.
 


Main Menu

Audio Guide

Cultel
Click here to buy an Interactive CD on the city of Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on MaltaClick here for information on the Mp3 Audio guide

no flash

 

 

 

Minuti tal-laqgh 06/05


23 t’Awissu, 2007

Minuti tal-Laqgha Numru 06 (05)

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu iltaqa’ għal-laqgħa numru 6(05) fl-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill F’Couvre Porte nhar il-Gimgha 3 t’Awissu, 2007 fi 6:00 ta’ filgħaxija.

Prezenti

Is-Sur Christopher Cassar – Vici Sindku, Is-Sur Ivan Peresso – Kunsillier u s-Sinjura Judith Saliba - Kunsilliera

Is-sur John Boxall kien skuzat minhabba li kien ma jiflahx u s-sinjura Miriam Grech kienet skuzata minhabba ragunijiet ta’ xoghol.

Ippresieda is-sur Christopher Cassar

Talba

Is-Sur Christopher Cassar, Vici - Sindku, qal it-talba u tah bidu għal din il-laqgħa.

  1. Qari u Approvazzjoni tal-Minuti

Il-Minuti tal-Laqgha numru 05/05 ittiehdu bhala moqrija u gew approvati unanimament.

1.1 Dwar Item 1.1 (05/05), is-sinjorina Christine Bonello,Segretarja Ezekuttiva qalet li l-Kunsill kien rcieva c-cd roms flimkien mal-kotba tal-progett LINGUA.

1.2 Item 1.4(05/05). Is-Sur Christopher Cassar qal li l-Kunsill Lokali tal-Birgu rcieva korrispondenza minghand is-sur Godwin Vassallo, Segretarju tal- Vittoriosa Stars F.C., fejn ghan-nom tal-Kumitat skuza ruhu talli l-istess kumitat ma stiedinx lis-Sindku u l-Kunsill ghal laqgha li saret nhar is-26 ta’ Gunju, 2007 ma’ Dr. Alfred Sant fil-klabb tal-Vittoriosa Stars F.C.

1.3 Dwar item 1.8(05/05), il-Vici Sindku qal li qed isiru l-preparamenti mehtiega sabiex l-Kunsill jibda jsejjah lir-residenti sabiex jigbru l-isticker ghall-iskema ta’ parkegg.

1.4 Dwar item 1.11(05/05), is-Segretarja Ezekuttiva qalet li s-sinjorina Ritianne Bonnici, giet mpjegata mal-Kunsill Lokali tal-Birgu mil-1 ta’ Lulju, 2007.

1.5 Item 1.12(05/05), is-sur Christopher Cassar, Vici Sindku qal li l-Kunsill kien gie mistieden sabiex bejn id-9 u l-10 ta’ Lulju, 2007 jippartecipa ghal launching tal-Progett MEDCOAST.net, gewwa Sorrento, fl-Italja. Il-Vici Sindku qal li ghal din il-laqgh ghan-nom tal-Kunsill, ippartecipaw is-Sindku, s-sur John Boxall u s-sinjorina Fiorella Scicluna. Is-Sinjorina Christine Bonello qalet li l-Kunsill ghal dan il-progett gie allokat 52,000 euros ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea ghal progett rigward l-kosta tal-Birgu.

1.6 Item 2.2(05/05) Is-Segretarja Ezekuttiva qalet li t-tender ghal gbir ta’ skart goff kien inhareg u ser jghalaq fi 12 t’Awissu, 2007.

1.7 Item 2.5(05/05). Il-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar qal li fi Triq San Lawrenz, ezattament quddiem il-Knisja ta’ San Lawrenz, nghata t-tarmak, wara x-xoghol li sar mil-korporazzjoni ta’ l-ilma. Hawnhekk, il-kunsilliera Judith Saliba, rrimarkat li l-sleeping policeman li ken hemm u li nqghalet minhabba l-imsemmija xoghlijiet ma regghetx saret.

1.8 Item 2.14(05/05), il-Kunsilliera Judith Saliba qalet li sa issa, hames min-nies biss urew ix-xewqa li jippartecipaw ghal dan l-iskambju. Is-sinjura Saliba ziedet tghid li l-Comune di San Pietro di Guarama jixtieq li l-Kunsill Lokali tal-Birgu jippartecipa ghal dan l-iskambju bis-sahha. Wara diskussjoni, l-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar qal li l-Kunsill ghandu jippartecipa u jiccekja jekk ma jistax jattendi b’hames rapprezentanti u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

1.9 Item 4(05/05). Is-sur Christopher Cassar, Vici Sindku qal li l-gwida elettronika tal-Birgu permezz ta’ MP3, giet ntrodotta nhar is-Sibt 21 ta’ Lulju, 2007 mill-Onorevoli Francis Zammit Dimech, Ministru tat-Turizmu u Kultura. Il-Vici Sindku qal li din l-gwida tista’ tinxtara mis-sit elettroniku tal-Kunsill, kif ukoll min zewgt hwienet gewwa l-Birgu.

1.10 Dwar item 8(05/05), is-sur Christopher Cassar qal li l-vann ghal uzu tal-Kunsill kien nxtara. Is-Segretarja Ezekuttiva qalet li l-vann ma kienx thallas kollhu izda kienu nhallsu Lm 2,500 mil-ammont ta’ Lm 4,800. Is-sinjorina Christine Bonello qalet li l-ammont ta’ Lm 2, 300 li ghad fadal jigi mhallas, irid jithallas fi zmien 6 xhur u l-Kunsill mhux ser ihallas interessi.

1.11 Item9 (05/05), is-Segretarja Ezekuttiva qalet li l-Kunsill qed jircievi l-applikazzjonijiet mil-membri ta’ l-Assocjzzjoni AVEC li ser jattendu ghal konferenza bejn t-12 u t-13 ta’ Ottubru, 2007. Is-sinjorina Bonello qalet li fl-ahhar t’Awissu, l-Kunsill ser ikollhu audit mil-awditur tal-progett Qualicities.

1.12 Dwar item 12.1(05/05), il-Vici Sindku qal li l-Kunsill ircieva ittra minghand is-sur Ray Farrugia, direttur tal-Works division rigward ix-xoghlijiet ta’ restawr tas-sur tal-Birgu, fejn talab lil Kunsill sabiex isir laqgha sabiex jigi diskuss iktar fid-dettal dan il-progett.

  1. Korrispondenza.

2.1 Is-Sur Christopher Cassar, Vici Sindku pprezenta l-applikazzjoni li Dr. Ray Bondin, ghan-nom tal-Cottonera Rehabilitation Project kien ghamel ghax-xoghol ta’ rikostruzzjoni tat-Torri ta’ L-Arlogg.

2.2 Il-Vici Sindku pprezenta abbozz ta’ ftehim ghal uzu ta’ l-area ta’ Couvre Porte ghal attivitajiet bhal tigijiet, parties kbar u riceviment. Wara diskussjoni, s-sur Christopher Cassar issugerixxa sabiex l-Kunsill japprova dan l-ftehim, il-Kunsillier Ivan Peresso ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

2.3 Ittra minghand l-Kumpanija Silvar Construction and Services Ltd, fejn gharraf lil Kunsill Lokali tal-Birgu li l-kumpanija ser izomm 8% interessi fuq il-kontijiet pendenti li l-Kunsill ghad irid ihallas.

2.4 Ittra minghand l-MEPA fejn talbu lil Kunsill Lokali tal-Birgu sabiex jaghmel is-sottomissjonijiet tieghu rigward il-progett tal-Bacir numru 1 f’Bormla. Is-Segretarja Ezekuttiva qalet li l-Kunsill kien talab sabiex jara l-pjanti ta’ l-imsemmi progett. Ghaldaqstant is-Segretarja Ezekuttiva flimkien mal-kunsilliera Judith Saliba u l-Perit Duncan Mifsud attendew ghal laqgha dwar l-imsemmi progett kif ukoll saret laqgha ohra mal-perit tal-progett flimkien mas-Sindku.

2.5 Invit mil-Fondazzjoni Bormliza persuni b’dizzabilita ghac-cerimonji ta’ l-ghoti ta’ certifikati lil membri taghha f’gheluq l-ewwel sena ta’ taghlim tad-drama, li ser issir fi 17 t’Awissu, 2007.

2.6 Ittra minghand l-Assocjazzjoni ta’ l-Ibliet Storici fil-Mediterran fejn stiednu lis-Sindku sabiex jattendi ghal konferneza li ser issir bejn is-16 u t-18 ta’ Novembru, 2007. Il-Vici Sindku qal li l-ispiza ta’ rapprezentant mil-Kunsill sabiex jippartecipa ser ikunu mhallsa mill-istess assocjazzjoni.

2.7 Invit mil-Walled Towns Friendship Circle sabiex l-Kunsill jattendi ghal konferenza annwali li ser issir f’Kuldija, Latvia bejn it-12 u l-14 ta’ Settembru, 2007. Wara diskussjoni, l-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar ssugerixxa sabiex il-kunsilliera Miriam Grech, Kunsilliera responsabbli mil-Walled Towns Friendship Circle tattendi ghal din il-konferenza. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

2.8 Is-Sur Christopher Cassar, Vici Sindku pprezenta ittra mid-dipartiment tal-Kunsilli Lokali dwar il-qaghda finanzjarja tal-Kunsill. F’din l-ittra ntalab sabiex l-Kunsill jibghat l-pjan mahdum kif il-Kunsill ser jelimina l-izbilanc li jinsab fih. Wara diskussjoni, is-Segretarja Ezekuttiv qalet li ser jintbaghat dak kollhu mitlub mid-direttur tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali fl-iqsar zmien possibli.

2.9 Is-Segretarja Ezekuttiva pprezentat proposta mil-kumpanija Impetus Europe sabiex jibdew jassistu lil Kunsill Lokali tal-Birgu fl-applikazzjonijiet ta’ l-EU structural funds. Wara diskussjoni, l-Vici Sindku ssugerixxa sabiex l-Kunsill jerga’ jkellem lil din il-kumpanija meta jkun f’qaghda finanzjarja ahjar.

3. Jum il-Birgu, 2007

Il-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar qal li l-attivitajiet ghal Jum il-Birgu 2007 ghandhom isiru bejn is-Sibt 1 ta’ Settembru u l-Gimgha 7 ta’ Settembru. Is-Sur Cassar issugerixxa sabiex is-Sibt 1 ta’ Settembru, l-Kunsill jistieden lil Bank tad-demm filwaqt li l-Hadd 2 ta’ Settembru titella’ quddies ta’ Radd il-Hajr fil-Knisja ta’ San Lawrenz. Il-Vici Sindku ssugerixxa sabiex it-Tnejn 3 ta’ Settembru ssir il-prezentazzjoni ta’ kotba fil-Librerija Regjonali u jigu mistiedna t-tfal tal-lokal li jaghmlu uzu mil-Librerija Regjonali. Il-Kunsillier Ivan Peresso ssugerixxa sabiex it-Tlieta 4 ta’ Settembru, titella l-attivita ta’ Chess Simultaneous Exhibition, filwaqt li l-Kunsilliera Judith Saliba ssugerit sabiex l-harga ta’ l-anzjani issir nhar l-Erbgha 5 ta’ Settembru u filghaxija jinghataw ir-rigali lil dawk l-anzjani li ma johorgux mid-dar. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

Il-Vici Sindku ssugerixxa sabiex fis-serata ta’ jum il-Birgu, nhar il-Gimgha 7 ta’ Settembru jinghata l-Premju f’ Gieh il-Birgu u l-compare ghas-serata ikun is-sur Melvin Attard eks- Kunsillier u rebbieh tal-Premju Zghazugh tas-Sena. Ghal dan kien hemm qbil unanimu

4. Decizjoni dwar tender ta’ xoghol ta’ hadid

Dwar item numru 7 (05/05), is-Segretarja Ezekuttiva qalet li l-prezz kkwotat mil-kumpanija BIM Ltd. huwa ta’ Lm 60 kull metru b’kollox inkluz, filwaqt li l-prezz kkwotat mil-kumpanija Amabile Galea & Sons kien ta’ Lm 54.75 vat inkluz, izda l-prezz kkowtat bil-galvanizing huwa ta’ Lm 66 kull metru. Wara diskussjoni, is-Sur Christopher Cassar, Vici Sindku ssugerixxa sabiex dan it-tender jinghata lil Amabile Galea & Sons. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

5. Attivita –Simultaneous Chess Exhibition

Is-Sur Ivan Peresso, Kunsillier ssugerixxa sabiex din l-attivita titella nhar t-Tlieta 4 ta’ Settembru, 2007 bhala parti mic-celebrazzjonijiet ta’ Jum il-Birgu. Is-Sur Peresso qal li sabiex titella din l-attivita l-Kunsill irid jipprovdi hmistax –il mejda kif ukoll jaghti rigal lir-rapprezentat tal-Malta Chess Federation. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

6. Progett IMPAR – Culture 2007

IL-Vici Sindku pprezenta email minghand is-sur Raphael Souchier, Direttur Generali ta’ l-Assocjazzjoni AVEC fejn stiednu lil Kunsill Lokali tal-Birgu sabiex japplika ghal progett “Intercultural cities” fi hdan l-Unjoni Ewropea. Wara diskussjoni, l-kunsilliera prezenti qablu sabiex l-Kunsill jippartecipa f’dan il-progett.

  1. Hrug ta’ tender ghal xoghol ta’ handyman.

Wara diskussjoni, il-Vici Sindku s-Sur Christopher Cassar issugerixxa sabiex il-Kunsill johrog tender ghal xoghol ta’ handyman. Is-Sur Ivan Peresso, Kunsillier ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

Il-Laqgha ntemmet fl-10 ta’ filghaxija.

___________________________ ________________________

Christine Bonello ikkonfermati John Boxall

Segretarja Ezekuttiva Sindku

 

 

 

 

gov.mt Official Website

AVEC

Qualicities

Members of the ARCHIMED program

Cultel

Fondazzjoni Wirt Artna

heritage malta birgu

Kazin Ghaqda Filarmonika Birgu

Dominicans Convent Website

San Lawrenz

San Lawrenz

Vittoriosa Historical and Cultural Society

Rotary Club La Vallette

Vittoriosa Lightenings FC

Vittoriosa Stars FC

Walled Towns Friendship Circle

Malta and Gozo Restaurant Guide

 
 
Website Design & Development by jcmwebs