.
 


Main Menu

Audio Guide

Cultel
Click here to buy an Interactive CD on the city of Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on MaltaClick here for information on the Mp3 Audio guide

no flash

 

 

 

Minuti tal-laqgha 09/05


12 ta’ Novembru, 2007

Minuti tal-Laqgha Numru 09 (05)

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu iltaqa’ għal-laqgħa numru 9(05) fl-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill F’Couvre Porte nhar l-Erbgha 7 ta’ Novembru, 2007 fil- 5:30 ta’ filgħaxija.

Prezenti

Is-Sur John Boxall – Sindku, is-Sinjura Miriam Grech - Kunsilliera Is-Sur Ivan Peresso – Kunsillier u s-Sinjura Judith Saliba - Kunsilliera

Is-sinjur Christopher Cassar – Vici Sindku kien assenti.

Ippresieda is-sur John Boxall.

Talba

Is-Sur John Boxall - Sindku, qal it-talba u tah bidu għal din il-laqgħa.

  1. Qari u Approvazzjoni tal-Minuti

Il-minuti tal-laqgha 08(05) ittiehdu bhala moqrija.

1.1  Dwar item 1.1(08/05), is-sur John Boxall, Sindku qal li l-attivita tal-Jum Dinji ta’ l-ikel  kienet ta’ success. Is-Sinjura Miriam Grech, Kunsilliera qalet li l-kumpanija 26th frame li kienet qedha taghmel programm televiziv min gewwa l-Birgu fl-istess gurnata kienu sodisfatti imma ddispjecihom li minhabba l-attivita ma kellhomx daqshekk cans biex jaghmlu coverage sew fuq il-Birgu.

1.2  Item 2.1(08/05). Is-Sindku qal li l-Kummissjoni Biljard fi hdan is-Socjeta Muzikali San Lawrenz irringrazzjaw verbalment lil Kunsill talli flimkien ser jorganizzaw din il-kompetizzjoni tal-biljard. Is-Sindku qal li t-trophies ghal din l-attivita kienu nxtraw u aktar –il quddiem ser javzaw lil Kunsill meta ser tkun il-finali.

1.3   Dwar item 2.4(08/05) is-Sindku qal li propjament ghada 8 ta’ Novembru, 2007 ser jitlaq ghal Franza sabiex jattendi ghal prezentazzjoni tal-label Qualicities li ser issir fil-Muzew majistuz tal-Louvre f’Parigi. Is-Sindku zied jghid li s-sur Nazju Caruana wera x-xewqa sabiex jattendi mieghu izda spejjez ghalih.

1.4  Item 2.7(08/05) dwar il-progett MedCOAST.net, is-Sindku qal li s-sinjorina Fiorella Scicluna, skrivana responsabbli min dan il-progett, bghatet xi ittri sabiex jingabru kwotazzjonijiet ghall-awditur fuq dan l-imsemmi progett.

1.5  Item 3(08/05).is-Sindku qal li t-tenders ghas-servizz ta’ perit, dak ta’ accountant u s-sejha ghal offerta ghal uzu ta’ Gallerija Couvre Porte ghal esebizzjoni ghal Gimgha l-Kbira, kienu nhargu u ser jaghlqu fl-20 ta’ Novembru, 2007   

1.6  Dwar item 5(08/05), is-Sindku qal li l-Konferenza internazzjonali AVEC kienet ta’ success, filfatt sal-bierah stess il-President ta’ din l-assocjazzjoni bghat ittra ta’ ringrazzjament u stqar li din il-konferenza kienet ta’ sodissfazzjon. Is-Sindku zied jghid li mil-ammont ta’ Lm 3000 li l-Kunsill kien ivvota bhala nefqa ghal din il-konferneza mhux suppost li taqbez dan l-ammont. Is-Sindku hawnhekk irringrazzja lill-istaff u lil dawk kollha li ghenu, is-success kien ix-xoghol globali li sar flimkien ma’ l-ghajnuna li nghatat mil-Awtorita Maltija tat-Turizmu.

1.7  Item 6(08/05), is-Sur John Boxall, Sindku tah rendikont ta’ l-iskema ta’ parkegg ghar-residenti tal-Birgu li giet ntrodotta fl-1 ta’ Novembru, 2007.

1.8  Dwar item 9.1(08/05) is-Sindku qal li l-Kunsilliera Miriam Grech kienet talbet lis-Segretarja Ezekuttiva sabiex l-ittra ghan-nom tal-familja li toqghod Triq Gann Frangisk Abela li kellha tinbaghat lil MEPA, ma tintbaghatx minhabba li zvillupaw xi affarijiet ohrajn relatati ma’ din il-kwistjoni.

1.9  Item 9.3(08/05) is-Sindku qal li l-avukat tal-Kunsill, Dr. Neville Camilleri nforma lil Kunsill, li s-sur Joe Borg qabel li jhallas l-ispejjez kollha relatati mal-libel.

Il-Minuti ta’ laqgha 08/05, gew issekondati mill-Kunsillier Ivan Peresso u gew approvati unanimament.

  1. Korrispondenza.

2.1  Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li s-sur Raymond Attard, fotografu pprezentalu sett ta’ ritratti fuq il-Birgu, izda talbu l-ammont ta’ Lm 300. Wara diskussjoni s-sur John Boxall, Sindku ssugerixxa li minhabba s-sitwazzjoni finanzjarja, l-Kunsill mhuwiex f’qaghda li jhallas dak l-ammont u ghaldaqstant din l-offerta ma tistax tigi accetata.

2.2  E-mail minghand l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali sabiex l-Kunsill jippartecipa fil-kampanja kontra l-vjolenza domestika bis-sehem ta’ Lm 10. Wara diskussjoni, l-Kunsilliera prezenti bi qbil unanimu qablu li l-Kunsill ghandu jippartecipa f’din il-kampanja.

2.3  E-mail mill-Kunsill ta’ Tours, fi Franza fejn talbu lil Kunsill sabiex jippartecipa f’youth exchange, fi hdan l-assocjazzjoni AVEC. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jippartecipa, il-Kunsilliera Judith Saliba ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu. Is-Sur Boxall, Sindku talab lis-Sur Ivan Peresso, Kunsillier sabiex ikun hu responsabbli ta’ dan il-progett peress li huwa l-kunsillier responsabli miz-zghazagh.

2.4  Is-Sindku pprezenta ittra minghand l-Awtorita Maltija ghat-Turizmu fejn l-istess awtorita approvat li jsir ix-xoghol ta’ hadid fuq il-posta ta’ Franza, f’Couvre Porte. Is-Sindku qal li l-Awtorita Maltija ghat-Turizmu ser tiffinanzja Lm 3500 mix-xoghol li ser jiswa’ Lm 3511.25, ghaldaqstant il-Kunsill irid johrog l-ammont ta’ Lm 11.25. Dwar dan kien hemm qbil unanimu sabiex ix-xoghol issir.

2.5  Is-Sindku pprezenta ittra minghand is-Sur Elfred Williams fejn wara laqgha li saret mieghu, mal-Professur Agius kif ukoll mas-Sindku u Kunsilliera ta’ Pembroke, ssugerixxa lil Kunsill Lokali tal-Birgu sabiex jaghmel gemellag mal-Belt ta’ Moelfre gewwa Wales. Is-Sindku qal li hu gie nfurmat li l-Kunsill jista’ jibbenifika min ghajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea. Wara diskussjoni s-Sindku ssugerixxa sabiex jinbeda il-process sabiex issir gemellag mal-Belt ta’ Moelfre gewwa Wales. Is-Sinjura Miriam Grech issekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

2.6  Is-Sur John Boxall Sindku pprezenta kopja tac-Certifikat ‘Qualicities’ li l-Kunsill kien ha ghax-xoghol li ghamel f’dan il-progett. Dan ic-certifikat gie mghotti lil Kunsill waqt il-konferenza tal-progett ‘Qualicities’ li saret gewwa Pecs fl-Ungerija. Ic-certifikat ufficjali ser jinghata f’Parigi f’Franza nhar il-Gimgha 9 ta’ Novembru, 2007

2.7  Is-Sindku pprezenta ittra minghand is-sur James Catania, mid-dipartiment tal-Gvern Lokali b’risposta ta’ ittra mibghuta mil-istess Kunsill rigward Lm 2350 mil-progett Med-Urbs dovuti lil Kunsill Lokali tal-Birgu min dak ta’ Bormla. Is-Sindku qal li s-sur Catania ghan-nom tad-Direttur Dr. Natalino Attard, ssugerixxa sabiex bl-ghajnuna tad-dipartiment ssir laqgha bejn il-partijiet kollha koncernati sabiex jintlahaq ftehim ahhari.

2.8  Ittra minghand is-Sinjura Bernice Farrugia mil-Agenzija Appogg sabiex il-Kunsill tal-Birgu flimkien mal-Kunsilli tal-Kalkara, Bormla u Isla jippartecipaw fi Progett mtella’ min din l-agenzija, l-Progett Dawl. Dan il-progett huwa mmirat biex jghin u jgholli l-livell tax-xoghol ghan-nisa inattivi kif ukoll johloq awareness sabiex tigi ffrankata l-energija elettrika, fejn ser jinxtraw bozoz ‘energy saving’ u jinghataw lil diversi familji fil-lokal. Is-Sindku qal li sabiex il-Kunsill jippartecipa f’dan il-progett irid ihallas l-ammont ta’ Lm 100. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jippartecipa. Il-Kunsilliera Miriam Grech issekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

2.9  Ittra minghand il-kumpanija D Gossip fejn talbu l-Kunsill sabiex jippartecipa fil-programm mtella min din il-kumpanija fuq ‘UTV’ dwar il-Kunsilli Lokali. Il-partecipazzjoni tal-Kunsill tkun, ghal prezz ta’ Lm 105 vat mhux inkluz. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex minhabba l-qaghda finanzjarja tal-Kunsill, ma nippartecipawx. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

2.10          Ittra minghand is-sur Keith Abela Fitzpatrick, fejn allega li l-Kunsill ma tahx permess sabiex jarma mwejjed u siggijiet zejda ghal attivita tal-Birgu By Candlelight. Is-Sindku pprezenta l-ittra bhala risposta ghal allegazzjonijiet tas-sur Abela Fitzpatcik u nforma li kunsilliera li hu kien kellem lis-supretendent tal-Pulizija imma mhux ser jittiehdu passi bil-qorti kontrih.

2.11          Ittra minghand is-Socjeta Storika Kulturali Vittoriosa fejn talbu lil Kunsill sabiex fil-pubblikazzjonijiet tal-Kunsill, fil-letterhead, fl-istqarijiet, fic-cirkularijiet ecc.. jibda jintuza l-appelittiv “Vittoriosa – Il-Belt ta’ l-Assedju l-Kbir”. Wara diskussjoni, bi qbil unanimu, l-Kunsilliera qablu li ghalkemm huwa skop tajjeb, din hija difficli biex issir.  

2.12          Is-Segretarja Ezekuttiva pprezentat ghall-approvazzjoni tal-Kunsill ir-risposta ghal management letter. Wara diskussjoni, s-Sindku, s –Sur John Boxall ippropona li din l-ittra tigi approvata. Is-Sinjura Judith Saliba, Kunsilliera issekondat u dwar din kien hemm qbil unanimu.

2.13          Is-Sur John Boxall Sindku pprezenta ittra minghand id-Dipartiment bhala invit sabiex il-Kunsill jippartecipa ghal bidu ta’ progett iffinanzjat mil-Unjoni Ewropea, l-Med programme. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa li ghalkemm hija opportunita, minhabba l-qaghda finanjzarja tal-Kunsill, ikun ahjar jekk il-Kunsill ma jippartecipax. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

2.14          Ittra mill-Assocjazzjoni ETNOLA fejn talbu lil Kunsill sabiex jissieheb f’din l-assocjazzjoni. Wara diskussjoni s-Sindku ssugerixxa sabiex l-Kunsill jippartecipa, s-sinjura Miriam Grech ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

3.      Progett tat-Torri ta’ l-Arlogg u Misrah ir-Rebha

Il-Kunsilliera Miriam Grech qalet li hemm xi problemi sabiex jinbeda dan il-progett u hemm spekulazzjoni, li l-Kunsill qed izomm li jinbeda dan il-progett, izda l-problema li hemm zvillupat minhabba l-parkegg. Is-sur John Boxall, Sindku qal li l-uniku soluzzjoni ghal din il-problema hija li tigi zvillupata l-idea tal-ground tal-Fortini. Il-Kunsilliera Miriam Grech ssugerit sabiex issir laqgha mal-Ministru Ninu Zammit sabiex tigi diskussa din il-possibilta ghal dan il-progett.

4.      Talba ghad-Devoluzzjoni ta’ propjeta lil Gvern Centrali.

Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jitlob lil Gvern Centrali sabiex l-art fiz-zona tat-Toqba tigi devoluta lil Kunsill, sabiex din iz-zona tigi zvillupata u l-Kunsill ikun jista’ jitlob il-hlas ta’ permessi lil dghajjes u yachts li sal-llum qeghdin jaghmlu l-opri taghhom hemm minghajr l-ebda permess. Wara diskussjoni, s-sur Ivan Peresso ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

5.      Tagħrif dwar il-progett Gnien Pubbliku fuq tal-Hawli

Is-sur John Boxall, Sindku qal li f’laqgha li kellhu mal-Perit Anton Camilleri, Direttur tad-Dipartiment tat-tiswijiet tad-Djar flimkien mal-Perit tal-Kunsill s-Sur Duncan Mifusd, ntqal li hemm bzonn li jsiru xi tibdiel fil-progett tal-Gnien Pubbliku fiz-zona ta’ Fuq tal-Hawli, fejn ser jizdied 25 parkegg ghar-residenti. Is-Sindku qal li l-Kunsill qed issib ghajnuna kbira min dan id-dipartiment. Is-Sindku qal li bhalissa l-kuntrattur lesta t-triq ghal garaxx u fi zmien qarib ser jitwahhal il-bieb ta’ l-istess garaxx.

6.      Attivita ghal anzjani ghal zmien il-Milied

Is-Sinjura Judith Saliba staqsiet lil Kunsill jekk din is-sena, mhux ser issir l-attivita ghal anzjani ghal zmien il-Milied, bil-kollaborazzjoni ta’ l-ghaqda Caritas. Wara diskussjoni l-Kunsilliera prezenti bi qbil unanimu qablu li l-Kunsill ghandu jorganizza din l-attivita bil-kollaborazzjoni tal-Caritas tal-Birgu. Is-Sindku ssugerixxa sabiex issir laqgha mas-Sinjura Anna Pisani sabiex jibdew isiru l-preparamenti ghal din l-attivita.

  1. Attivita ghal zmien il-Gimgha l-Kbira

Is-sur Ivan Peresso, Kunsillier issugerixxa sabiex il-Kunsill jorganizza attivita ghal zmien il-Gimgha l-Kbira, fejn il-Belt tal-Birgu tinbidel f’Gerusalem u f’partijiet differenti fil-Birgu jkun hemm xeni differenti mil-Passjoni ta’ Sidna Gesu Kristu. Is-Sur Peresso ssugerixxa sabiex f’din il-gurnata l-wirjiet fil-Birgu jkunu miftuhin kif ukoll isiru xi attivitajiet fil-knejjes u din l-attivita ssir s-Sibt ta’ wara d-Duluri. Wara diskussjoni, s-Sindku s-sur John Boxall qal li l-Kunsill jaqbel mal-principju izda minhabba l-problema finanzjarja ser tkun difficli sabiex din is-sena, tittela’ din l-attivita. Is-Sindku ssugerixxa sabiex din l-attivita ssir ghal Gimgha Mqaddsa ta’ l-2009 u l-Kunsill jitlob il-kollaborazzjoni ta’ l-Awtorita Maltija ghat-Turizmu. Is-sinjura Judith Saliba ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.

8.   Hwejjeg Ohra

8.1 Is-Sindku talab lis-Segretarja Ezekuttiva tfittex il-kuntratt ta’ ftehim bejn il-Kunsill u l-Fondazzjoni Wirt Artna, ghal uzu ta’ shelters, kif ukoll l-ittra li l-Kunsill baghat lil Fondazzjoni dwar il-ftehim ghal kmamar li ser jintuzaw bhala cinema hall. Wara diskussjoni, l-kunsilliera prezenti bi qbil unanimu qablu li l-ittra ghandha taqa’ ghax l-ammont mitlub ta’ Lm 500 huwa ftit wisq. Barra min hekk fl-opinjoni tal-Kunsilliera l-ftehim li kien sar dwar l-uzu tax-xelters tat-Tieni Gwerra Dinija, mhux qed jigi segwit. Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill isejjah lis-Sur Mario Farrugia, CEO tal-Fondazzjoni Wirt Artna, sabiex jigi diskuss dan il-ftehim u xi affarijiet ohra relatati ma’ din il-kwistjoni.  

8.2 Is-Sur John Boxall, Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jorganizza attivita ghal zmien il-Milied, « Carols by Candlelight » fejn ghal din l-attivita jintefa’ l-Birgu kollhu u jinxteghel bix-xemghat u importanti li r-residenti jixghelu l-Christmas Trees. Is-Sindku qal li ghal din l-attivita ghandhom jingabu korijiet tat-tfal filwaqt li f’Misrah ir-Rebha jkun hemm Christmas Shopping. Is-Sur Boxall, Sindku ssugerixxa sabiex din l-attivita ssir is-Sibt 22 ta’ Dicembru, kif ukoll li tintalab l-ghajnuna ta’ l-Awtorita Maltija ghat-Turizmu sabiex din l-attivita tigi organizzata fuq skala nazzjonali. Il-Kunsilliera Judith Saliba ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu. Is-Sindku ssugerixxa sabiex jissejhu l-ghaqdiet tal-lokal kif ukoll il-hwienet sabiex il-Kunsill ikollhu l-kollaborazzjoni taghhom fl-organizzazjoni ta’ din l-attivita.

8.3 Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li ftit tal-jiem ilu sfrondat Triq l-Antika u l-kuntrattur nforma lil Kunsill li l-ispiza ghax-xoghol ta’ tiswija ser tkun ta’ Lm 250. Il-Kunsilliera prezenti bi qbil unanimu qablu li dan ix-xoghol ghandu jsir.

8.4 Is-Sindku qal li ngibdet l-attenzjoni li hemm bzonn li ssir manutenzjoni fuq il-bridge ta’ Triq Pawlu Boffa. Dwar dan kien hemm qbil unanimu li ghandu jsir ix-xoghol mehtieg.

8.5 Is-Sur Ivan Peresso, Kunsillier ssugerixxa sabiex il-Kunsill johrog fuljett dwar ix-xoghol tal-Kunsill Lokali tal-Birgu. Wara diskussjoni, s-sur John Boxall, Sindku ssekonda u talab lis-sur Peresso sabiex iggib tlett kwotazzjonijiet ghal fuljett ta’ 8 faccati A4 bil-kulur. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.

8.6 Is-Segretarja Ezekuttiva nfurmat lil Kunsilliera prezenti li ngibdet l-attenzjoni minghand id-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali dwar il-kwistjoni mal-kumpanija J & C. Zam Constructions Ltd fejn fl-ittra is-sinjura Gemma Debono gibdet l-attenzjoni li f’kaz li l-Kunsill ma jirbahd l-kawza, din ser ikollha impatt negattiv fuq il-qaghda finanzjarja tal-Kunsill. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex fl-accounts tal-Kunsill tittiehed provizjoni f’kaz li l-Kunsill jitlef din il-kawza. Dwar dan kien hemm qbil unanimu

 

Il-Laqgha ntemmet fi 8:30 ta’ filghaxija.


___________________________                                          ________________________

Christine Bonello                                              ikkonfermati    John Boxall

Segretarja Ezekuttiva                                                                             Sindku

 

 

 

 

gov.mt Official Website

AVEC

Qualicities

Members of the ARCHIMED program

Cultel

Fondazzjoni Wirt Artna

heritage malta birgu

Kazin Ghaqda Filarmonika Birgu

Dominicans Convent Website

San Lawrenz

San Lawrenz

Vittoriosa Historical and Cultural Society

Rotary Club La Vallette

Vittoriosa Lightenings FC

Vittoriosa Stars FC

Walled Towns Friendship Circle

Malta and Gozo Restaurant Guide

 
 
Website Design & Development by jcmwebs