6 ta’ Dicembru, 2007
Minuti tal-Laqgha Numru 10 (05)
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu iltaqa’ għal-laqgħa numru 10(05) fl-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill F’Couvre Porte nhar l-Erbgha 5 ta’ Dicembru, 2007 fil- 6:00 ta’ filgħaxija.
Prezenti
Is-Sur John Boxall – Sindku, Is-Sur Ivan Peresso – Kunsillier u s-Sinjura Judith Saliba - Kunsilliera
Is-sinjur Christopher Cassar – Vici Sindku kien assenti.
Is-sinjura Miriam Grech –Kunsilliera kienet skuzata minhabba ragunijiet ta’ sahha.
Ippresieda is-sur John Boxall.
Talba
Is-Sur John Boxall - Sindku, qal it-talba u tah bidu għal din il-laqgħa.
- Qari u Approvazzjoni tal-Minuti
Il-minuti tal-laqgha 09(05) ittiehdu bhala moqrija.
1.1 Dwar item 1.1(09/05), is-sur John Boxall, Sindku, qal li l-Kunsill rcieva d-donazzjoni ta’ Lm 100 mil-Ministeru ta’ l-Ambjent u l-Affarijiet Rurali, bhala ringrazzjament ghas-servizz mghoti fl-attivita tal-Jum Dinji ta’ l-ikel. Is-Sindku zied jghid li dan il-Ministeru ser jibghat ukoll il-hlas ghas-servizz tas-sahra tal-kenniesa tal-gurnata msemmija.
1.2 Item 2.4(09/05). Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li x-xoghol ta’ railing ornamentali fuq il-posta ta’ Franza, ser ikun lest u mwahhal fil-granet li gejjien.
1.3 Dwar item 3(09/05), is-Sur John Boxall, Sindku qal li l-ittra lil Onor. Ministru Ninu Zammit sabiex issir laqgha biex jigi diskuss l-progett tat-Torri ta’ l-Arlogg u l-izvillup tal-Pjazza, kienet ntbghatet, kif ukoll ntbghatet kopja lil Onor. Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi, izda sal-llum il-Kunsill ma rcieva l-ebda risposta hlief acknowledgement letter.
1.4 Item 4 (09/05). Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li hu flimkien mas-Segretarja Ezekuttiva kellhom laqgha mas-Sur Lawrence Farrugia, Assistent Direttur tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali sabiex jibdew il-proceduri ghat-talba ghad-devoluzzjoni ta’ parti miz-zona maghrufa bhala t-toqba. Is-Sindku nforma lil Kunsilliera li nhar il-Gimgha 7 ta’ Dicembru, 2007 ser issir laqgha mal-Perit Duncan Mifsud sabiex isiru l-pjanti mehtiega u l-infieq ghal dak progettat mil-Kunsill kif mitlub mid-Dipartiment.
1.5 Item 6(09/05), il-Kunsilliera Judith Saliba qalet li l-attivita ghal anzjani ghal zmien il-Milied ser issir nhar il-Hamis 20 ta’ Dicembru, 2007 u bhalissa qeghdin isiru l-preparamenti kollha mehtiega ghal din l-attivita.
1.6 Dwar item 8.1(09/05), is-sur John Boxall, Sindku, qal li fil-laqgha li saret mas-sur Mario Farrugia nhar il-Hamis 15 ta’ Novembru, 2007, is-sur Farrugia ssugerixxa sabiex l-ftehom li hemm bhalissa bejn il-Kunsill Lokali Birgu u l-Fondazzjoni Wirt Artna ghal uzu tax-xelters f’Couvre Porte jinbidel. Is-Sur Farrugia ssugerixxa sabiex l-Fondazzjoni Wirt Artna tibda thallas is-somma ta’ Lm 100 fix-xahar. Wara diskussjoni is-sur John Boxall Sindku, ssugerixxa li l-Fondazzjoni Wirt Artna thallas Lm 125, kif ukoll l-kera tax-xelters. Is-Sur Boxall ssugerixxa li l-ftehim jista’ jigi rivedut wara tlett snin u jibda mil-ewwel tas-sena 2008. Is-Sur Mario Farrugia ghandu jigi infurmat b’din id-decizjoni sabiex issir ftehim gdid. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
1.7 Dwar Item 8.2(09/05), l-attivita Carols by Christmas Lights, is-Sindku qal li din l-attivita ser tkun mtella’ mil-Kunsill Lokali tal-Birgu bil-kollaborazzjoni ta’ l-Awtorita Maltija ghat-Turizmu. Is-Sur John Boxall, Sindku, tah rendikont lil kunsilliera prezenti ta’ l-attivitajiet li ser ikun hawn fil-Birgu nhar is-Sibt 22 ta’ Dicembru, 2007. Is-Sindku qal li l-kumpanija GO ser taghti donazzjoi ta’ Lm 500 lil Kunsill ghal partecipazzjoni ta’ din il-kumpanija f’din l-attivita. Is-Sur Boxall ssugerixxa sabiex min din is-somma, il-Kunsill jaghmel il-girlandi mixghula ma’ erbghin (40) fanali ornamentali li hemm fiz-zona tal-Collachio. Hawnhekk il-Kunsilliera prezenti taw l-fakulta lis-Sindku u lis-Segretarja Ezekuttiva sabiex jekk ikun hemm xi spejjez ghal din l-attivita jsiru basta fil-parametri ta’ din id-donazzjoni u wara jigu nfurmati.
1.8 Dwar item 8.5(08/05) is-sur Ivan Peresso, Kunsillier, pprezenta kopja draft tal-fuljett. Is-sur John Boxall, Sindku pprezenta tlett kwotazzjonijiet ghal fuljett ta’ 8 faccati A4 bil-kulur. Dawn kienu dik tal-kumpanija Bestprint Ltd ghal prezz ta’ Lm 180 eskluza il- VAT, tal-kumpanija Gutenberg Press ghal prezz ta’ Lm200, eskluza l-VAT u dik tal-kumpanija Scancraft Studios ghal prezz ta’ Lm 249, eskluza l-VAT. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jaghzel l-offerta tal-kumpanija Bestprint, peress li din kienet l-irhas offerta. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
1.9 Item 8.6(09/05). Is-Sur John Boxall, Sindku qal li wara li s-Segretarja Ezekuttiva spjegat is-sitwazzjoni rigward l-kwistjoni lis-Sinjura Gemma Debono, mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali, gie ssugerit sabiex fl-accounts tal-Kunsill ma tittiehdx provizjoni f’kaz li l-Kunsill jitlef din il-kawza izda titnizzel bhala contingent liability. Is-Sur John Boxall ssugerixxa sabiex l-Kunsill jiehu dan il-parir. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
Il-Minuti ta’ laqgha 09/05, gew issekondati mill-Kunsillier Ivan Peresso u gew approvati unanimament.
- Korrispondenza.
2.1 Is-Sindku pprezenta kopja tal-minuti mibghuta mid-Dipatiment tal-Gvern Lokali wara l-laqgha li saret nhar l-Erbgha 21 ta’ Novembru, ma’ l-assistent direttur tad-Dipartment, is-Sur James Catania, fil-presenza tas-Sindku ta’ Bormla , s-sur Joseph Scerri, s-Sindku ta’ l-Isla s-sur Joseph Casha rigward il-kwistjoni tal-progett Med-Urbs. Is-Sur John Boxall, Sindku qal li s-sur Joseph Scerri, Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ Bormla ssugerixxa sabiex l-istess Kunsill ihallas l-ammont dovut ta’ Lm 2350, b’pagament ta’ Lm 250 kull tlett xhur, liema pagament jibqa’ sejjer sa Marzu ta’ l-2010. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex l-Kunsill jaccetta din l-offerta. Is-Sinjura Judith Saliba, Kunsilliera, ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.2 Is-Sindku pprezenta ittra minghand is-Sur Shaun Wallis, ghan-nom ta’ l-HSBC, fejn urew ix-xewqa li jinvestu Lm 1,000 fi progett fil-Birgu. Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-progett li l-Kunsill ghandu jipproponi huwa, r-restawr u l-upgrading ta’ kamra fil-Librerija Regjonali fejn it-total ta’ l-ispejjez sabiex tigi rrangata din il-kamra ser ikun ta’ Lm 1201.32. Wara diskussjoni, s-sinjura Judith Saliba, kunsilliera, ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.3 Is-Sindku pprezenta kwotazzjoni ghal madum u sample ta’ l-istess madum ghal-ufficju amministrattiv tal-Kunsill sabiex jinbidel l-madum ta’ l-ufficini kollha. Is-Sindku qal li l-prezz kwotat mil-kumpanija Centro Bagno kien ghal Lm 250. Wara diskussjoni, l-kunsilliera prezenti qablu li meta l-Kunsill ikun f’qaghda finanzjarja ahjar, dan ix-xoghol ghandu jsir.
2.4 Is-Sindku pprezenta kopja tal-pjanta tal-Gnien Pubbliku Fuq tal-Hawli bit-tibdil li kienu gew diskussi f’diversi laqghat mal-Perit Duncan Mifsud u l-Perit Anton Camilleri, direttur tad-Dipartiment tat-tiswijiet tad-Djar. Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill issejah lir-residenti ta’ l-area ta’ Fuq tal-Hawli sabiex jigi spjegat lilhom dan il-progett u l-pjanti godda. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.5 Is-Sindku pprezenta ilment li l-Kunsill ircieva minghand ir-residenti fi Triq San Duminku sabiex fit-tarag ta’ din it-triq isir pugaman tal-hadid. Is-Sindku ssugerixxa sabiex tintalab kwotazzjoni dwar dan l-ilment.. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.6 Is-Sur John Boxall, Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li l-Kunsill gie mitlub mil- partners tal-progett MedCOAST.net sabiex l-Kunsill ikollhu awditur indipendenti sabiex ikun jista’ jiccertifika l-ispejjez tal-Kunsill relatati ma’ dan il- progett. Hawnhekk, is-Sindku qal li s-sinjorina Fiorella Scicluna, skrivana responsbli min dan il-progett, talbet xi kwotazzjonijiet fuq suggeriment tal-Fondazzjoni Temi Zammit. Is-Sindku qal li kumpanija wahda biss bghatet il-kwotazzjoni taghha, li kienet l-kumpanija Spiteri Bailey & Co. ghal prezz ta’ Lm 150 ghal kull audit exercise ta’ dan il-progett. Is-Sur John Boxall, Sindku, ssugerixxa sabiex l-kunsill japprova din il-kwotazzjoni. Il-Kunsilliera Judith Saliba ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.7 Is-sur John Boxall, Sindku, pprezenta tlett kwotazzjoni ghal insurance tal-garaxx tal-Gnien Pubbliku Fuqtal-Hawli. Is-Sindku tah rendikont lil Kunsilliera prezenti fuq il-laqgha li saret nhar il-Hamis 15 ta’ Novembru, 2007, fil-presenza ta’ l-avukat Dr. Neville Camilleri ma’ rapprezentati tas-Socjeta Muzikali San Lawrenz, is-Sur Lawrence V. Farrugia u s-sur Joseph Scicluna, dwar il-kirja ta’ parti minn dan il-garaxx. Is-sur Boxall ssugerixxa sabiex l-Kunsill jitlob kera ta’ Lm 200 fis-sena li tithallas bil-quddiem u tibda tithallas min Jannar 2008, fil-kuntratt tizdied klawsola li f’dik il-parti tal-garaxx jintrefa’ biss l-affarijiet relatati mal-plancier u jekk jigu nnutati xi oggetti li mhux relatati mal-plancier, l-kuntratt jaqa’ immedjatament. Is-socjeta titlob lil Kunsill ic-cavetta kull meta l-istess socjeta jkollhom bzonn l-access ghal garaxx. Barra min hekk, is-Sindku ssugerixxa sabiex il-kuntratt jigi rivedut wara 3 snin liema revizzjoni tkun kompatibbli mar-rate of inflation ta' dak il-perjodu, l-post ikun mikri ghal 10 snin bi dritt ta’ right of first refusal. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.8 Is-Sindku pprezenta ittra minghand il-kumpanija Sans Frontiers Europe Ltd., fejn wara laqgha li saret ma’ rapprezentanta ta’ din il-kumpanija, ntbaghtu proposti sabiex il-Kunsill Lokali tal-Birgu japplika ghal progett iffinanzjat mil-Unjoni Ewropea ghal zvillupar ta’ Gnien il-Kunsill, il-post maghruf bhala l-Foss. Dwar dan kien hemm qbil unanimu sabiex il-Kunsill japplika ghal dan il-progett u l-kumpanija fuq imsemmija tkun responsabbli mill-applikazzjoni ta’ dan il-progett.
2.9 Ittra minghand l-ASKLM dwar konferenza fil-Kunsill ta’ l-Ewropa li ser issir bejn is-17 u t-18 ta’ Jannar, 2008, gewwa Strasbourg, li ser tittrata r-relazzjoni professjonali bejn l-Ezekuttiv u l-Ellettiv fil-Kunsilli Lokali madwar l-Ewropa kollha. Is-Sindku zied jghid li l-ASKLM ser toffri incentiva ta’ Lm 50 lis-Segretarji Ezekuttivi kollha li ser jattendu. Is-Segretarja Ezekuttiva, filwaqt li rringrazzjat lil Kunsill ghal opportunita, qalet li ghalkemm din hija opportunita siewja, minhabba l-qaghda finanzjarja tal-Kunsill, ikun ahjar jekk hi ma tattendix. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.10 Ittra minghand is-Sur Christopher Aquilina, s-Superjur tas-socjeta’ tal-M.U.S.E.U.M subien gewwa l-Birgu. Is-Sur Aquilina talab l-ghajnuna tal-Kunsill sabiex wara li tispicca l-purcissjoni tal-Bambin, lejliet l-Milied, tinghata borza helu lit-tfal li jkunu ppartecipaw bhal ma sar fi snin precedenti. Dwar dan kien hemm qbil unanimu sabiex tinghata d-donazzjoni ta’ Lm100 ghall-attivita’ ta’ din is-sena.
2.11 Is-Sindku pprezenta rendikont tal-Konferenza ta’ l-Assocjazzjoni internazzjoniali AVEC li saret bejn il-11 u l-14 t’ Ottubru, 2007 gewwa l-Birgu. Is-Sindku qal li mil-ammont ta’ Lm 3,000 ivvutat mil-istess Kunsill ghal din il-konferenza, il-Kunsill nefaq biss is-somma ta’ Lm 630.47. Dan ifisser li l-Kunsill franka Lm 2369.53, mis-somma li kien ivvota ghal din il-konferenza.
2.12 Ittra minghand is-sinjura Audrey Anne Callus Randich ghan-nom tal-Vittoriosa Stars Youth Nursery fejn talbet sabiex din is-socjeta tigi rikkonoxxuta bhala ghaqda fil-lokal. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.13 Email minghand is-sinjura Stravoula Divane, ko-ordinatrici tal-progett MedCOAST.net fejn talbet sabiex il-konferenza ghal dan il-progett issir Malta bejn it-8 u d-9 ta’ Mejju, 2008, minflok id-dati 3 u 4 ta’ Mejju, 2008 kif originarjament kienu proposti. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.14 Is-Sindku pprezenta ittra minghand s-sur Elfred Williams, fejn nforma lil Kunsill Lokali tal-Birgu li l-Kunsill tal-Belt ta’ Moelfre, gewwa Wales, accetaw il-proposta tal-Kunsill sabiex jibdew il-proceduri ghal gemellag ma’ din il-Belt. Is-Sur John Boxall, Sindku qal li l-Kunsill qed jistenna ittra ufficjali min-naha tal-Kunsill ta’ Moelfre.
2.15 Is-Sindku pprezenta invit mil-Heritage Malta ghal ftuh ufficjali ta’ esebizzjoni ta’ presepji zghar li ser issir il-Hamis 6 ta’ Dicembru, 2007 fi 7:30 ta’ filghaxija gewwa l-Palazz ta’ l-Inkwizitur.
2.16 Is-Sindku pogga fuq il-mejda tal-kamra kopja falzifikata ta’ sticker bil-kulur blu ta’l-iskema ta’ parkegg ghar-residenti fil-Birgu. Din l-isticker waslet ghand is-Sindku wara nsistenza minnhu stess sabiex din tigi rritornata. Il-falsifikazzjoni ta’ din l-isticker gie nnutat u rrapurtat lil Kunsill min gwardjani lokali waqt li kienu qed jissorveljaw l-karozzi wahda wahda fil-lokalita. Is-Sindku qal li hu jaf fuq liema karozza din l-isticker kienet mwahhla, l-propjetarju tal-karozza li fuqha kienet mwahhla, is-Sindku jaf ukoll ta’ min kienet l-isticker originali li fuqha saret il-falsifikazzjoni, kif ukoll il-mod kif saret.
2.17 Is-Sur John Boxall, Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti, bil-problema fis-sistema tad-Dawl f’parti ta’ l-Ufficini Amministrattivi tal-Kunsill, f’Couvre Porte. Wara diskussjoni, l-Kunsill qabel sabiex issir il-manutenzjoni mehtiega fis-sistema tad-dawl sabiex ma tigix ikkagunata hsarat fl-apparat teknologiku tal-Kunsill.
3. Decizjoni dwar is-sejha ghal offerta ghal uzu ta’ Gallerija Couvre Porte fil-Birgu
Is-Sur John Boxall, Sindku qal li s-sejha ghal offerta ghal uzu ta’ Gallerija Couvre Porte ghalqet nhar it-Tlieta 20 ta’ Novembru, 2007 u ghal din is-sejha ntefghet applikazzjoni wahda, dik tas-Sur Roderick Busuttil. Is-Sur Busuttil fl-offerta tieghu offra Lm 20 sabiex tintuza’ Gallerija Couvre Porte ghal zmien il-Gimgha l-Kbira ezattament ghal perjodu ta’ bejn l-10 ta’ Marzu u t-22 ta’ Marzu, 2008. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex tintghazel din l-offerta, peress li din kienet l-unika offerta. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
4. Decizjoni tat-Tender dwar provista ta’ servizzi ancillary u servizzi ohra ta’ Perit ghal Kunsill Lokali
Is-Sindku informa lil Kunsill li ghal dan it-tender intefghet applikazzjoni wahda. Din kienet l-applikazzjoni tal-Perit Dunacan Mifsud. Is-Sindku nforma li l-prezzijiet ikkwotati mil-Perit Duncan Mifsud, kienu, bhala Management Fee ikwota 4.3%, bhala Technical Consaltency Services, il-Perit Mifsud ikwota Lm9.50 is-siegha. Filwaqt li bhala Preperation of Bills of Quantities, il-Perit Duncan Mifsud ikkwota 1.5% mill-estimi. Wara diskussjoni, is-Sindku, s-sur John Boxall ppropona sabiex tintaghzel din l-offerta peress li kienet l-unika offerta mitfugha kif ukoll li l-Perit Mifsud ilu ghal dawn l-ahhar snin Perit tal-Kunsill u li matulhom il-Kunsill ma kellhu l-ebda problemi mieghu.
5. Decizjoni tat-Tender dwar servizz ta’ Accountant ghall-Kunsill Lokali.
Is-Sindku informa lill-Kunsill li ghal din it-tender intefghu zewg applikazzjonijiet li kienu, dik tas-Sur Joseph Bezzina ghal-prezz ta’ Lm5.75 is-siegha, u dik tas-Sinjura Johanna Caruana ghal prezz ta’ Lm 60 fix-xahar. Wara diskussjoni is-Sur John Boxall, Sindku, ippropona li tintghazel it-tender tas-Sur Joe Bezzina peress li din kienet l-irhas offerta u peress li s-sur Bezzina ilu ghal dawn l-ahhar snin jaghmel dan ix-xoghol ghal Kunsill minghajr ebda diffikulta. Is-Sinjura Judith Saliba, Kunsilliera, ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
6. Tender ta’ gbir ta’ skart domestiku.
Is-Sur John Boxall, Sindku, nforma lil Kunsilliera prezenti li hu, ghan-nom tal-Kunsill, kiteb ittra, lis-Sindku tal-Kalkara, s-Sur Michael Cohen, u lis-Sindku ta’ l-Isla s-Sur Joseph Casha, sabiex jinfurmhom dwar l-ilmenti li l-Kunsill qed jircievi minghand bosta residenti, kif ukoll li s-servizz ta’ gbir ta’ skart domestiku, mhux qed jissodisfa lil Kunsill. Is-Sindku qal li hu talab sabiex ikunu x’jkunu c-cirkostanzi t-tender ghal gbir ta’ skart domestiku terga’ tinhareg hekk kif tkun waslet biex tintemm. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
- It-tieni konferenza tal-progett MedCOAST.net
Is-sur John Boxall, Sindku, qal li l-Kunsill gie mistieden sabiex jippartecipa ghat-tieni konferneza tal-progett MedCOAST.net li ser issir gewwa Pafos, Cipru bejn l-24 u s-26 ta’ Jannar 2008. Wara diskussjoni s-Sindku ssugerixxa sabiex ghal din il-konferenza tattendi s-sinjorina Fiorella Scicluna, bhala l-persuna responsabbli min dan il-progett flimkien mieghu bhala Sindku. Il-Kunsilliera Judith Saliba, ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
8. Hwejjeg Ohra
8.1 Is-Sindku ressaq ghall-approvazzjoni tal-Kunsill il-lista ta’ pagamenti dovuti mill-Kunsill. Wara diskussjoni, is-Sindku, ppropona li din il-lista tigi approvata. Is-Sur Ivan Peresso, Kunsillier issekonda dan il-proponiment, u gie approvat unanimament.
Il-Laqgha ntemmet fi 8:00 ta’ filghaxija.
___________________________ ________________________
Christine Bonello ikkonfermati John Boxall
Segretarja Ezekuttiva Sindku





