzjoni ta’ 8 halogen spotlights, 8 transformers u 8 holders ghal ufficju tas-Sindku ghall-prezz ta’ Lm 65. Is-Sindku ssugerixxa sabiex dan ix-xoghol jinbeda. Is-sinjura Miriam Grech, Kunsilliera, ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

2.31          Is-Sindku nforma lil Kunsilliera, li ghal din l-ahhar sena l-Kunsill kien qieghed igemma’ mid-donazzjonijiet li kienu qed jinghataw sabiex tinxtara van jew trakk ghal uzu tal-Kunsill. Is-Sur John Boxall qal li sa llum l-Kunsill kien faddal Lm 2, 391. Hawnhekk, is-Sindku pprezenta donazzjoni ta’ Lm 500 minghand l-Fondazzjoni Wirt Artna li min jeddha ghogobha taghti lil Kunsill Lokali tal-Birgu sabiex b’hekk tinxtara din il-vettura ghal Kunsill.

 

2.32          Is-sur John Boxall talab lil Kunsilliera prezenti sabiex l-Kunsill prezenti ibiddel id-decizjoni tal-Kunsill precedenti dwar il-performance bonus tal-haddiema klerikali u tas-segretarja ezekuttiva. Wara diskussjoni, l-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar ssugerixxa sabiex s-Segretarja Ezekuttiva tinghata 9 %, s-sinjorina Fiorella Scicluna tinghata 5% u s-sinjorina Victoria Gouder tinghata 3%. Is-sur John Boxall, Sindku ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

2.33          Is-Sindku pprezenta ghall-approvazzjoni tal-Kunsill, tabella ta’ informazzjoni sabiex titwahhal ma’ genb il-Muzew tal-Knsija. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex l-Kunsill japprova din it-talba u din it-tabella issir. Is-sur Ivan Peresso ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

2.34          Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li bejn is-7 u t-8 ta’ Mejju, 2007, huwa ser jirraprezenta lil Kunsill Lokali tal-Birgu fil-konferenza “Putting Children first: Implementation of the Childcare Barcelona tagets at local, regional & national levels.”, li ser issir gewwa Brussels fil-Belgium.

 

2.35           Is-Sindku nforma lil Kunsilliera li fil-pjanti original ital-gnien pubbliku fuq tal-Hawli, ma kinitx saret sistema ta’ irrigazzjoni ghal pjanti. Wara diskussjonijiet mad-direttur tax-Xoghlijiet Pubblici , is-sur Ray Farrugia, offra engineer mid-dipartiment tieghu. L-amont ghal dawn ix-xoghlijiet huwa smat ghal Lm 6210. Is-Sindku qal li dawn l-ispejjez ser jigu koperti. Is-Sindku qal ukoll li x-xoghlijiet fil-gnien pubbliku fuq tal-Hawli kienu mxew sew.

 

2.36          Ilment sabiex jsir sleeping policeman fin-naha ta’ isfel ta’ Triq San Filippu. Is-Sindku ssugerixxa sabiex din issir izda mhux ghalissa. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

2.37          Ittra minghand is-sur Paul Bonello, direttur tal-Kumpanija Irtokki Productions, fejn talab lil Kunsill l-permessi mehtiega sabiex jingibed demo ghal film li din il-kumpanija tixtieq taghmel fuq il-passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex din il-Kumpanija tinghata l-permess mehtieg biex issir din id-demo, imma jekk fil-futur din il-kumpanija tkun trid tigbed il-film kollhu fil-Birgu, tkun trid titlob permess lil Kunsill u ghal bzonn jsri ftehim bil-miktub. Il-Kunsilliera Miriam Grech issekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

2.38          Il-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar ssugerixxa sabiex il-Kunsill jorganizza kors ghal genituri li t-tfal taghhom fis-sena skolastika li jmiss ser ikunu dehlin ghal Year 6. Il-Vici Sindku ssugerixxa sabiex dan il-kors jinbeda fil-15 ta’ Settembru, 2007. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

3.Approvazzjoni ta’ l-Honoraria tas-Sindku.

Hawnhekk is-Sindku halla postu u ppresieda s-sur Christopher Cassar, Vici Sindku.

 

Is-Sur Cassar ppropona l-Honoraria tas-Sindku, s-sinjura Judith Saliba, kunsilliera ssekondat. Ghal dan il-proponiment kien hemm qbil unanimu.

 Is-Sindku rega’ dahhal fil-kamra u rringrazzja lil Kunsilliera ta’ l-approvazzjoni taghhom u kompla jippresidi din il-laqgha.  

4.Tqassim tad-delegi lill-Kunsilliera

 

Is-sur John Boxall, Sindku, ssugerixxa sabiex is-sinjura Miriam Grech tigi fdata l-Walled Towns Friendship Circle kif ukoll l-ghajnuna socjali u l-protezzjoni civili, is-sinjura Judith Saliba, tigi fdata s-settur ta’ l-anzjani, kif ukoll l-progett l-gdid fi hdan l-Unjoni Ewropea li l-Kunsill ghandu mal-Fondazzjoni Temi Zammit, is-sur Ivan Peresso jigi fdat lilu s-settur taz-zghazagh u sport, kif ukoll l-progett LINGUA u s-sur Christopher Cassar, Vici Sindku jigi fdat lilu s-settur ta’ l-edukazzjoni u l-attivitajiet kulturali, kif ukoll l-progett AVEC. Is-sur John Boxall, qal li huwa ser jiehu hsieb l-progetti kollha ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea , il-progetti infrasstruturali kollha, it-tindif ingenerali tal-lokalita, il-finanzi tal-Kunsill u l-haddiema kollha assenjati mal-Kunsill. Ghal dawn is-suggerimenti kien hemm qbil uanimu.

 Hawnehkk is-sur Christopher Cassar, Vici Sindku, talab sabiex jigi skuzat u jhalli l-kamra. Is-sur Cassar halla l-kamra fi 8:35 ta’ filghaxija 

5.Approvazzjoni tal-proġett tat-Torri ta’ l-Arloġġ u Misraħ ir-Rebħa

 

Is-Sur John Boxall, nforma lil Kunsilliera prezenti li min-naha tal-Ministeru tar-Rizorsi u Infrastruttura, kien hemm kollox lest sabiex il-progett tat-Torri ta’ l-Arlogg u l-pavimentar ta’ Misrah ir-Rebha ssiru, izda l-Ministeru qed jistenna l-approvazzjoni tal-Kunsill Lokali Birgu. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex l-Kunsill ikun favur ghal dan il-progett u talab lill-Kunsilliera l-godda li jaghmlu parti min dan il-Kunsilll japprova dawn iz-zewgt progetti. Is-Sindku qal li wara li dawn jigu approvati minnu fih ghandha tintbaghat ittra lil Onor. Ninu Zammit, sabiex dawn il-progetti jinbdew. Is-sinjura Miriam Grech issekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

6.Approvazzjoni għan-nefqa għall-konferenza ta’ l-AVEC fil-Birgu

 

Is-Sindku rega’ nforma lil Kunsilliera dwar il-konferenza ta’ l-assocjazzjoni AVEC li ser issir bejn it-12 u l-14  t’Ottubru, 2007. Is-Sindku qal li l-Kunsill qed jaghmel hafna preparamenti ghal din il-konferenza u ppropona sabiex l-Kunsill jivvotta somma flus sabiex tigi allokata ghal din il-konferenza. Wara diskussjoni, s-sur John Boxall, Sindku, ssugerixx sabiex l-Kunsill jallokka Lm 3, 000 ghal din il-konferenza. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  Hawnhekk, is-Sindku, stieden lis-sinjorina Fiorella Scicluna, skrivana mal-Kunsill, tidhol fil-kamra sabiex taghti rendikont tal-preparamenti li sa issa kienu saru. Is-sinjorina Scicluna pprezentat programm ta’ attivitajiet li gie ppreparat flimkien mas-sur Rueben Vella Bray f’laqgha apposta li saret fl-Awtorita Maltija tat-Turizmu.  Is-Sindku talab l-approvazzjoni tal-kunsilliera sabiex l-Kunsill ghall-okkazzjoni ta’ din il-konferenza jaghmel biros bil-logo tal-Kunsill, kif ukoll lanyards. Is-Sindku pprezenta kwotazzjoni minghand l-kumpanija MSA Ventures ghal 200 biro ghal prezz ta’ Lm 70.80, kif ukoll ghal 200 lanyard ghal prezz ta’ Lm 54.78. Dwar dan kien hemm qbil unanimu li dawn isiru.  Is-Sindku qal ukoll, li fuq decizjoni tal-Kunsill precendi, l-Kunsill kien diga xtara 60 basket sabiex jigu mghotija lid-delegati ta’ din il-konferenza. Is-Sindku qal li l-Kunsill rega’ xtara 10 basktijiet.  Is-Sindku gharraf lil Kunsilliera li wara laqgha li saret it-Tnejn 23 t’April, 2007, ma’ l-Onor. Francis Zammit Dimech, l-Ministru accetta li jiftah hu din il-konferenza. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.     

7.L-approvazzjoni tas-sistema ta’ parkeġġ lir-Residenti kif approvata mill-ADT

 

Is-Sindku, s-sur John Boxall nforma lil Kunsilliera li l-Kunsill rega’ bghat mailshot lir-residenti kollha tal-Birgu bhala final notice sabiex jigu jirregistraw l-karozzi taghhom.  Is-sur Boxall, spjega lil Kunsilliera l-iskema tal-parkegg kif giet approvata mill-Awtorita dwar it-Trasport jigifieri li f’toroq elenkati persuni li mhumix resident ital-Birgu jkunu jistghu jipparkjaw ghal 150 minuta biss bejn it-Tnejn u l-Hadd bejn il-5:00 ta’ filghaxija u t-8 ta’ filghodu.  Is-Sindku pprezenta kopja ta’ permess li ser jigi mghotti lir-residenti li gew jirregistraw l-karozzi taghhom. Is-Sindku, s-sur Boxall, ssugerixxa sabiex fuq il-permess ikun hemm data sa meta dan il-permess ikun validu u ssugerixxa sabiex il-permess jigi rrevedut kull sentejn. Huwa ssugerixxa ukoll li jsir permess specjali li ikun validu ghal sitt xhur lil dawk il-persuni li jkollhom raguni valida sabiex jinghata lilhom dan il-permess, bhal per ezempju, sidien tal-hwienet u f’kaz ta’ mard. Is-Sindku, pprezenta kwotazzjoni minghand il-koperattiva tabelli u sinjali tat-traffiku ghal prezz ta’ Lm 390. Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jiehu l-imsemmija offerta u jaghmel dawn il-permessi. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.   

8.Approvazzjoni ta’ allowance ta’ petrol jew diesel għal xogħol konness mal-Kunsill

 

Is-Sindku, ssugerixxa sabiex il-Kunsilliera jibdew jiehdu kumpens ta’ l-ispejjez li jaghmlu nkonessjoni max-xoghol tal-Kunsill kif tippermetti l-ligi. Gie deciz li l-Kunsilliera jinghataw reimbursement sheet  li trid timtela’ u tigi mghoddija lis-Segretarja Ezekuttiva ghall-approvazzjoni, f’kaz li tintuza l-vettura privata taghhom, u l-Kunsilliera jinghataw 8c ghal kull kilometru. Barra min hekk is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsilliera jinghataw card tal-mobile ta’ Lm 5 fix-xahar. Il-Kunsilliera Miriam Grech, issekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

9.Hruġ ta’ tender għal xiri ta’ vann/truck għal Kunsill

Kif diga gie spjegat f’item 2.31, il-Kunsill qed igemma’ sabiex ikun jista’ jixtri vann jew trakk ghall-uzu tal-Kunsill. Is-Sindku ssugerixxa sabiex jinhareg t-tender sabiex tinxtara din il-vettura. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

10.Żjara għall-Isptar Mater Dei

Il-Kunsilliera Miriam Grech, ssugerit sabiex il-Kunsill Lokali tal-Birgu bejn ix-xahar t’April u Mejju jorganizza harga ta’ familjarizazzjoni gewwa l-Isptar Mater Dei. Is-Sindku ssekonda u ssugerixxa sabiex il-Kunsilliera Judith Saliba tghin lis-sinjura Miriam Grech ghal organizzazjoni ta’ din il-harga, kif ukoll li l-Kunsill jibghat mailshot lir-residenti sabiex jigu nfurmati dwar din l-attivita. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

11.Hwejjeg ohra

11.1                      Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li s-Segretarja Ezekuttiva gibdet l-attenzjoni li t-tender  ghas-servizz tax-xoghol tal-hadid daqt ser jghalaq u ghalhekk issugerixxa sabiex jinhareg dan it-tender. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  11.2                      Il-Kunsilliera Judith Saliba talbet sabiex il-Kunsill jorganizza attivita ghall-okkazzjoni ta’ Jum l-Omm. Is-Sindku, s-sur John Boxall, ssekonda u ssugerixxa sabiex il-Kunsilliera Judith Saliba, tibda l-preparamenti mehtiega.. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

Il-Laqgha ntemmet fis-10:00 ta’ filghaxija u giet aggornata ghal nhar l-Erbgha 9 ta’ Mejju, 2007 fi 6:00 ta’ filghaxija.

   ___________________________                                          ________________________

Christine Bonello                                              ikkonfermati    John Boxall

Segretarja Ezekuttiva                                                                             Sindku
 

 

 

 

gov.mt Official Website

AVEC

Qualicities

Members of the ARCHIMED program

Cultel

Fondazzjoni Wirt Artna

heritage malta birgu

Kazin Ghaqda Filarmonika Birgu

Dominicans Convent Website

San Lawrenz

San Lawrenz

Vittoriosa Historical and Cultural Society

Rotary Club La Vallette

Vittoriosa Lightenings FC

Vittoriosa Stars FC

Walled Towns Friendship Circle

Malta and Gozo Restaurant Guide

 
 
Website Design & Development by jcmwebs