8 ta’ Jannar, 2008
Minuti tal-Laqgha Numru 11(05)
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu iltaqa’ għal-laqgħa numru 11(05) fl-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill F’Couvre Porte nhar l-Hamis 20 ta’ Dicembru, 2007 fil- 6:00 ta’ filgħaxija.
Prezenti
Is-Sur John Boxall – Sindku, Is-Sur Christopher Cassar – Vici Sindku, Is-Sinjura Miriam Grech, Kunsilliera, Is-Sur Ivan Peresso – Kunsillier u s-Sinjura Judith Saliba - Kunsilliera
Ippresieda is-sur John Boxall.
Talba
Is-Sur John Boxall - Sindku, qal it-talba u tah bidu għal din il-laqgħa.
- Qari u Approvazzjoni tal-Minuti
Il-minuti tal-laqgha 10(05) ittiehdu bhala moqrija.
1.1 Dwar item 1.5(10/05), is-Sindku qal li l-attivita ghal anzjani ghal zmien il-Milied saret u kienet mfahhra min dawk kollha li attendew.
1.2 Item 1.6 (10/05), is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li wara laqgha li saret mas-Sur Mario Farrugia, Chairman Ezekuttiv tal-Fondazzjoni Wirt Artna, fejn gie pprezentat il-ftehim il-gdid ghal uzu tax-xelters u taz-zewg ikmamar li jaghmlu parti mil-imsemmija xelters, il-bord ta’ l-istess Fondazzjoni ser jiddiskuti dan il-ftehim wara l-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
1.3 Item 1.8 (10/05) is-Sur John Boxall, Sindku qal li l-fuljett kien tqassam f’kull residenza fil-lokal. Filwaqt li tah il-prosit lil Kunsillier Ivan Peresso ghax-xoghol li kien wettaq, is-Sindku ssugerixxa sabiex tintalab kwotazzjoni ghal fuljett ta’ 16-il pagna minflok ta’ 8 pagni, wahda li tkun 8 pagni bil-kulur u tmienja black and white u l-ohra ta’ 16-il pagna bil-kulur. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
1.4 Dwar item 3.3 (10/05), is-Sindku qal li l-HSBC acceta l-proposta tal-Kunsill sabiex tigi restawrata kamra tal-librerija regjonali. Is-Sindku zied jghid li fil-granet li gejjien ser jinbeda dan ix-xoghol ta’ restawr u manutenzjoni.
1.5 Item 2.5(10/05). Is-Sindku pprezenta kwotazzjoni minghand Amabile Galea & Sons ghal xoghol ta’ pugaman fit-tarag ta’ Triq San Duminku. Is-Sindku qal li l-prezz kkwotat kien ta’ Lm 283.20 (659.67 euros). Dwar dan kien hemm qbil unanimu li jsir.
1.6 Dwar item 2.6(10/05), is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li bhalissa ghaddejin il-proceduri sabiex tintbaghat il-formola (claim) ta’ l-ispejjez inkonnessjoni mal-progett MedCOAST.net li l-Kunsill huwa imsieheb fih flimkien mal-Fondazzjoni Temi Zammit. Is-Sindku zied jghid li fuq pariri tal-Fondazzjoni Temi Zammit giet ikkalkulata l-paga tieghu waqt li jkun ghal laqghat barra min Malta relatati ma’ dan il-progett. Dan ifisser li s-Sindku jkun jista’ jiehu unpaid leave mill-impjieg tieghu u jibda jithallas min dan il-progett u f’ebda hin ma jkun ta’ piz finanzjarju fuq il-Kunsill. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. Is-Sindku zied jghid li ghat-tieni konferenza ta’ dan il-progett li ser isir f’Pafos, f’Cipru ser jattendi hu, flimkien ma’ l-iskrivana, ko-ordantrici tal-Progett, is-Sinjorina Fiorella Scicluna kif ukoll is-sinjorina Branica Xuereb, studenta l-Junior College li bhala suggett f’istudju taghha ghazlet kif issir ix-xoghol tal-Kunsilli Lokali kemm f’Malta kif ukoll barra min xtutna, specjalment f’progetti iffinanzjati mill-Unjoni Ewropwa. Is-Sindku qal li din l-istudenta li ser tkun prezenti flimkien mieghu il-hinijiet kollha tal-konferenza, l-ispejjez taghha ser jithallsu kollha direttament mil-genituri taghha. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
1.7 Dwar item 2.8(10/05), is-Sindku qal li f’email li ntbghatet mil-kumpanija Sans Frontiers Europe Ltd. ntalab sabiex jintbaghat studju u deskrizzjoni ta’ l-istorja ta’ Gnien il-Kunsill. Ghaldaqstant, is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jitlob lis-sur Lino Bugeja jew lis-sur Twanny Attard sabiex jtuna din l-informazzjoni. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
1.8 Item 2.14(10/05), is-Sindku pprezenta ittra minghand il-Kunsill ta’ Moelfre fejn huma accettaw il-proposta tal-Kunsill sabiex issir gemellag bejn Moelfre u l-Birgu. Is-Sindku qal li min stharrig li sar is-sur Guzi Ruggier kien twieled il-Birgu, u ghalhekk huwa mistenni li l-Kunsill ser ikun mistieden ghac-celebrazzjonijiet li ser isiru biex ifakkru l-att erojku ta’ Guzi Ruggier.
Il-Minuti ta’ laqgha 10/05, gew issekondati mill-Kunsillier Ivan Peresso u gew approvati unanimament.
- Korrispondenza.
2.1 Is-Sindku pprezenta kwotazzjoni ghal CCtv camera sabiex tkopri l-area tal-parkegg quddiem Couvre Porte wara diversi atti ta’ serq li kienu gew irrapurtati f’din l-area. Is-Sindku qal li l-prezz ikkwotat minghand il-kumpanija Isecure kien ta’ Lm 259.48. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jaghmel din il-camera. Il-Kunsilliera Judith Saliba ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.2 Is-Sindku pprezenta stedina minghand is-Sur Dorian Cassar, station manager ta’ Radju Kottoner, sabiex il-Kunsill jippartecipa fi programm mtella’ min Radju Kottoner imsejjah “Is-Sindku tal-Lokal tieghi”, fejn is-Sindku iwassal taghrif dwar ix-xoghol li qed isir mil-Kunsill. Is-Sindku qal li l-prezz huwa ta’ €35 ghal kull programm ta’ 30 minuta. Dwar dan kien hemm qbil unanimu sabiex il-Kunsill jippartecipa.
2.3 Is-Sindku pprezenta stedina minghand il-Vittoriosa Stars F.C. ghar-riceviment li ser issir nhar il-GImgha fit-28 ta’ Dicembru fi 7 ta’ filghaxija fil-klabb stess.
2.4 Is-Sindku pprezenta ittra mibghuta mil-President ta’ Malta, Dr. Edward Fenech Adami, sabiex il-Kunsill joffri donazzjoni lil Community Chest Fund. Wara diskussjoni, s-Sindku, s-Sur John Boxall ssugerixxa sabiex tinghata donazzjoni ta’ mhux inqas min Lm 50. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.5 Ittra mibghuta lis-Segretarja Ezekuttiva minghand is-sur Charles Deguara, Segretarju Permanent ital-Ministeru ghall-Gustizzja u intern, fejn giet nfurmata li b’sehh mis-7 ta’ Dicembru, 2007, l-impieg tas-Segretarju Ezekuttiv gie fuq bazi indefinit. Filwaqt li l-Kunsilliera prezenti urew sodisfazzjon ghal din id-decizjoni, is-Sindku ssugerixxa lid an il-pass ghandu jittiehed ukoll ghal impjieg ta’ l-iskrivani. Dwar dan kien hemm qbil unaninmu.
2.6 Ittra minghand is-Sur Andrew Grech, Segretarju tas-Sezzjoni Zghazagh Palmizi, fejn talbu l-ghajnuna tal-Kunsill ghall-inizjattiva taghhom ghar-radju komunitarju ‘Radju Belt Rebbieha’. Is-Sindku qal li fl-ittra mibghuta mhux spjegat sew il-fatt li jekk ma tinghatax donazzjoni l-Kunsill ma jkunx mistieden. Wara diskussjoni, l-Kunsilliera Miriam Grech qalet li jekk d-donazzjoni tinghata bhala ringrazzjament, jixxandar messagg ta’ awguri bhala reklam. Hawnhekk, is-sur John Boxall issugerixxa sabiex tinghata donazzjoni ta’ Lm 20, is-sur Ivan Peresso issekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
Is-Sindku zied jghid li fuq l-istess suggett s-sur Pawlu Micallef stieden lil Kunsillier Ivan Peresso sabiex jitkellem fuq ic-certifikat li l-Kunsill ghadu kemm ircieva mil-Assocjazzjoni AVEC, u s-sur Peresso qal lis-sur Micallef li fuq dan il-kuncett l-ahjar li jitkellem u jkun mistieden s-sur John Boxall, Sindku ghax kien hu li mil-bidu net kien qieghed jahdem fuq dan il-progett, u qal li sa issa ghadu ma giex mistieden. Is-Sinjura Miriam Grech ssugerit li tinkiteb ittra lis-Segretarju tas-Sezzjoni Zghazagh Palmizi, izda ikun tajjeb jekk l-ittra tkun forma ta’ mistoqsija, fejn tintalab spjegazzjoni l-ghalfejn il-Kunsill ma giex mistieden bhas-snin precedenti. Il-Kunsilliera Judith Saliba ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
3. Taghrif dwar l-Attivita Carols by Christmas Lights
Is-Sur John Boxall, Sindku tah rendikont ta’ l-attivita ‘Carols by Christmas Lights’ li ser issir nhar is-Sibt 22 ta’ Dicembru, 2007. Is-Sindku qal li ghal din l-attivita qed isib il-koperazzjoni min-naha ta’ l-Awtorita Maltija tat-Turizmu, minghand il-Kumpanija Nexos, mit-tlett volontiera, Joe Pisani, Joe Ciantar u Joe Saliba, mil-haddiema ta’ l-IPSL, mill-istaff tal-Kunsill u mil-kunsilliera. Il-Kunsill talab ukoll l-ghajnuna lil kumitati tal-lokali. Is-Sindku qal li min-naha tal-Kunsill, l-ispejjez ghal din l-attivita kienu l-girlandi u d-dawl ghal Christmas Trees u ser tinghata ukoll bibita lil korijiet u lil bandisti li ser jippartecipaw. Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-bambini li fadal mil-attivita ta’ l-anzjani, jinghataw bhala rigal lit-tfal li ser jippartecipaw f’din l-attivita. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. Is-Sindku nforma lil Kunsilliera fil-futur wiehed jista’ jara jekk hemmx il-possibilita li l-istess Kunsill japplika ghal fondi mil-Unjoni Ewropea sabiex tkun tista’ issir din l-attivita tas-sena d-diehla.
4. Zvillup dwar il-ftehim mas-Socjeta Muzikali Banda San Lawrenz dwar kirja ta’ parti mil-garaxx ta’ Fuq tal-Hawli
Is-Sur John Boxall, Sindku qal li wara laqgha li saret ma’ rapprezentanti tas-Socjeta Muzikali Banda San Lawrenz, kif ukoll laqgha min-naha tal-Kunsill, qieghed jipprezenta kopja draft tal-kuntratt ghal kirja ta’ parti mil-garaxx ta’ Fuq tal-Hawli. Is-Sindku qal li l-Kuntratt ser jigi revedut wara kull 3 snin, r-revizjoni tkun skond ir-rate of inflation u l-kirja tkun ghal 10 snin. Ic-cavetta mhux ser tinghata u l-Kunsill fil-kuntratt ghamel enfazi li hemmhekk jintrefa’ l-plancier biss u dak kollhu relatat mieghu. Is-Sindku qal li jonqos biss l-pjanti tal-Perit sabiex mbaghad l-avukat Dr. Neville Camilleri jkun jista’ jsejjah l-izewg partijiet biex jiffermaw il-ftehim. Il-Kunsilliera prezenti qablu unanimament ma’ dak kollhu propost u kif ghandu jkun prezentat.
5. Progett ta’ Triq San Lawrenz
Is-Sindku nforma lil Kunsilliera li x-xoghol fi Triq San Lawrenz kien inbeda, u bhalissa qed tinbidel is-sistema tad-dranagg. Is-Sindku qal li t-tarmac ser jinghata min-nicca tal-Madonna tal-Karmnu, l’barra. Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jitlob lil Gvern Centrali sabiex terga’ ssir Triq Nestu Laiviera mal-progett ta’ Misrah ir-Rebha.
6. Taghrif dwar talba ghad-devoluzzjoni taz-zona fil-Birgu lil Kunsill.
Is-Sindku, dwar din il-proposta, nforma lil Kunsilliera li l-post ta’ fejn huwa qieghed jissugerixxi li ssir it-talba ghad-devoluzzjoni huwa fiz-zona ta’ Sally Port (it-Toqba) fejn illum hemm hafna fregattini, dghajjes u opri ohra tal-bahar fuq l-art, propju fejn hemm applikazzjoni pendenti l-MEPA sabiex tigi zvillupata ghal post ta’ rekreazzjoni fejn ghandha tinbena ukoll gabbana. Is-Sindku kompla u qal li jekk din l-applikazzjoni ser tibqa’ pendenti u mhu ser issir xejn dwara, il-Kunsill ghandu japplika ghad-devoluzzjoni ta’ din il-bicca art mil-aktar fis possibli sabiex huwa jirrabilita u jaghmilha bhala zona fejn jitpoggew l-opri tal-bahar bl-aktar mod organizzat u mhux kif jinsab illum. Imbaghad, dawk kollha li jpoggu l-opri taghhom f’din iz-zona iridu jikru post, liema post ikun irid jigi mgedded kull sena u ghal dan irid ikun hemm hlas li l-Kunsill aktar – il quddiem jiddeciedi l-ammont li ser ikun. Dwar dan kien hemm qbil unanimu
- Proposta ghal gemellag
Is-Sinjura Miriam Grech, Kunsilliera ssugerit sabiex il-Kunsill Lokali tal-Birgu jaghmel gemellag mal-Belt ta’ Rodi. Il-Kunsilliera Grech qalet li l-konnessjoni ma’ din il-belt hija l-istess rabta li ghandu l-Birgu mal-Kavallieri. Wara diskussjoni, is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jilqa’ din il-proposta u jigi nvolut l-Eccelenza tieghu, Fra John Critien, Kavallier Residenti, fil- Forti Sant’Anglu sabiex jghin lil Kunsill f’dak kollhu possibli sabiex dan il-gemellag ikun jista’ jsehh. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
Il-Laqgha ntemmet fi 8:00 ta’ filghaxija.
___________________________ ________________________
Christine Bonello ikkonfermati John Boxall
Segretarja Ezekuttiva Sindku





