Il-Kunsill Lokali tal-Birgu iltaqa’ għal-laqgħa numru 3(05) fl-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill F’Couvre Porte nhar l-Erbgha 9 ta’ Mejju, 2007 fi 6:00 ta’ filgħaxija.
PrezentiIs-Sur John Boxall – Sindku, is-Sur Ivan Peresso – Kunsillier u s-Sinjura Judith Saliba – Kunsilliera.
Is-sur Christopher Cassar – Vici Sindku nghaqqad ghal laqgha fi 6:15 ta’ filghaxija u s-sinjura Miriam Grech giet skuzata minhabba ragunijiet li ma kellix kontrol fuqhom
TalbaIs-Sur John Boxall, Sindku, qal it-talba u tah bidu għal din il-laqgħa.
- Qari u Approvazzjoni tal-Minuti
Il-Minuti tal-Laqgha numru 02/05 ittiehdu bhala moqrija u gew approvati unanimament.
1.1 Item 2.2 (02/05). Dwar il-progett LINGUA, is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li l-materjal kollhu mitlub ghal dan il-progett kien ntbghat.
1.2 Dwar item 2.4(02/05), is-sur John Boxall, Sindku qal li sal-llum il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta kien ghadu ma bghat l-ebda risposta. Is-Sindku ssugerixxa sabiex l-Kunsill jerga’ jibghat email lil Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, fejn jesigi li tintbghat risposta. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
1.3 Item 2.2(02/05), is-Sindku qal li l-Jum tal-Premjazzjoni ta’ l-iskola Erin Serracino Inglott ser issir il-Hamis 17 ta’ Mejju, 2007 u peress li hu ser ikun msiefer, ghaldaqstant ghandu jattendi l-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar. Is-Sindku ssugerixxa li jekk is-sur Cassar ikun indispost, tattendi l-Kunsilliera Judith Saliba. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
1.4 Dwar item 2.14(02/05), is-Sindku nforma li l-laqgha mar-rappreznetanti tal-kumpanija Square Wheels Entertainment kienet saret. Barra min hekk f’Gallerija Couvre Porte, din il-kumpanija fi hdan il-Kunsill ghamlet laqgha ghaz-zghazagh li ha jiehdu sehem f’din l-attivita. Is-Sindku qal li ngibdet l-attenzjoni li f’din il-laqgha liz-zghazagh, s-sur Alan Cassar, rapprezentat ta’ din il-kumpanija ma ghamel l-ebda referenza ghal Kunsill Lokali tal-Birgu. Is-Sindku qal li jekk din il-kumpanija ha tibqa ma tirreferix li l-Kunsill Lokali tla-Birgu huwa nvolut f’din l-attivita, l-ftehim li hemm jaqa’ u jigi null. Is-sindku ssugerixxa li jekk din il-kumpanija tghmel xi ftehim ma’ xi stazzjoni televiziv ghal skop finanzjarju, irid ikun l-Kunsill flimkien ma’ l-kumpanija li jinnegozja. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
1.5 Item 2.17(02/05). Is-Sindku nforma lil Kunsilliera, li saret laqgha mal-kumitat tal-Vittoriosa Stars F.C. nhar l-Erbgha 2 ta’ Mejju, 2007. Is-Sindku pprezenta l-minuti ta’ din il-laqgha u qal li waqt din il-laqgha kien hemm bosta hsibijiet. Is-sur John Boxall qal, li wara din il-laqgha saret laqgha ohra mas-sur Manwel Ancilleri u s-sur Godwin Vassallo dwar il-ground tal-Fortini u hawnhekk kien hemm proponiment sabiex il-kumitat tal-Vittoriosa Stars jcedi l-ground tal-Fortini, izda dawn ghandhom jigu diskussi ahjar mal-kumitat. Is-Sindku qal li kif jistghu jaraw fil-minuti, l-Kunsill ghamilha cara mal-Kumitat tal-Vittoriosa Stars, li l-ammont li l-Kunsill lest li jonfoq fuq medda ta’ tlett snin, sabiex issir l-ground tal-Fortini huwa ta’ Lm 30,000.
1.6 Item 2.18(02/05), is-Sindku qal li l-laqgha tal-Kumitat tal-Garanzija, mmexija mill-E.T. Ugo Mifsud Bonnici kienet saret, imma l-ebda rapprezentant mil-Kunsilli Lokali ta’ l-Isla, Bormla u Kalkara ma kienu prezenti.
1.7 Dwar item 2.19(02/05), is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li l-ewwel laqgha ghar-residenti ser issir nhar il-Gimgha 11 ta’ Mejju, fejn gew mistiedna ir-residenti ta’ Triq Hilda Tabone, Triq l-Antika, parti minn Triq il-Miratur, kif ukoll ir-residenti ta’ Triq il-Mandragg. It-tieni laqgha ser issir it-Tnejn, 14 ta’ Mejju, 2007 u gew mistiedna r-residenti ta’ Triq il-Foss, Telghat il-Foss, Triq id-Dejqa, Triq il-Kwartier, Triq Gann Frangisk Abela u il-Foss tas-Sur.
1.8 Dwar item 2.21(02/05), is-Sindku qal li l-kumpanija TCTC toffri l-korsijiet ghar-residenti b’xejn izda l-Kunsill irid ihallas Lm 475. Is-sur John Boxall, ssugerixxa sabiex l-Kunsill ma jaccetax din l-offerta minhabba l-istat finanzjarju tal-Kunsill. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
1.9 Item 2.22(02/05). Is-Sur John Boxall, Sindku, rringrazzja lil Kunsilliera Judith Saliba tax-xoghol li kienet ghamlet sabiex il-Kunsill jippartecipa fil-wirja annwali organizzata mil-ghaqda maltija ta’ l-ortikultura. Is-sinjura Judith Saliba pprezentat certifikat li l-Kunsill nghata ghal partecipazzjoni tieghu f’din il-wirja annwali.
1.10 Item 2.23(02/05). Is-Sindku, s-sur John Boxall issugerixxa sabiex tintbaghat ittra lis-socjeta storika kulturali – Vittoriosa, fejn jigi spjegat lil dan il-kumitat li ghalkemm il-Kunsill jaqbel mas-suggeriment taghhom, li jittranga t-tarag ta’ quddiem il-bieb principali ta’ l-Oratorju ta’ San Guzepp, ix-xoghlijiet koncernati, ghalissa mhumix fil-lista ta’ prioritajiet tal-Kunsill Lokali tal-Birgu , izda ma tigix eskluza li x-xoghlijiet mitluba jsiru fi zmien qarib.
1.11 Item 2.25(02/05), Is-Sindku qal li sal-llum ghadha ma nghatat l-ebda spjegazzjoni mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali, ir-raguni ghalfejn l-allokazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu naqset b’Lm 5,099. Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li hu bghat ukoll ittra lid-Direttur ta’ dan id-dipartiment, is-sur Natalino Attard, fejn nfurmah li kawza ta’ dan it-tnaqqis, l-Kunsill Lokali tal-Birgu, mhux ser ikun f’posizzjoni li jirranga toroq urbani fil-lokal tieghu kawza ta’ dan in-nuqqas
1.12 Item 2.34(02/05). Is-sur John Boxall, Sindku, tah rendikont tal-konferenza li hu kien attenda gewwa Brussels, “Putting Children First: Implementation of the Childcare Barcelona targets at local, regional and national levels”.
1.13 Dwar item 11.2(02/05), il-kunsilliera Judith Saliba qalet li qedgha tistenna xi risposti minghand sidien ta’ restoranti sabiex tkun tista’ tiffinalizza l-programm ghal din il-harga fl-okkazzjoni ta’ Jum l-Omm.
- Korrispondenza.
2.1 Ittra minghand is-Sinjura Salvina Muscat, direttrici tal-Kullegg tal- Cottonera, fejn nfurmat lil Kunsill Lokali tal-Birgu dwar “Science Meets History”, sensiela ta’ attivitajiet li dan il-Kullegg ser jorganizza fil-gimgha ta’ bejn il-21 u l-25 ta’ Mejju, 2007. Is-sinjura Salvina Muscat tablet sabiex bejn is-16 u l-25 ta’ Mejju, tintuza Gallerija Couvre Porte ghal din l-attivinta, kif ukoll sabiex l-area ta’ quddiem Couvre Porte tinghalaq ghat-traffiku. Is-Sindku qal li ma jsib l-ebda oggezzjoni sabiex isiru l-preparamenti mehtiega. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
Is-Sindku talab lil Vici Sindku s-sur Christopher Cassar, il-kunsillier responsabbli mil-Edukazzjoni sabiex jattendi ghal-inawgurazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet peress li hu ser ikun msiefer. Barra min hekk, talab lis-Segretarja Ezekuttiva titlob lil haddiema klerikali sabiex f’dik il-gimgha, t-tnejn li huma jibdew fi 7 ta’ filghodu.
2.2 Email minghand l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali dwar l-iskema ta’ sahha ghal haddiema klerikali, Segretarji Ezekuttivi u Kunsillieraghas-sena 2007-2008. Is-Sindku qal li l-hlas ghal premium ta’ kull persuna huwa ta’ Lm 24.50. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jhallas dan il-premium. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.3 Email minghand l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali dwar assikuazzjoni fuq il-flus fil-Kunsilli Lokali ghas-sena 2007-2008. Il-hlas tal-premium ghal din l-assikurzzjoni huwa ta’ Lm 27.50. Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill ihallas dan il-premium. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.4 Ittra minghand is-sur Andrew Grech, segretarju tas-Sessjoni Zghazagh Palmizi, fejn ghan-nom ta’ dan il-kumitat talab ghajnuna finanzjarja lil Kunsill ghal inizjattiva li huma ser jiehdu biex titellgha wirja bit-tema “Iz-zghazagh fil-festi”. Is-sur John Boxall qal li ghalkemm il-Kunsill ma jista’ jaghti l-ebda ghajnuna finanzjarja lil dan il-kumitat, l-istess Kunsill jghin f’dak kollhu li hu possibli. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.5 Ittra minghand Dr. Lino Gauci Borda, president ta’ l-Old Motors Club fejn talab lil Kunsill Lokali tal-Birgu jekk mhux interesat jippartecipa fil-kalendarju ta’ dan il-klabb, billi jhallas Lm 200 u jinghata 50 kalendarju ghal partecipazzjoni tieghu. Wara diskussjoni, s-Sindku, ssugerixxa sabiex il-Kunsill jippartecip. Is-Sur Christopher Cassar, Vici Sindku ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.6 Is-sur John Boxall, Sindku, pprezenta kwotazzjoni minghand il-koperattiva tabelli u sinjali ghal permessi specjali ghas-sistema ta’ parkegg ghar-residenti ghal prezz ta’ Lm 130 ghal 500 permess specjali b’kulur orange. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.7 Ittra minghand is-sur Johann Micallef, fejn talab permess lil Kunsill Lokali tal-Birgu sabiex f’Xatt ir-Risq, hdejn il-Bieb ta’ Sant Anglu, jaghmel stand, forma ta’ kaxxa u umbrella mal-genb taghha sabiex ikun jista’ jbiegh il-biljetti ghal vjaggi bid-dghajsa tal-pass madwar il-port u ghal Belt. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill ma jsib l-ebda oggezzjoni u t-talba ta’ dan is-sinjur tigi milqugha u approvata unanimament, izda importanti ferm li s-sur Micallef jikseb il-permessi kollha mil-awtoritajiet kollha koncernati. Is-sur Ivan Peresso, kunsillier, ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
- Approvazzjoni tal-Membri fil-Kumitat Qualicities.
Is-sur John Boxall, Sindku, tah spjegazzjoni lil Kunsilliera l-godda tal-Kumitat Lokali Qualicities u ta’ kif jiffunzjona. Is-sur Boxall ssugerixxa sabiex il-membri ta’ dan il-kumitat jibqghu, hu bhala chairman, is-Segretarja Ezekuttiva, is-sinjura Victoria Butters, ghalliema, is-sur Mario Farrugia, Chairman u CEO tal-Fondazzjoni Wirt Artna, s-sur Lino Bugeja, storiku, Fra John Critien, Kavallier residenti f’Forti St. Anglu, s-sur Jesmond Xuereb, CEO tal-Fondazzjoni Temi Zammit u s-sur Sandro Debono, Kuratur tal-Palazz ta’ l-Inkwizitur, kif ukoll jigi mistieden, il-Perit tal-Kunsil, il-Perit Duncan Mifsud. Il-Kunsilliera Judith Saliba ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
- Approvazzjoni tal-Membri fil-Kumitat tal-Finanzi
- Konferenza AVEC fil-Birgu
- Taghrif dwar is-sistema ta’ parkegg ghar-residenti fil-Birgu.
- Assigurazzjoni ghal Playing Fields.
- Decizjoni dwar il-progett MED-URBS vi sa vi l-Kunsill Lokali Bormla
- Is-sitwazzjoni tas-CCtv camera u l-gwardjani lokali fil-Birgu.
- Approvazzjoni tal-Lista tal-pagamenti
Is-Sindku ressaq ghall-approvazzjoni tal-Kunsill il-lista ta’ pagamenti dovuti mill-Kunsill. Wara diskussjoni, is-Sindku, ppropona li din il-lista tigi approvata. Is-Sur Christopher Cassar issekonda dan il-proponiment, u gie approvat unanimament.
- Hwejjeg ohra
Il-Laqgha ntemmet fis-8.30 ta’ filghaxija u giet aggornata ghal nhar l-Erbgha 30 ta’ Mejju, 2007 fi 6:00 ta’ filghaxija.
___________________________ ________________________Christine Bonello ikkonfermati John BoxallSegretarja Ezekuttiva Sindku





