.
 


Main Menu

Audio Guide

Cultel
Click here to buy an Interactive CD on the city of Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on MaltaClick here for information on the Mp3 Audio guide

no flash

 

 

 

Minuti tal-laqgh 07/05


24 ta’ Settembru, 2007

Minuti tal-Laqgha Numru 07 (05)

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu iltaqa’ għal-laqgħa numru 7(05) fl-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill F’Couvre Porte nhar l-Erbgha 19 ta’ Settembru, 2007 fi 6:00 ta’ filgħaxija.

Prezenti

Is-Sur John Boxall – Sindku, Is-Sur Ivan Peresso – Kunsillier u s-Sinjura Judith Saliba - Kunsilliera

Is-sinjura Miriam Grech kienet skuzata filwaqt li s-sur Christopher Cassar, Vici Sindku ma attendiex minhabba attivita familjari.

 Ippresieda is-sur John Boxall.

Talba

Is-Sur John Boxall - Sindku, qal it-talba u tah bidu għal din il-laqgħa.

  1. Qari u Approvazzjoni tal-Minuti 

Is-sur John Boxall, Sindku, talab lis-Segretarja Ezekuttiva sabiex taqra l-minuti tal-laqgha precedenti

1.1  Item 1.2(06/05). Is-Sur Boxall, Sindku qal li hu kiteb lis-Segretarju tal-Vittoriosa Stars F.C, dwar in-nuqqas ta’ partecipazzjoni ta’ dan il-klabb fl-attivita ta’ Jum il-Birgu 2007.

1.2  Dwar item 1.7 (06/05), is-Sindku qal li l-sleeping policeman li kien hemm fi Triq San Lawrenz, ezattament quddiem il-knisja mhux ser terga’ issir.

1.3  Item 1.11(06/05). Is-Sindku qal li lil Kunsill kien sarlu l-audit min awditur barrani mibghut mil-progett Qualicities. Is-Sur Boxall, Sindku qal li hames pajjizi mil-pajjizi membri fil-progett Qualicities ser tinghatalhom l-label tal - Qualicities waqt il-konferenza f’Baranya, wara li sar l-audit.

1.4  Dwar item 2.6(06/05), dwar l-istedina ghal konferenza ta’ l-Assocjazzjoni ta’ l-Ibliet Storici fil-Mediterran, is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jattendi. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

1.5  Item 3(06/05), Jum il-Birgu 2007. Is-Sindku, s-sur John Boxall qal li fl-attivita ta’ Jum il-Birgu, saru tibdil fil-programm fejn peress li l-eks Kunsillier Melvin Attard kien ser ikun msiefer fis-serata, l-compare ghas-serata kienu l-eks Vici Sindku s-sur Emanuel Attard u l-eks Kunsilliera Victoria Butters. Is-Sur Boxall qal li fil-preparamenti ghas-serata kien sar zball fejn l-grupp li SineMacula li esebixxa fis-serata, ma giex ikkunsultat mas-Sindku u mas-Segretarja Ezekuttiva. Is-Sindku qal li fil-laqgha tal-Kunsill li jmiss ser jinghata rendikont ta’ l-attivita ta’ Jum il-Birgu 2007. 

1.6  Dwar item 5(06/05), il-Kunsillier Ivan Peresso qal li l-attivita ta’ simultaneous chess exhibition saret bhala parti mill-attivitajjiet ta’ Jum il-Birgu 2007. Is-Sur Peresso qal li r-rapprezentant li ntbghat mil-Malta Chess Federation jixtieq li jaghti lezzjonijiet kif tintlaghab il-loghba tac-chess lit-tfal flimkien mal-genituri. Hawnhekk, il-Kunsill inkariga lil Ivan Peresso sabiex jiehu hsieb hu u jaghmel il-preparamenti mehtiega sabiex il-Kunsill jofri tahrig lil dawk it-tfal interessati jitghallmu l-loghba tac-chess.
 

1.7  Dwar item 6(06/05) dwar il-progett ‘Intercultural cities’, wara diskussjoni u wara li l-Kunsill rah x’jirrikjedi dan il-progett, l-istess Kunsill iddecieda li f’din is-sitwazzjoni finanzjarja, dan il-progett mhux viabli.

1.8  Item 7(06/05) wara diskussjoni, il-Kunsilliera prezenti qablu sabiex it-tender ghax-xoghol ta’ handyman tohrog izda mhux ghalissa minhabba l-qaghda finanzjarja tal-Kunsill fil-prezent.

Il-Minuti ta’ laqgha 06/05, gew issekondati mill-Kunsillier Ivan Peresso u gew approvati unanimament.

  1. Korrispondenza.

2.1  Is-Sur John Boxall, Sindku qal li s-Sur Joseph Scicluna direttur tal-Kumpanija SVS leisures tah donazzjoni lil Kunsill Lokali tal-Birgu antriporta tal-hgieg ghal Gallerija Couvre Porte ghal prezz ta’ Lm 818.92 Vat inkluza. Is-Sindku qal li permezz ta’ din l-antriporta, l-Konferenza ta’ l-Assocjazzjoni AVEC tista’ ssir gewwa Gallerija Couvre Porte stess. 

2.2  Ittra minghand il-Partit Laburista fejn talab lil Kunsill Lokali tal-Birgu sabiex jipproponi zewg progetti biex jekk il-Partit Laburista jkun fil-Gvern isiru dawn iz-zewg progetti. Wara diskussjoni, s-Sur John Boxall, Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jipproponi l-progett tal-Ground tal-Fortini fejn issir ground synthetic filwaqt li taht issir parkegg ghar-residenti u ghal barranin u l-progett tal-pavimentar ta’ l-area tal-Collachio. Dan issir jekk dejjem issir il-progett tat-Torri ta’ L-Arlogg u l-pavimentar tal-Pjazza. Il-kunsilliera Judith Saliba ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

2.3  Email mis-sur Ellsworth Camilleri, fi hdan l-ambaxxata Franciza, fejn stqar li l-grupp ta’ zfin Franciz “La Mentonnaise” lest li jaghel esebizzjoni u lejla kulturali gewwa l-Birgu fl-okkazzjoni ta’ 350 sena mil-mewt tal-GranMastru Lascaris minghajr l-ebda hlas. Wara diskussjoni l-Kunsilliera prezenti qablu sabiex din l-attivita titella.
 

2.4  Is-Sindku, s-sur John Boxall ipprezenta korrispondenza minghand is-Sur Manos Vougioukas, ko-ordinatur tal-progett MedCOAST.Net fejn talbu lil Kunsill sabiex il-konferenza ta’ dan il-progett issir Malta, f’Novembru jew Dicembru ta’ din is-sena. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex l-konferenza ta’ dan il-progett issir fi 3 u 4 ta’ Dicembru 2007, il-Kunsilliera Judith Saliba ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu. Is-Sur John Boxall ippropona li s-sit ghal dan il-progett ghandha tkun iz-zona ta’ Triq il-Mandragg. Il-Kunsillier Ivan Peresso ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
 

2.5  Ittra mil-kumpanija Where’s Everybody dwar il-programm televiziv gdid “Hadd Ghalik”, fejn talbu lil Kunsill sabiex jippartecipa f’dan il-programm ghal prezz ta’ Lm 50. Wara diskussjoni, il-membri prezenti qablu li minhabba s-sitwazzjoni finanzjarja l-Kunsill ma jistax jippartecipa f’dan il-programm.

2.6  Stedina mis-Sindku ta’ Soleymieu fi Franza, fejn stieden lil Kunsill sabiex bejn it-28 t’Ottubru u t-3 ta’ Novembru, 2007, delegazzjoni mil-Birgu tmur f’Soleymieu fi Franza fejn l-individwu jkollhu ihallas biss il-passagg ta’ l-ajru. Wara diskussjoni, s-SIndku ssugerixxa sabiex ghalkemm il-Kunsill jixtieq jippartecipa u jilqa’ din l-istedina minhabba li l-Kunsill huwa wiehed zghir u l-membri tal-Kunsill m’ghandhomx leave u hu bhala Sindku ser ikun impenjat f’konferenza ohra, l-Kunsill ma jistax jilqa’ din l-istedina. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

2.7  Email minghand l-Onorevoli Michael Refalo fejn talab lil Kunsill Lokali  tal-Birgu, jilqa’ delegazzjoni ta’ 40 diplomatici barranin nhar il-Gimgha 26 t’Ottubru. Wara diskussjoni, l-Kunsilliera prezenti bi qbil unanimu qablu sabiex l-Kunsill jilqa’ lil din id-delegazzjoni.

2.8  Is-Sindku pprezenta ittra mil-Ministeru ghall-affarijiet rurali u l-ambjent fejn is-Segretarju Parlamentari ghal biedja u s-sajd, l-Onor. Dr. Francis Agius ghazel li jorganizza l-attivita “Jum Dinji ta’ l-ikel” li tigi organizzata mil-Food and Agricultural Organisation )FAO) gewwa l-Birgu. Is-Sindku qal li din l-attivita ser tigi organizzata nhar it-28 ta’ Ottubru, 2007. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex l-Kunsill jippartecipa f’din l-attivita. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

2.9  Ittra minghand is-Sur Lawrence V. Farrugia, President tas-Socjeta Muzikali San Lawrenz fejn talab lil Kunsill sabiex l-membri tal-kumitati ta’ l-ghaqdiet volontarji jinghatalhom permess specjali minhabba l-iskema ta’ parkegg li ser tigi nrtodotta fil-Birgu. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex din il-korrispondenza tigi diskussa iktar –il quddiem.
 

2.10          Is-Sindku pprezenta perizzjoni u ilment mir-residenti ta’ Triq Gann Frangisk Abela sabiex tigi rrangata l-imsemmija triq. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex ninfurmaw lir-residenti li din il-petizzjoni giet moqrija fil-laqgha tal-Kunsill u ser tittiehed azzjoni iktar-il quddiem. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
 

2.11          Ittra minghand is-Sur Joseph Scicluna fejn talab l-permess lil Kunsill Lokali tal-Birgu sabiex tinqala’ temporanjament u wara jirranga l-bankina li hemm quddiem il-hanut tieghu li jinsab fi Triq La Vallette, kantuniera ma’ Misrah ir-Rebha. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill japprova din it-talba u l-Kunsill ghandu jghin f’dak kollhu li hemm bzonn. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

2.12          Is-Sindku pprezenta ittra mil-Eden Foundation fejn stiednu lis-Sindku sabiex jattendi l-maratona EdenFest 07 u talbu ukoll sabiex il-Kunsill joffri donazzjoni lil din l-ghaqda. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-kunsill jippartecipa f’din il-maratona u jaghti d-donazzjoni ta’ Lm 10. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
 

2.13          Is-Sur John Boxall, Sindku, pprezenta donazzjoni ta’ Lm 85 mghotija mil-kumpanija tal-Films “Largo Winch” bhala apprezament lil Kunsill ghal permess li nghataw sabiex jigibed parti mil-film min din il-kumpanija gewwa l-Birgu. Is-Sindku qal li din id-donazzjoni ser tmur ghall-ispejjez ta’ Jum il-Birgu.

2.14          Is-Sindku pprezenta l-proposti ghal progett tal-Bacir numru 1 gewwa Bormla. Is-Sur Boxall qal li l-Kunsill jaqbel li jsir dan il-progett izda hu ssugerixxa sabiex fl-imsemmi progett jigi nkluz l-progett tar-riabilitazzjoni ta’ l-area ghal parkegg min fejn jibdew il-konfini tal-Birgu sal-Monument tal-Helsien. Dwar dan is-suggeriment kien hemm qbil unanimu.

2.15          Ittra mil-Moviment Kerygma fejn talbu lil Kunsill sabiex jigi nnominat persuna ghal Premju Zghazugh tas-sena 2007.

2.16          Is-sur John Boxall ipprezenta ittra mibghuta mis-sur Roderick Galea Segretarju ta’  l-Ghaqda Filarmonika Prince of Wales Own, dwar l-attegament tal-Vici Sindku, s-Sur Christopher Cassar fi zmien il-festa ta’ San Lawrenz. Wara diskussjoni s-Sindku qal li kulhadd irid jerfa’ ir-responsabilita ghal ghemilu u ssugerixxa sabiex tintbaghat ittra fejn il-Kunsill filwaqt li jinnota b’dispjacir l-attegament tal-Vici Sindku, l-individwu ghandu jkun hu responsabli ghal ghemilu. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

2.17          Ittra minghand l-Eng. Lawrence Saliba fejn talab sabiex meta tkun vakanti Gallerija Couvre Porte, hu jaghmel uzu minnha sabiex ikun jista’ juri l-CD-Rom interattivi fuq il-Birgu. L-Eng. Saliba qal li hu kull sena lest li jaghti donazzjoni ta’ 40 cd-rom lil Kunsill Lokali tal-Birgu bhala ringrazzjament. Wara diskussjoni s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jilqa’ u japprova din it-talba izda ma jintuzawx l-apparat tal-Kunsill. Is-Sindku ssugerixxa ukoll sabiex l-ftehim jigi rivedut wara sena u jumejn qabel ma jkun hemm xi attivita, l-Eng Saliba ghandu jzarma l-apparat tieghu u filkaz ta’ zmien il-Gimgha l-Kbira ikun hemm bzonn li Gallerija Couvre Porte tizzarma xahar qabel. Dan il-ftehim ghandu jigi ffirmat mil-partijiet kollha koncernati.Dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

2.18          Is-Sindku pprezenta applikazzjoni mis-Sur Malcolm Abdilla sabiex il-post li jinsab 95/96 fi Triq San Lawrenz, jinbidel ghal wine bar. Is-Sindku qal li xi residenti mill-imsemmija triq ghamlu petizzjoni u hu ssugerixxa li l-Kunsill ghandu jkun solidarji maghhom. Dwar dan is-suggeriment kien hemm qbil unanimu.

2.19          Is-Sur John Boxall qal li hu kien gie avvicinat mis-Sur Brian Restall, direttur tal-kumpanija PIM ltd. sabiex l-Kunsill japplika ghal progett IEE-Intelligent Energy programme fi hdan l-Unjoni Ewropea. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex l-Kunsill jippartecipa. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

2.20          Ittra mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali dwar il-permessi li jinhargu ghal kiosks fil-jiem tal-Festa.

2.21          Ittra mis-sinjura Barbara O’Brien fejn talbet il-permess lil Kunsill sabiex itella’ wirja ta’ arti f’Gallerija Couvre Porte bejn l-20 t’Ottubru u t-30 ta’ Novembru. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex nilqghu din it-talba izda zied jghid li l-kuntratt ghal uzu ta’ Gallerija Couvre Porte ghandu jsirulu xi modifiki. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

3.      Decizjoni dwar it-tender ta’ gbir ta’ skart goff.

Is-Sindku qal li l-gbir tat-tender ta; gbir ta’ skart goff ghalaq nhar it-Tnejn 13 t’Awissu u ngabbar minghand kuntrattur wiehed, minghand is-sur Alex Fenech ghan-nom tal-kumpanija Euro Clean Waste Services.  Is-Sindku qal li l-prezz ghas-servizz offrut huwa ta’ Lm14.25, kif kien dak tad-tender precedenti. Is-Segretarja Ezekuttiva gibdet l-attenzjoni li l-awditur  fil-management letter,kien gibed l-attenzjoni ghal dan is-servizz. Wara diskussjoni, is-sur Boxall qal li s-servizz tas-sur Fenech kien mill-ahjar u dan jixhduh ir-residenti li dejjem fahru dan is-servizz. u kuljum qed ikun hemm bejn 5 u 10 talbiet mir-residenti ghal dan is-servizz,  ghalhekk ssugerixxa sabiex dan it-tender jinghata lis-sur Alex Fenech tal-kumpanija Euro Clean Waste services. Il-Kunsilliera Judith Saliba ssekondat dwar dan kien hemm qbil unanimu.

4.      Konferenza tal-progett Qualicities, F’Baranya bejn is-17 u l-20 ta’ Ottubru, 2007

Is-Sindku qal li l-Kunsill kien rcieva invit sabiex jippartecipa fl-ahhar laqgha tal-progett Qualicities li ser issir gewwa Baranya fl-Ungerija bejn is-17 u l-20 t’Ottubru, 2007. Is-sur Boxall, Sindku qal li ghal din il-konferenza kollox ser jigi re-imbursed u ssugerixxa sabiex jattendi hu flimkien mas-Segretarja Ezekuttiva ghal din il-konferenza, peress li din ser tkun l-ahhar konferenza ta’ dan il-progett. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

5.      Tagħrif dwar il-konferenza internazzjonali AVEC li ser issir fil-Birgu.

Is-Sur John Boxall, Sindku qal li l-Kunsill qed jistenna risposta minghand xi sponsors ghal din il-konferenza. Is-Sindku qal li l-Kunsill kien approva l-ammont ta’ Lm 3,000 ghal din il-konferenza u sa issa il-Kunsill ghamel l-ispiza ghal basktijiet, souveniors, jotters u keychains. Is-Sindku qal li l-Gala Dinner u t-trasport ser ikunu provduti mil-Awtorita Maltija ghat-Turizmu. Is-Sindku talab sabiex issir rendikont ghal din il-konferenza.

6.      Decizjoni dwar is-sehem taghna fil-konferenza dwar Waste Management : Quality Composting

Is-Sindku pprezenta ittra mis-sur Raphael Souchier, direttur generali ta’ l-Assocjazzjoni AVEC fejn stieden lil Kunsill Lokali tal-Birgu jippartecipa f’konferenza dwar waste management control li ser issir bejn il-15 u 17 ta’ Novembru, 2007 gewwa Franza. Wara diskussjoni, s-sur John Boxall issugerixxa sabiex il-Kunsill jibghat lis-sur Christopher Camilleri ghal dan il-progett u importanti ferm li kollox jigi re-imbursed, is-sur Ivan Peresso, Kunsillier issekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

7.      Decizjoni dwar is-sehem taghna fil-konferenza “Learn history to understand and live today’s cultural diversity”.

Is-Sur John Boxall, Sindku pprezenta stedina mil-Assocjazzjoni AVEC sabiex nippartecipaw fil-konferenza “learn history to understand and live today’s cultural diversity”.  Is-Sindku qal li hu kien ta’ l-opinjoni li ghal din il-konferenza jattendi s-sur Lino Bugeja, membru tal-Kumitat Qualicities, izda s-sur Bugeja b’dispjacir m’accettax din l-istedina minhabba ragunijiet ta’ sahha.. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex minflok jintbaghat l-Eccelenza tieghu Fra John Critien, Kavallier Residenti fil-Forti Sant’Anglu u membru ukoll tal-Kumitat Lokali Qualicities. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

8.   Rendikont ta’ l-attivitajiet ta’ Jum il-Birgu.

Is- Sindku s-sur John Boxall qal li r-rendikont ghal attivita ta’ Jum il-Birgu ser jigi pprezentat fil-laqgha tal-Kunsill li jmiss.

9.   Informazzjoni dwar il-vizita ta’ membri tal-Kunsill f’San Pietro in Guarana gewwa Calabria fl-Italja

Il-Kunsilliera Judith Saliba qalet li l-komunita ta’ San Pietro in Guarana laqghu hafna l-membri li attendew ghal din iz-zjara u kienet success kbir. Is-Sinjura Saliba qalet li is-Sindku ta’ San Pietro in Guarana jixtieq li jaghmlu twinning mal-Kunsill tal-Birgu. Wara diskusssjoni s-Sindku ssugerixxa sabiex din l-attivita ninkluduha fil-budget tas-sena d-diehla u nallokaw Lm 1,000 ghal din l-attivita. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

10.  Hwejjeg ohra  

10.1           Il-Kunsilliera Judith Saliba ssugerit sabiex l-Kunsill jorganizza attivita ghal Jum l-Anzjani. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex l-Kunsill jorganizza dawra bil-lanca mal-Port il-Kbir u l-Port ta’ Marsamxett ghal prezz ta’ Lm 2.75. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

10.2           Il-Kunsillier Ivan Peresso talab sabiex isiru tabelli ghal kontra l-hmieg tal-klieb fin-naha tal-Fortini.

Il-Laqgha ntemmet fi 8 ta’ filghaxija.

 

___________________________                                          ________________________

Christine Bonello                                              ikkonfermati    John Boxall

Segretarja Ezekuttiva                                                                             Sindku

 

 

 

 

gov.mt Official Website

AVEC

Qualicities

Members of the ARCHIMED program

Cultel

Fondazzjoni Wirt Artna

heritage malta birgu

Kazin Ghaqda Filarmonika Birgu

Dominicans Convent Website

San Lawrenz

San Lawrenz

Vittoriosa Historical and Cultural Society

Rotary Club La Vallette

Vittoriosa Lightenings FC

Vittoriosa Stars FC

Walled Towns Friendship Circle

Malta and Gozo Restaurant Guide

 
 
Website Design & Development by jcmwebs