.
 


Main Menu

Audio Guide

Cultel
Click here to buy an Interactive CD on the city of Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on MaltaClick here for information on the Mp3 Audio guide

no flash

 

 

 

MInuti tal-laqgha 08/05


24 ta’ Ottubru, 2007 

Minuti tal-Laqgha Numru 08 (05)

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu iltaqa’ għal-laqgħa numru 8(05) fl-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill F’Couvre Porte nhar l-Erbgha 10 ta’ Ottubru, 2007 fi 6:00 ta’ filgħaxija.

Prezenti

Is-Sur John Boxall – Sindku, is-Sinjura Miriam Grech - Kunsilliera Is-Sur Ivan Peresso – Kunsillier u s-Sinjura Judith Saliba - Kunsilliera

Is-sinjur Christopher Cassar – Vici Sindku kien assenti.

Ippresieda is-sur John Boxall.

Talba

Is-Sur John Boxall - Sindku, qal it-talba u tah bidu għal din il-laqgħa.

  1. Qari u Approvazzjoni tal-Minuti

Il-minuti tal-laqgha 07(05) ittiehdu bhala moqrija.

1.1  Item 2.8(07/05). Is-Sindku, s-sur John Boxall qal li nhar il-Hamis 11 t’Ottubru, 2007 ser issir l-ewwel laqgha dwar l-attivita tal-Jum Dinji ta’ l-ikel li ser tigi organizzata gewwa l-Birgu mil-FAO nhar il-Hadd 28 t’Ottubru, 2007 .

1.2  Dwar item 1.7 (06/05), is-Sindku qal li d-donazzjoni lil Eden Foundation fl-okkazzjoni ta’ l-EdenFest ma nghatatx minhabba li dak in-nhar ta’ l-attivita hu ma setghax jattendi minhabba cirkostanzi li ma kellhux kontrol fuqhom.

1.3   Dwar item 6(07/05), dwar il-partecipazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu fil-konferenza “Waste Management quality composting”, is-Sindku qal li l-Kunsill ghadu qed jistenna risposta dwar l-accetazzjoni tal-Kunsill f’din il-konferenza.  

1.4  Item 8(07/05). Is-Sindku s–sur John Boxall, pprezenta r-rendikont ta’ Jum il-Birgu 2007. Is-Sindku qal li l-Kunsill nefaq l-ammont ta’ Lm 478 mil-ammont ta’ Lm 800 li gew ivvutati ghal din l-attivita.  

1.5  Item 9(07/05), is-Sindku talab lil Kunsilliera Judith Saliba taghti rendikont dwar il-vizita tal-membri tal-Kunsill ta’ San Pietro in Guarana gewwa Calabria fil-Birgu. Is-Sinjura Judith Saliba qalet li gie bbukjat post gewwa l-Birgu bejn it-2 u s-7 ta’ Gunju, 2008. Il-Kunsilliera Miriam Grech talbet klarifikazzjoni jekk din l-vizita ma tkunx bhala preparamenti ghal twinning ma’ dan il-villagg. Is-Sur Boxall, Sindku qal li din ser tkun bhala cultural exchange u mhux ser tkun attivita ghal bidu ta’ gemellag.  

1.6  Item 10.1(07/05), is-Sur John Boxall, Sindku qal li l-attivita li l-Kunsill kien ser jaghmel fl-okkazzjoni ta’ Jum l-Anzjani, giet mhassra u ma saritx. Minhabba li ma kienx hemm attendenza bizzejjed.

Il-Minuti ta’ laqgha 07/05, gew issekondati mill-Kunsillier Ivan Peresso u gew approvati unanimament.

  1. Korrispondenza.

2.1  Ittra minghand is-Sur Joseph Zammit, Segretarju tal-Kummisjoni Biljard fi hdan is-Socjeta Muzikali Banda San Lawrenz, fejn talbu lil Kunsill sabiex jorganizza attivita b’forma ta’ kompetizzjoni ta’ snooker, bil-kollaborazzjoni tal-kummissjoni Biljard. Is-Sur Zammit talab sabiex is-sehem tal-Kunsill jkun tlett trofew bl-emblema tal-Kunsill li jammontaw ghal Lm 45. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex naccetaw din il-proposta u l-Kunsill jorganizza kompetizzjoni ta’ snooker bil-kollaborazzjoni tal-Kummissjoni Biljard. Is-Sur Ivan Peresso, Kunsillier responsabbli mill-attivitajiet Sportivi tal-Kunsill issekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

2.2  Is-Sindku pprezenta kwotazzjoni minghand l-kumpanija BIM ltd. ghal 4 mwejjed sabiex jintuzaw ghal konferenza ta’ l-Assocjazzjoni AVEC. Is-Sur Boxall, Sindku fakkar lil Kunsilliera prezenti, li l-istess Kunsill kien ivvota Lm 3000 ghal din il-konferenza. Is-Sindku qal li l-ammont ikkwotat minghand din il-kumpanija kien ta’ Lm 415.36. Wara diskussjoni il-Kunsill unanimament qabel sabiex jinxtraw dawn l-imwejjed.

2.3  Ittra minghand is-Sinjura Christine Meli ghan-nom tal-Malta Union of Guides, fejn talbet il-permess sabiex l-assocjazzjoni li hi tirraprezenta jaghmlu zewg tabelli bir-reklam taghhom, wahda mal-bankina tal-bus lane li hemm fi Triq il-Gublew tal-fidda u l-ohra biswit il-Monument tal-Helsien. Wara diskussjoni, il-Kunsilliera prezenti qablu unanimament sabiex jinghata l-permess mehtieg.  

2.4  Is-Sindku, pprezenta stedina personali mil-Ministru tal-Kultura Franciza sabiex bejn id-9 u l-10 ta’ Novembru, 2007, l-Kunsill Lokali tal-Birgu jattendi ghal French Heritage Fair li ser issir gewwa l-Louvre f’Parigi fi Franza. Is-Sindku qal li hawnhek ser issir ufficjalment il-prezentazzjoni tal-label Qualicities. Wara diskussjoni, is-sinjura Miriam Grech, Kunsilliera, pproponiet sabiex ghal din l-okkazzjoni jattendi s-Sindku s-sur John Boxall, dwar dan kien hemm qbil unanimu.

2.5  Is-Sindku pprezenta ittra minghand is-sinjorina Stefania Mittigani, responsabbli mil-progett ta’ l-Intelligent Energy fejn nfurmat li peress li l-Kunsill ma kienx bghat id-dokumenti kollha mitluba sad-data elenkata, l-Kunsill ma setghax jippartecipa ghal dan il-progett.  

2.6  Is-Sur John Boxall, Sindku, pprezenta ittra mibghtua lil kumpanija James Caterers, li ntbghatet wara t-taghrif li nghatalu wara r-riceviment li l-Kunsill kien organizza fi zmien il-Milied, l-ikel li kien fadal kien ittiehed f’post iehor. Ghaldaqstant, fl-ittra tieghu, s-Sindku saqsa lil kumpanija James Caterers l-ikel li kien fadal x’sar minnhu. Is-Sindku pprezenta l-ittra bhala twegiba min-naha tal-kumpanija fejn giet spjegata il-policy tal-kumpanija u min kien responsabli min-naha tal-Kunsill. Is-Sindku zied jghid li jkun ahjar li tinghata spjegazzjoni minghand min kien responsabli u dan ikun ahjar fl-interess tieghu.

2.7  Ittra minghand is-Sinjura Stavroula Divane, ko-ordinatrici tal-progett MedCOAST.net, fejn infurmat lil Kunsill, li l-laqgha li jmis ta’ dan il-progett ser issir gewwa Pafos, f’Cipru, f’Jannar 2008, filwaqt li l-laqgha f’Malta ser issir f’Mejju, 2008. Wara diskussjoni, s-sur John Boxall, Sindku ssugerixxa sabiex il-laqgha tal-programm MedCOAST.net issir f’Malta bejn it-3 u l-4 ta’ Mejju, 2008. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

2.8  Is-Sindku pprezenta ghal approvazzjoni tal-Kunsill l-applikazzjoni ghal progett Cultura 2007 iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, li l-Belt ta’ Evora, fil-Portugal ser tkun il-leader tieghu.. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

 

3.      Decizjoni dwar it-tenders/offerti li ghandhom jigu ppublikati.

Is-sur John Boxall, Sindku, qal li s-Segretarja Ezekuttiva, gibdet l-attenzjoni li t-tenders ta’ servizz ancillari, is-servizz ta’ perit u s-servizz ta’ accountant ser jiskadu fil-30 ta’ Novembru, 2007. Wara diskussjoni, s-sur Ivan Peresso ssugerixxa sabiex t-tender tal-Perit u ta’ l-accountant jergghu jinhargu izda dak tas-servizz ta’ ufficju ancillari ghalissa ma jinharigtx minhabba is-sitwazzjoni finanzjarja tal-Kunsill. Il-Kunsilliera Miriam Grech issekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

4.      Sejha ghal offerta ghal uzu ta’ Gallerija Couvre Porte fil-Birgu ghal esebizzjoni/wirja ghal zmien il-Gimgha Mqaddsa

Is-Sindku pprezenta kopja tas-sejha ghal offerti ghal uzu ta’ Gallerija Couvre Porte u ssugerixxa sabiex tinhareg ghal uzu tal-Gallerija fi zmien il-Gimgha Mqaddsa. Is-Sur Ivan Peresso, kunsillier, issekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

5.      Tagħrif dwar il-konferenza internazzjonali AVEC li ser issir fil-Birgu.

Is-Sindku fakkar lil Kunsilliera prezenti li bejn il-11 u l-14 t’Ottubru, 2007 ser issir il-konferenza tal-Kunsill Amministrattiv ta’ l-assocjazzjoni AVEC. Is-Sur John Boxall, Sindku, pprezenta l-programm ghal din il-konferenza kif ukoll l-basket bil-materjal kollhu li ser jigi pprezentat lid-delegati li ser ikunu prezenti f’din il-konferenza. Hawnhekk, is-Sindku rringrazzja lil VisitMalta fi hdan il-Ministeru tat-Turizmu, ghal ghajnuna kollha li qed taghti lil Kunsill. Is-Sindku qal li ghad fadal jaslu l-posters kif ukoll l-ingravati.

Hawnhekk is-Sindku, pprezenta tlett kwotazzjonijiet ghal PA System sabiex tintuza waqt din il-konferenza. Dawn kienu dik minghand il-kumpanija Sound Solutions ghal prezz ta’ Lm 350 li tinkludi ukoll l-hlas ghall-operating technicians,dik tal-kumpanija The Sound System ghal prezz ta’ Lm 295 li ma tinkludix l-hlas ghal operating technicians u dik tal-kumpanija MFCC ghal prezz ta’ Lm 177, li ukoll ma tinkludix t-technicians. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex tintghazel dik tal-Kumpanija Sound Solutions, il-kunsilliera Miriam Grech issekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

Is-Sindku pprezenta ukoll kwotazzjoni ghas-servizz ta’ catering ghar-reception li ser tigi organizzata nhar il-Hamis 11 t’Ottubru, 2007, ghal ftuh ta’ din il-konferenza. Is-Sindku pprezenta erbgha kwotazzjonijiet li kienu dik tad-Dolceria Bonta ghal prezz ta’ Lm 120, dik tal-kumpanija Neriku Confectionary ghal prezz ta’ Lm 91.69, dik minghand Villa Arrigo Ltd. ghal prezz ta’ Lm 154.93 u dik tal-kumpanija Busy Bee Ltd. ghal prezz ta’ Lm 157.24. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex tintghazel l-irhas offerta, dik ta’ Neriku Confectionary. Il-Kunsilliera Judith Saliba issekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

6.      L-iskema tal-parkegg fil-Birgu

Il-Kunsilliera Miriam Grech talbet kjarifikazzjoni ta’ din l-iskema u staqsiet lil Kunsill x’jigri meta persuna tixtri karozza gdida. Is-Sur John Boxall, Sindku tah spjegazzjoni tal-process ghal din l-iskema. Is-Sur Boxall qal li l-permessi ta’ dawk regolari huma kwasi lesti u sa issa tqassmu lil dawk in-nies li ma’ l-ewwel avviz irregistraw il-vettura taghhom. Is-Sindku zied jghid li l-process miexi u b’hekk is-sistema tkun tista’ tibda fi zmien qasir.  

7.      Gnien Pubbliku fuq tal-Hawli

Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li r-residenti ta’ Blokk F, Fuq tal-Hawli, talbu sabiex isiru 25 postijiet ghal parkegg f’din iz-zona. Is-Sur Boxall qal li wara li kellhu laqgha mal-Perit Anton Camilleri, responsabli min dan il-progett min naha tad-dipartiment tat-Tiswijiet tad-Djar, li qieghed jiffinanzja dan il-prgett, gie deciz sabiex il-parkegg isir izda ma jridx jintilef l-iskop tal-gnien. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

8.   Approvazzjoni tal-Lista ta’ pagamenti

Is-Sindku ressaq ghall-approvazzjoni tal-Kunsill il-lista ta’ pagamenti dovuti mill-Kunsill. Wara diskussjoni, is-Sindku, ppropona li din il-lista tigi approvata. Is-Sur Ivan Peresso, Kunsillier issekonda dan il-proponiment, u gie approvat unanimament.

9.   Hwejjeg ohra

9.1    Is-Sinjura Miriam Grech, Kunsilliera qalet li waslilha ilment minghand sinjura li toqghod fi Triq Gann Frangisk Abela, fejn fir-residenza taghha ma setgahx issir arlogg tad-dawl wara li l-bieb taghha sar ta’ l-aluminium. Is-Sinjura Grech qalet li fl-opinjoni taghha, saret ingustizzju u tixtieq li min naha tal-Kunsill issir pressjoni sabiex jitwahhal arlogg tad-dawl f’din ir-residenza. Hi tablet sabiex il-Kunsill jinnota li fl-imsemmija triq hemm diga bibien ta’ aluminium u li dan ser ikunn att umanitarju. Is-Sur John Boxall issekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

9.2    Il-Kunsillisera Miriam Grech, tablet lil Kunsill sabiex jinfurmah min kien responsabbli biex jintaghzlu n-nies biex jippartecipaw fl-attivita ta’ Birgu By Candlelight u min kien responsabbli biex jaghzel min m’ghandux jippartecipa. Is-Sur John Boxall, Sindku qal li l-Kunsill ma kellhux din ir-responsabilita. Il-kunsilliera Judith Saliba qalet li hi giet avvicinata mis-Sur Mario Farrugia, CEO tal-Fondazzjoni Wirt Artna sabiex tghinu tfittex in-nies sabiex jippartecipaw izda mhux ghan-nom tal-Kunsill. Is-Sinjura Saliba nfurmat lil Kunsilliera prezenti li mhu ser jippartecipa hadt ghal din l-attivita.

9.3    Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li hu flimkien ma’ L-Avukat tal-Kunsill Dr. Neville Camilleri kellhu laqgha mas-Sur Joe Borg u l-Avukat tieghu dwar il-libel li hemm kontra is-sur Joe Borg. Is-Sindku qal li gie mitlub sabiex jahfer lis-sur Borg izda biex jahfer lis-sur Borg, dan irid ihallas l-ispejjez ta’ l-Avukat tal-Kunsill kif ukoll l-ispiza tal-libel. Wara diskussjoni, il-kunsilliera prezenti unanimament qablu sabiex titwaqqa’ l-kawza izda bil-kundizzjoni li jitħallsu l-ispejjez kollha relatati ma’ dan il-libel, jiġifieri li jingħataw il-flus lura tal-ftuħ tal-kawża tal-libel u jitħallsu l-ispejjez ta’ l-avukat.

  

Il-Laqgha ntemmet fi 8 ta’ filghaxija.


___________________________                                          ________________________

Christine Bonello                                              ikkonfermati    John Boxall

Segretarja Ezekuttiva                                                                             Sindku

 

 

 

 

gov.mt Official Website

AVEC

Qualicities

Members of the ARCHIMED program

Cultel

Fondazzjoni Wirt Artna

heritage malta birgu

Kazin Ghaqda Filarmonika Birgu

Dominicans Convent Website

San Lawrenz

San Lawrenz

Vittoriosa Historical and Cultural Society

Rotary Club La Vallette

Vittoriosa Lightenings FC

Vittoriosa Stars FC

Walled Towns Friendship Circle

Malta and Gozo Restaurant Guide

 
 
Website Design & Development by jcmwebs