.
 


Main Menu

Audio Guide

Cultel
Click here to buy an Interactive CD on the city of Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on MaltaClick here for information on the Mp3 Audio guide

no flash

 

 

 

Minuti Laqgha 04(05)


Minuti tal-Laqgha Numru 04 (05) 

 

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu iltaqa’ għal-laqgħa numru 4(05) fl-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill F’Couvre Porte nhar l-Erbgha 30 ta’ Mejju, 2007 fi 6:15 ta’ filgħaxija.

 Prezenti  

Is-Sur John Boxall – Sindku, is-Sinjura Miriam Grech – Kunsilliera, is-Sur Ivan Peresso – Kunsillier u s-Sinjura Judith Saliba – Kunsilliera.

 

Is-Sur Christopher Cassar kien assenti.

 Talba  

Is-Sur John Boxall, Sindku, qal it-talba u tah bidu għal din il-laqgħa.

 

Is-Sindku, flimkien mas-Segretarja Eżekuttiva skużaw ruħhom mal-membri tal-Kunsill preżenti minħabba li l-minuti tqassmulhom tard.

 
  1. Qari u Approvazzjoni tal-Minuti
 

Is-Segretarja Eżekuttiva ġiet mitluba taqra l-Minuti tal-laqgħa preċedenti.

 

1.1  Dwar Item 1.1 (03/05), is-Sindku s-sur John Boxall ssugerixxa sabiex il-Kunsill jiddiskuti item numru 7 – Taghrif dwar il-progett LINGUA, fuq l-Agenda. Is-Sinjura Miriam Grech issekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 7.   Taghrif dwar il-Progett LINGUA 

Is-Sur John Boxall, Sindku, qal li hu flimkien mas-sur Ivan Peresso, Kunsillier, attendew għal inawgurazzjoni tal-Proġett LINGUA. Is-Sindku ppreżenta l-kotba kif ukoll ic-cds, fuq il-pajjizi membri f’dan il-proġett, li ġew ipprezentati waqt din l-inawgurazzjoni. Is-Sindku qal li dan il-proġett mistenni jikber madwar l-Ewropa kollha, u waqt l-inawgurazzjoni u l-preżentazzjoni tal-kotba u cd fuq il-Belt tal-Birgu, hu kellhu jikellem bil-lingwa Maltija. Il-Membri ta’ dan il-proġett, faħħru ħafna x-xogħol u l-koperazzjoni li l-Kunsill tah għal dan il-proġett.

 

Hawnhekk, is-Sindku qal li waqt laqgħa tal-Kumitat ta’ dan il-proġett, ħareġ il-ħsieb li ssir exhibition ġewwa Malta, propjament ġewwa l-Birgu. Is-Sindku fehem lil Kunsilliera preżenti li jekk issir ġewwa l-Birgu, l-Kunsill jista’ jużha Gallerija Couvre Porte, kif ukoll li suppost l-ispejjeż għal din l-esebizzjoni għandhom ikollhom ffinanzjament allokat mill-Unjoni Ewropea, fi ħdan dan il-proġett. Wara diskussjoni, is-Sindku staqsa lil Kunsill jekk ma jaqblux mal-proposta li din l-esebizzjoni ssir ġewwa l-Birgu.Dwar dan kien hemm qbil unanimu, izda huwa importanti li jkun hemm finanzjament għaliha.

 Is-Sindku nforma lil Kunsill, li l-ispejjez li l-Kunsill kien għamel sabiex jiġi rrealiżat dan il-proġett, ġew mitluba lil Universtia ta’ Malta, peress li huma kienu ħadu diġa l-finanzjament għal dan il-proġett. Barra min hekk, il-Kunsill talab sabiex jintbagħtu 1200 ktieb, kif ukoll cds.   

Is-Sur Ivan Peresso – Kunsillier, zied jgħid li kien hemm ħafna nies waqt l-inawgurazzjoni, li urew nteress fuq il-Belt taghna u anke fuq il-lingwa Maltija.

 Is-Sindku talab lis-Segretarja Eżekuttiva tkompli taqra l-minuti tal-laqgħa preċedenti.  

1.2  Item 1.2 (03/05). Is-Sindku nforma lil Kunsilliera li l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta sejjaħ laqgħa għal membri tal-proġett VUCC, li ser issir nhar l-Erbgħa 6 ta’ Ġunju. 

 

1.3  Item 1.3(03/05). Is-Sindku nforma lil Kunsilliera preżenti li ħadd ma kien attenda għal Jum il-Premjazzjoni ta’ l-Iskola Erin Serracino Inglott, dan wara li l-Viċi Sindku, s-sur Christopher Cassar, ma attendix għax kien xogħol u s-sinjura Judith Saliba, Kunsilliera, ma setgħatx tmur minhabba li kellha appuntament importanti.  

 

1.4  Item 1.4(03/05). Is-Sindku qal li l-Kunsill ġie mistieden mil-Youth Section fi ħdan il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, sabiex japplika ghal iskema ta’ Youth Support Programme fi ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.. Is-Sindku pprezenta għal approvazzjoni tal-Kunsill l-applikazzjoni għal din l-iskema fejn ntgħażel l-proġett li ser jittella’ miz-zgħazagħ ta’ Square Wheels Entertainment.  Is-Sindku nforma lil Kunsilliera li l-Ħamis 26 ta’ Lulju, 2007, iz-zgħazagħ ser jagħmlu d-dress rehersal ta’ l-attivita u f’dik il-ġurnata l-Kunsill jistieden personalitajiet distinti u mistednin ohrajn għal din is-serata.

 

1.5  Item 1.5(03/05). Wara laqgħa li saret mal-membri tal-Kumitat tal-Vittoriosa Stars F.C., ntqal li min-naħa ta’ dan il-Kumitat m’hemmx finanzi bizzejjed biex il-proġett tal-ground tal-Fortini jsir. Is-sur John Boxall, Sindku qal li saret laqgha mas-sur Tonio Hili sabiex jigu diskussa l-proposta tal-Kunsill , li kienet saret madwar tmien snin ilu,mal-kumpanija Cottonera Waterfront group plc.  

 

1.6  Dwar item 1.7(03/05), is-Sindku qal li nhar it-Tnejn 28 ta’ Mejju, 2007, saret it-tielet laqgħa għar-residenti fejn gew mistiedna ir-residenti ta’ Triq Mons. Arcisqof Mikiel Gonzi, Triq Pacifiku Scicluna, Triq Gilormu Cassar, Triq it-Trammuntana, Triq Nofs in-Nhar u Triq il-Lbic. F’din il-Laqgha gew innutati bosta ilmenti li tressqu min dawk prezenti.

 

1.7  Dwar item 1.11(03/05), is-Sindku, s-sur John Boxall qal li l-Kunsill kien rċieva spjegazzjoni mingħand id-Dipartiment tal-Gvern Lokali dwar ir-raġunijiet għalfejn tnaqqset l-allokazzjoni tal-Kunsill. Is-Sindku qal li l-allokazzjoni giet mnaqqsa minhabba l-fatt li waqt inspection li kienet saret, wahda mill-lattrini pubblici kienet nstabet maghluqa. Barra min hekk, l-allokazzjoni giet mnaqqsa ukoll minhabba li l-Bring In sites li hawn fil-lokalita tal-Birgu huma tal-Kumpanija WasteServ u mhux tal-Kunsill.   

 

1.8  Item 1.13(03/05). Is-Sindku qal li ser issir harga kulturali ghall-anzjani f’Ghawdex.

 

1.9  Dwar item 2.1(03/05), is-Sindku qal li din l-attivita mtella’ mill-Kullegg tal-Cottonera kienet saret. Ghal l-inawgurazzjoni ta’ din l-attivita li saret mill-Onor. Louis Galea, kien hemm prezenti hu bhala Sindku, l-Kunsillier Ivan Peresso, kif ukoll, l-Kunsilliera Judith Saliba. Il-Ministru Louis Galea fahhar hafna lil Kunsill u x-xoghol li dan il-Kunsill kien qed jaghmel.

 

1.10                      Dwar item 5(03/05), il-konferenza ta’ l-Assocjazzjoni AVEC, is-Sindku qal li waqt il-konferenza li hu kien attenda flimkien mas-Segretarja Ezekuttiva, gewwa Cosenza, fl-Italja kien hemm il-hsieb li din il-konferenza li ser issir gewwa l-Birgu issir f’Baranya, fl-Ungerija u gie pproponut sabiex gewwa l-Birgu ssir l-Assemblea Generali ta’ l-istess assocjazzjoni. Is-Sindku qal li kien jidher li kien hemm kwistjoni izda l-president ta’ l-Assocjazzjoni Mr. Christian Mourisard ma xtaqx li jsir hekk. Ghaldaqstant, gie deciz u kkonfermat li bejn it-12 u t-13 t’Ottubru ser issir l-Kunsill amministrattiv gewwa l-Birgu. Is-Sindku qal li din il-konferenza ser tkun fuq skala izghar u jista’ jkun li ma jkunx hemm daqshekk partecipanti daqs kemm konna qed nistennew. Hawnhekk, is-sur John Boxall, Sindku, pprezenta l-programm ghal konferenza kif mibghut minghand is-sinjorina Amandine Leopold.

 

1.11                      Item 6 (03/05). Is-Sindku qal li bhalissa l-Kunsill qed jistenna l-istickers mil-Koperattiva tabelli u sinjali. Is-Sindku ssugerixxa sabiex dawk ir-residenti li ghal xi raguni jew ohra m’ghandhomx l-ID Card jew l-log book fuq l-Birgu, izda huma residenti l-Birgu, l-Kunsill ghandhom jaccethom u jinghataw huma ukoll permess. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

1.12                      Item 8 (03/05). Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti dwar il-kwistjoni tal-MED-URBS, wara li ntbghatet l-ittra minghand l-Avukat tal-Kunsill Dr. Neville Camilleri, l-Kunsill Lokali ta’ Bormla, rrisponda li huma lesti li jhallsu l-flus dovuti bic-citazzjonijiet li jithallsu fil-Kunsill Lokali tal-Birgu. Wara diskussjoni, s-Sindku qal li din il-proposta mhix accetabli ghal Kunsill u ghalhekk il-Kunsill ghandu jinforma lil Kunsill Lokali ta’ Bormla li jekk l-ammont dovut ma jithallasx, il-Kunsill Lokali tal-Birgu ma jkollux triq ohra hlief li jiftah kawza kontra l-Kunsill Lokali ta’ Bormla. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

 

Is-Sindku pprezenta ittra mibghuta mil-Kunsill Lokali ta’ Bormla, dwar il-programm Interreg IIIB MEDOCC-RCSM bhala risposta ghall-ittra li hu kien bghat. Wara diskussjoni, is-Sindku qal li l-ahjar li hu ser jirrispondi din l-ittra.

 

1.13                      Dwar item 9(03/05), is-Sindku qal li s-sistema tac-CCtv camera, li hemm f’Misrah ir-Rebha, kif operata mil-Kumpanija Sterling Security mhux tajba u fl-opinjoni tieghu, din il-Kumpanija qed tghaddina min ghajn il-labra. Dan irrizulta wara laqgha li s-hu flimkien mas-Segretarja Ezekuttiva kellhom mas-sur Martin Zerafa manager tal-Kumpanija Datatrack, li jissuplixxu CCtv cameras. Is-Sindku ssugerixxa sabiex isir meeting iehor mas-sur Martin Zerafa, forsi din il-kumpanija tkun tista’ toffri l-istess servizz offrut mil-Kumpanija Sterling Security izda irhas. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

1.14                      Item 11.1(03/05), is-Sindku nforma lil Kunsill li d-Dipartiment tal-Bini u t-Tiswija tad-Djar ser ihallas ir-railing ornamentali tal-hadid, li hu stmat Lm 4983 li ser issir fi triq Fuq tal-Hawli biswit il-Gnien Pubbliku izda dan ser jithallas is-sena d-diehla.

 

1.15                      Item 11.2(03/05). Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li s-Segretarja Ezekuttiva kienet avzat lis-sinjorina Victoria Goudder dwar it-terminu ta’ l-impjieg taghha. Il-Kunsill beda l-proceduri sabiex tigi mpjegata persuna ohra. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex ghal interviews, il-Kunsill jitlob l-ghajnuna tas-sur Melvin Attard. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. Il-Kunsilliera Miriam Grech issugerit sabiex l-interviews jibdew wara it-Tnejn 11 ta’ Gunju, 2007.

   
  1. Korrispondenza.
 

2.1  Is-Sindku pprezenta l-ittra ta’ l-approvazzjoni tal-project partners tal-progett “Mediterranean Co-operation for on-shore Accessibility and Sustainability Themes: Network for managing urban coastal areas” , MEDCOAST.net. Is-Sindku qal li hu ghan-nom tal-Kunsill iffirma l-kuntratt ghal dan il-progett li l-finanzjament tieghu ser ikun ta’ madwar 40,000 euro. Is-Sindku zied biex jghid li dan il-progett, il-Kunsill kisbu bl-ghajnuna tal-Fondazzjoni Temi Zammit.

 

2.2  Is-Sindku nforma lil Kunsill li l-libel kontra s-sur Joe Borg kien nfetah u l-ewwel seduta ser tkun nhar it-Tlieta 3 ta’ Lulju, 2007.

 

2.3   Ittra minghand il-Kap ta’ l-Iskola Sekondarja, Lorenzo Gafa, dwar maratona ta’ billiard li ha tittella go din l-iskola, b’rizq persuni b’dizabilita. Is-Sindku ssuggerixxa li ghandha tinghata l-istess donazzjoni li inghatat s-sena precedenti, dik ta’ Lm 10 u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

2.4  Is-Sindku pprezenta kopja tal-pjanti u ta’ l-applikazzjoni tal-progett tar-restawr tas-sur. Is-Sindku qal li ntefghet ukoll l-applikazzjoni l-MEPA ghal bini mil-gdid tat-Torri ta’ l-Arlogg.

 

2.5  Ittra minghand l-Perit David Zahra, fejn talab permess lil Kunsill Lokali tal-Birgu, sabiex nhar is-Sibt 2 t’Awissu, 2008 jaghmel riceviment tat-tieg tieghu, fl-area ta’ Couvre Porte. Is-Sindku qal li fl-ittra tieghu l-Perit Zahra qal li lest li jaghti donazzjoni xierqa lil Kunsill Lokali tal-Birgu.  

 

2.6  Is-sur John Boxall Sindku, pprezenta applikazzjoni minghand l-MEPA sabiex issir wine bar fi Triq il-Lvant. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jibghat l-oggezzjoni tieghu ghan-nom tar-Residenti, liema residenti kienu ffirmaw pettizzjoni, li giet pprezentata kopja taghha lil Kunsill. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

2.7  Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li hu flimkien mas-Segretarja Ezekuttiva kienu rritornaw 970 euros min 2260 euros li nghataw lilhom bhala allowance money sabiex jattendu ghal konferenza tal-progett Qualicities li huma attendew gewwa Cosenza, fl-Italja. Barra min hekk, hu flimkien mal-kunsillier Ivan Peresso kienu rritornaw 430 euros minn 1100 euros li huma kienu nghataw bhala allowance money sabiex jattendu ghal inawgurazzjoni tal-Progett LINGUA f’Dobrich il-Bulgarija.

 

2.8  Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li kellha ssir laqgha mas-sinjura MaryAnne Cauchi, koordinatrici ta’ l-attivita Notte Bianca sabiex jigi stabilit jekk l-attivita Birgu By Candlelight mhux ser issir jew le. Is-Sindku qal li din il-laqgha ma saritx ghax hu kien ma jiflahx izda ser issir nhar it-Tlieta 5 ta’ Gunju, 2007.

 

2.9  Ittra minghand is-sur Mario Farrugia, Chairman u CEO tal-Fondazzjoni Wirt Artna, fejn talab lil Kunsill Lokali tal-Birgu l-kmamar li bhalissa l-Kunsill qed juza’ bhala store sabiex ikun jista’ jaghmel estinzjoni tal-muzew Malta at War. Is-Sindku ta rendikont ta diversi laqghat li kellhu mas-sur Mario Farrugia u kif wiehed jista’ jara, l-Kunsill qed jibbenifika mil-ghajnuna ta’ din il-Fondazzjoni. Wara diskussjoni, gie nnutat li 10% profit contribution qatt ma nghatat mil-Fondazzjoni Wirt Artna u ghalhekk il-Kunsilliera Miriam Grech tablet sabiex il-Kunsill jerga’ jkellem lis-sur Mario Farrugia qabel ma’ dawn il-kmamar jinghataw lilu. Is-Sindku qal li l-Fondazzjoni Wirt Artna lesta thallas ukoll il-kera ta’ dawn iz-zewgt ikmamar u ghalhekk il-Kunsill ghandu jitlob kera ta’ Lm 500. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

   
  1. Harga Kulturali ghall-anzjani f’Ghawdex.

Is-sur John Boxall, Sindku, qal li l-harga kulturali ghall-anzjani f’Ghawdex ser issir nhar il-Gimgha 8 ta’ Gunju, 2007. Il-prezz ghal din il-harga ser ikun ta’ Lm 5 biss, dan peress li l-Kunsill ser jissusidja din il-harga. Il-Kunsilliera Judith Saliba qalet kollox huwa organizzat u s’issa 46 persuna xtraw il-biljett sabiex jattendu din l-attivita.  

 

  1. Budget ghas-sena 2007-2008

Is-Sindku, s-sur John Boxall, pprezenta kopja tal-budget ghas-sena 2007-2008, lill-Kunsilliera prezenti. Is-Segretarja Ezekuttiva ta spjegazzjoni dwar kull suggett u l-kalkolazzjoni ta’ dan il-budget. Wara din l-ispjegazzjoni, fejn ukoll saret diskussjoni, dan il-Budget gie mressaq ghall-approvazzjoni mis-Sindku fejn gie ssekondat mil-Kunsilliera Miriam Grech u approvat unanimament.

 
  1. Il-qaghda finanzjarja tal-Kunsill ghas-sena 2006-2007

 Is-Sindku qassam lill-Kunsilliera prezenti l-financial statements ghall-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ April 2006 u l-31 ta’ Marzu, 2007. Huwa spjega li ghandha tintbaghat kopja ta’ dan il-financial statements lill-awdituri tal-Kunsill BDO Ltd., fejn dawn jistghu jigu riveduti wara li jkunu ghamlu audit lir-records tal-Kunsill. Is-Segretarja Ezekuttiva tat spjegazzjoni tal-financial statements pprezentati. Is-Sinjorina Bonello gibdet l-attenzjoni li l-kunsill mhux qieghed f’qaghda finanzjarja tajba u ghalhekk f’din is-sena l-Kunsill irid joqghod attent hafna fl-infiq tieghu. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex dawn il-financial statements jigu approvati. Dwar dan kien qbil unanimu.  

 

  1. Taghrif dwar il-progett tal-Gnien Pubbliku fuq tal-Hawli

Is-Sur John Boxall, Sindku qal li x-xoghol fuq il-Gnien Pubbliku fuq tal-Hawli qieghed fi stat avvanzat hafna. Huwa kompla billi qal li l-garaxx li sar u dwaru trid tigi emendata l-pjanta fejn wara issir it-talba lil MEPA sabiex jinghata ghad-dispozizzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, huwa kwasi lest mix-xoghol ta’ kostruzzjoni. Ghal darb’ohra stieden lil Kunsilliera sabiex izuru x-xoghlijiet li qed isiru f’dan il-Gnien.  

 

  1. Hwejjeg ohra
7.1  Il-Kunsilliera Miriam Grech ssugerit sabiex l-Kunsill Lokali tal-Birgu ghandu jibda l-preparamenti mehtiega sabiex japplika ghal Bye-Law ghal amministrazzjoni ta’ l-area ta’ Couvre Porte u Gnien il-Kunsill (il-post maghruf bhala Coronation Garden). L-iskop ta’ din il-Bye Law sabiex il-Kunsill ikollhu kontrol ahjar ta’ din iz-zona. Is-sur John Boxall, Sindku, ssekonda din il-proposta fejn giet approvata unanimament mil-Kunsilliera prezenti.   

7.2  Is-Sindku pprezenta kwotazzjoni minghand l-kumpanija Farrugia Woodworks  ghal bieb ta’ l-injam (tulip door) ghas-sala fejn jinsabu l-kotba tal-Melitensia gewwa l-Librerija Regjonali fil-Berga ta’ l-Ingilterra. Is-Sindku qal li l-prezz kkwotat huwa ta’ Lm 300. Dwar dan kien hemm qbil unanimu sabiex l-bieb jsir.

 

Il-Laqgha ntemmet fis-9.30 ta’ filghaxija u giet aggornata ghal nhar l-Erbgha 27 ta’ Gunju, 2007 fi 6:00 ta’ filghaxija.

   ___________________________                                          ________________________

Christine Bonello                                              ikkonfermati    John Boxall

Segretarja Ezekuttiva                                                                             Sindku

 

 

 

 

gov.mt Official Website

AVEC

Qualicities

Members of the ARCHIMED program

Cultel

Fondazzjoni Wirt Artna

heritage malta birgu

Kazin Ghaqda Filarmonika Birgu

Dominicans Convent Website

San Lawrenz

San Lawrenz

Vittoriosa Historical and Cultural Society

Rotary Club La Vallette

Vittoriosa Lightenings FC

Vittoriosa Stars FC

Walled Towns Friendship Circle

Malta and Gozo Restaurant Guide

 
 
Website Design & Development by jcmwebs