21 ta’ Jannar, 2008
Minuti tal-Laqgha Numru 12(05)
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu iltaqa’ għal-laqgħa numru 12(05) fl-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill F’Couvre Porte nhar l-Hamis 17 ta’ Jannar, 2008 fil- 6:30 ta’ filgħaxija.
Prezenti
Is-Sur John Boxall – Sindku, Is-Sur Christopher Cassar – Vici Sindku, Is-Sinjura Miriam Grech, Kunsilliera, Is-Sur Ivan Peresso – Kunsillier u s-Sinjura Judith Saliba - Kunsilliera
Ippresieda is-sur John Boxall.
Talba
Is-Sur John Boxall - Sindku, qal it-talba u tah bidu għal din il-laqgħa.
- Qari u Approvazzjoni tal-Minuti
Il-minuti tal-laqgha 11(05) ittiehdu bhala moqrija.
1.1 Dwar item 1.5(10/05), is-Sindku qal li l-attivita ghal anzjani ghal zmien il-Milied saret u kienet mfahhra min dawk kollha li attendew.
1.2 Item 1.6 (10/05), is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li wara laqgha li saret mas-Sur Mario Farrugia, Chairman Ezekuttiv tal-Fondazzjoni Wirt Artna, fejn gie pprezentat il-ftehim il-gdid ghal uzu tax-xelters u taz-zewg ikmamar li jaghmlu parti mil-imsemmija xelters, il-bord ta’ l-istess Fondazzjoni ser jiddiskuti dan il-ftehim wara l-festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena.
1.3 Dwar item 1.3(11/05), is-Sur John Boxall, Sindku, pprezenta kopja ta’ gazzetta mahruga mil-Kunsill Lokali ta’ Had Dingli. Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jigbor kwotazzjonijiet bl-istess specifikazzjonijiet sabiex il-Kunsill jippublika dan it-tip ta’ gurnal u ghaldaqstant din id-decizjoni tittiehed fil-laqgha tal-Kunsill li jmis. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
1.4 Item 1.4(11/05). Is-Sindku nforma lil Kunsilliera li x-xoghol ta’ restawr u manutenzjoni ta’ wahda mil-kamra tal-librerija regjonali kien inbeda u qieghed fi stadju avvanzat. Is-Sindku qal li l-ispiza tat-tqeghid tal-madum tammonta ghal € 139.76 (Lm 60), liema spiza giet approvata unanimament. Huwa kompla u qal li l-kamra ghanda titlesta sa l-ahhar ta’ Frar.
1.5 Dwar item 1.7(11/05), is-Sindku qal li rigward l-applikazzjoni ghal progett fi hdan l-Unjoni Ewropea li qed issir flimkien mal-kumpanija Sans Frontiers Europe Ltd. is-sur Lino Bugeja acceta li jikteb l-istorja ta’ Gnien il-Kunsill sabiex tkun tista’ tissustanza it-talba taghna.
1.6 Dwar item 1.8(11/05), is-sur John Boxall, Sindku nforma lil Kunsilliera li nkitbet ittra lis-Sindku tal-Belt ta’ Moelfre f’Wales sabiex jitilghu zewg persuni mil-Kunsill biex jaraw jekk il-gemellag ma’ din il-Belt mhux se jkun viabli jew le u x’beneficcji jista’ jgawdi minnhom l-Kunsill.
1.7 Item 2.2 (11/05), is-Sindku qal li hu ghan-nom tal-kunsill ser jippartecipa fil-programm mtella’ fuq Radju Kottoner, “Is-Sindku tal-lokal tieghi”. Huwa heggeg lil shabu l-Kunsilliera sabiex huma ukoll jippartecipaw u jaghtu is-sehem taghhom f’dan il-programm
1.8 Dwar item 2.6(11/05), il-Kunsilliera Miriam Grech staqsiet jekk id-donazzjoni lil Ghaqda Sezzjoni Palmizi kinitx ntbghatet. Is-Sur John Boxall, Sindku qal li ghalissa l-imsemmija donazzjoni ma ntbghatitx. Is-Sindku nforma lil Kunsilliera li hu kien kiteb ittra lil din l-ghaqda, kif kien iddecieda l-Kunsill, fejn gie mistoqsi ghalfejn il-Kunsill bhal snin precedenti ma giex mistieden, li ghalija sa issa l-Kunsill ghadu ma rcieva l-ebda risposta. Is-Sindku rringrazzja u appreza hafna l-att tal-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar u l-Kunsillier Ivan Peresso fejn nfurmawh li huma gew avvicinati mis-Sur Pawlu Micallef sabiex jigu intervistati fuq il-programm u jaghtu taghrif fuq il-Progett Qualicities, fejn huma irrifjutaw, anzi issugerrew li ghandu jkun is-Sindku li jaghti dan it-taghrif
1.9 Item 3(11/05) – L-attivita Carols by Christmas Lights.
Is-Sindku qal li l-Onor. Ministru Francis Zammit Dimech, kien sodisfatt hafna bl-attivita u l-Ministeru ghat-Turizmu u l-Kultura huwa diga committed sabiex din l-attivita terga’din is-sena, fl-20 ta’ Dicembru. Il-Kunsilliera Miriam Grech qalet li ghal din l-attivita kien prezenti wkoll l-Prim Ministru Lawrence Gonzi fuq zjara nformali. Is-Sinjura grech stqarret li l-idea ta’ din l-attivita ntogbot mil-Prim Ministru u nkoraga din l-attivita. Wara diskussjoni fuq l-andament ta’ din l-attivita, s-Sindku ssugerixxa sabiex issir tip ta’ formola ghal ghaqdiet li jarmaw f’din l-attivita. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. Is-Sinjura Miriam Grech, Kunsilliera ssugerit li l-formola ssir ukoll ghal attivita tal-Birgu By Candlelight. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
1.10 Dwar item 5(11/05) is-Sindku qal li fi Triq San Lawrenz qed jinbidel is-sitema tad-dranagg kollhu fuq insistenza tal-Kunsill.
Il-Minuti ta’ laqgha 11/05, gew issekondati mill-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar u gew approvati unanimament.
Is-Sindku talab sabiex il-laqgha tigi sospiza ghal kwarta.
- Korrispondenza.
2.1 Is-Sindku nforma lil Kunsilliera li hu bhala Sindku gie mistieden mis-Sur Vincent Zammit mil-Institute for Tourism Studies, kif ukoll mil-Awtorita Maltija ghat-Turizmu sabiex jippartecipa ghal Konferenza tal-progett “PRISMA”, iffinanzjat mil-Unjoni Ewropea, li ser issir gewwa Palermo bejn is-27 u t-30 ta’ Jannar, 2008. Is-Sur John Boxall, Sindku qal li hu gie mistieden peress li ghal dan il-progett ser jintuza’ l-Birgu bhala case study, barra min hekk hu gie mitlub sabiex jipprezenta l-masterplan tal-Birgu. Is-Sindku qal li l-Kunsill mhux ser ikollhu l-ebda spejjez sabiex jippartecipa izda l-Kunsill ser ikun qed jigwadanja permezz ta’ dan il-progett.
2.2 Is-Sindku qal li l-Fondazzjoni Temi Zammit stiednet lil Kunsill Lokali tal-Birgu fi progett fi hdan l-Unjoni Ewropea, “Coastal Urban Waste. A strategic priority for the European Union”, dwar waste management. Is-Sindku qal li ghal dan il-progett il-Kunsill ikun irid johrog 15% li jinhargu in kind u jinghata 85%. Jekk dan il-progett jghaddi l-Fondazzjoni Temi Zammit tkun il-konsulent tal-Kunsill Lokali Birgu. Dwar dan kien hemm qbil unanimu sabiex il-Kunsill japplika sabiex jissieheb f’dan il-progett.
2.3 Is-Sur John Boxall, Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li nfethu l-applikazzjonijiet ghal fondi strutturali u ser jghalqu fi 22 ta’ Frar, 2008. L-idea tal-Kunsill kienet sabiex il-Kunsill japplika biex issir il-progett ta’ pavimentar ta’ Triq il-Foss, Triq id-Dejqa u Triq Hilda Tabone, izda wara laqgha li saret mal-Perit Kevin Fsadni, rapprezentznt ta’ l-Awtorita Maltija tat-Turizmu rrizulta li hemm studju u estimi sabiex l-area tal-collachio issir kollha pavimentata, liema progett iqum € 1,811,377.02 (Lm 77,624.15). IS-Sindku stqar li din l-informazzjoni ntbghatet lil Fondazzjoni Temi Zammit sabiex jinbeda l-process ta’ l-applikazzjoni. Is-Sur Ivan Peresso, Kunsillier issekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.4 Is-Sindku qal li waqt il-laqgha li kellhu mal-Perit Kevin Fsadni min-naha ta’ l-Awtorita Maltija ghat-Turizmu, fejn gie ssugerit li jekk il-progett MedCOAST.net mhux ser ikun bizzejjed biex jiffinanzja l-progett tat-tisbih ta’ l-area tal-mandragg, il-Kunsill jitlob lil Awtorita Maltija ghat-Turizmu sabiex jiffinanzja t-tkomplija tal-progett u b’hekk l-Awtorita Maltija ghat-Turizmu jkunu shab mal-Kunsill f’dan il-progett. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.5 Is-Sindku pprezenta kopja tal-kuntratt li l-Kunsill kien ghamel mas-Socjeta Muzikali Banda San Lawrenz ghal kirja ta’ parti mil-garaxx tal-Kunsill Fuq tal-Hawli. Is-Sindku qal li sa issa ntbghatet biss kwotazzjoni wahda ghal insurance tal-garaxx u tal-plancier, il-Kunsill qed jistenna lis-Socjeta Muzikali Banda San Lawrenz sabiex tiddeciedi qabel ma jkun jista’ jaghmel d-decizjoni tieghu fuq l-imsemmija insurance.
2.6 Is-Sur John Boxall, Sindku, pprezenta kwotazzjonijiet ghal leaflet ta’ informazzjoni dwar il-wirjiiet li jkun hawn gewwa l-Birgu fi zmien il-Gimgha Mqaddsa. Is-Sindku qal li l-Kunsill kien ircieva erba’ kwotazzjonijiet, dik tal-kumpanija Scancraft, ghal prezz ta’ €254.10, dik tal-kumpanija Best Print, ghal prezz ta’ € 290, dik minghand is-sur Alan Parascandolo ghal prezz ta’ € 462 u dik tal-kumpanija InforVeritas ghal prezz ta’ € 366.88. Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill imur ghal irhas offerta, dik tal-kumpanija Scancraft. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. Hawnhekk is-Sindku pprezenta kopja ta’ l-imsemmija leaflet u nforma lil Kunsilliera li l-prezentazzjoni tal-leaflet ntogbot mil-partecipanti, kif ukoll li dan il-leaflet ser jigi ssponsorjat mis-Sur Charles Boxall, propjetarju tal-hanut “L-Arlogg”.
2.7 Is-Sindku nforma lil Kunsilliera li gie avvicinat min kumpanija privata ‘Future Focus’ sabiex issir gemellag mal-villagg ta’ Casorate Sempioine, villagg vicin ta’ Milan, fl-Italja. Is-Sindku qal li hu gie nfurmat li ghal dan il-gemellag hemm allokati madwar €20,000 ghaz-zewgt ibliet partecipanti, fejn kull belt tkun intitolata ghal € 10, 000 fejn residenti mil-lokalita jitilghu f’Casorate Sempione sabiex jaghmlu xi tip ta’ wirja. Hawnhekk is-Sindku ssugerixxa sabiex jekk din l-applikazzjoni tigi accettata, titella wirja ta’ l-ategjannat u jkun l-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar li jiehu hsieb dan il-gemellag u din l-attivita. Il-Kunsill approva unanimament li jibda l-process sabiex issir dan il-gemellag mal-Villagg ta’ Casorate Sempiano.
2.8 Il-Kunsilliera Miriam Grech qalet li hija interessata sabiex tiehu hsieb il-gemellag mal-Belt ta’ Moelfre, f’Wales. Is-Sindku ssugerixxa li s-sinjura Miriam Grech, Kunsilliera, tkun responsabbli hi mil-gemellagg mal-Belt ta’ Moelfre. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.9 Ittra minghand is-sinjura Gemma Debono, ghan-nom tad-Direttur tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali fejn gibdet l-attenzjoni lil Kunsill ghas-sitwazzjoni finanzjarja li jinsab fiha, fejn il-Kunsill qieghed f’sitwazzjoni ta’ deficit. Is-Sindku qal li hu ghan-nom tal-Kunsill kiteb ittra lid-dipartiment, kif ukoll kellem lid-Direttur fejn igwidah x’ghandu jsir. Is-Sindku zied jghid li bhalissa l-Kunsill qed jaghmel l-inqas spejjez possibli u qed jitratta biss il-problemi li huma ta’ certu urgenza.
2.10 Invit mil-Assocjazzjoni tal-Kunsill Lokali sabiex is-Sindku jippartecipa fl-UNIDO Global Forum 2008, li ser issir fil-Belt ta’ Naning fic-Cina bejn it-23 u l-25 t’April, 2008. Is-Sindku qal li hu kien nforma lil Assocjazzjoni li huwa interessat sabiex jippartecipa.
2.11 Is-Sindku pprezenta kwotazzjoni minghand il-kumpanija Silvar Construction and Services Ltd. sabiex issir parti min Triq l-Antika b’imprint peress li kien hemm ilment minghand ir-residenti ta’ din it-triq li qed jidhol l-ilma fir-residenza taghhom kawza tal-hsarat li hemm fl-indana tat-tarag ta’ din it-triq. Is-Sindku qal li din l-Kumpanija kkwotat l-prezz ta’ Lm 690, huwa ssugerixxa sabiex il-Kunsill japprova li jsir dan ix-xoghol. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.12 Is-Sindku pprezenta n-notifika li shabu l-Kunsilliera bghatu lir-residenti tal –Birgu wara l-att vandalu li sar fuq il-vettura tieghu f’lejliet l-Ewwel tas-Sena. Is-Sur John Boxall, Sindku rringrazzja lil shabu l-Kunsilliera, ta’ kull ghajnuna li tawh.
Hawnhekk, il-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar talab sabiex il-Kunsill johrog dikjarazzjoni fejn jistqar li l-vettura kienet propjeta tas-Sindku, wara l-hafna xnihat li hu kien semgha li l-vettura mhux vera kienet propjeta tas-Sindku. Is-Sinjura Miriam Grech ssekondat dan is-suggeriment u qalet li hi taqbel ukoll li l-Kunsill ghandu jikkundana kull att vandalu li jsir. Hawnhekk is-sur Christopher Cassar, Vici Sindku, ssugerixxa ukoll li l-Kunsill ghandu jhallas l-ispejjes kollha li sofra s-Sindku kagun ta’ dan l-att vandalu. Is-Sinjura Judith Saliba ssekondat izda is-Sindku, s-sur John Boxall ma accetax, huwa zied jghid li, li jaghmel hu ghal lokalita huwa kollhu senza interessi u qal ukoll li fil-fra temp xi hadd baraxx ukoll il-karozza tal-mara tieghu.
2.13 Ittra minghand l-ghaqda Malta Red Cross dwar kors baziku ta’ l-ewwel ghajnuna li huma qed joffru ghal prezz ta’ Lm 15. Is-Sindku qal li dan il-kors qed issir gewwa l-isptar Boffa l-Floriana.
2.14 Ittra minghand is-socjeta tal-MUSEUM tas-subien fejn irringrazzjaw lil Kunsill ghad-donazzjoni ta’ € 233.29 (Lm 100) li l-Kunsill tah sabiex it-tfal li hadu sehemfil-purcissjoni tal-bambin, nghataw borza helu. Barra min hekk, din is-socjeta talbet lil Kunsill ghal donazzjoni sabiex jinxtara projector ghal Muzew. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jaghti donazzjoni ta’ Lm 50, bhal ma nghataw fi snin precedenti. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.15 IS-Sindku pprezenta ittra minghand is-sur Joey Lombardo li qed joffri korsijiet ta’ “Basic Fire Awareness” ghal prezz ta’ €105 (Lm 45.08), ghal kull grupp, liema grupp ma jaqbizx l-ghaxar min-nies u l-prezz ma jinkludix VAT, fire extinguishers u spejjez ohra. Is-Sur Christopher Cassar, Vici Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jitlob lis-Sur Lombardo l-prezz ezatt tal-kors qabel tittiehed decizjoni. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.16 Ittra minghand is-Sur Charles Magro, Segretarju ta’ l-Ghaqda Poeti Maltin, fejn talbu lil Kunsill sabiex bil-kollaborazzjoni ta’ l-istess Kunsill jorganizzaw serata letterarja f’Gallerija Couvre Porte nhar il-Gimgha 22 ta’ Frar, 2008. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jilqa’ u japprova din it-talba. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.17 Is-Sindku pprezenta ittra minghand is-Sur Martin Farrugia, dwar is-servizz li hu joffri bhala konsulent fuq EU grants. Is-Sindku qal li wara laqgha li kellhu mas-sur Farrugia, gie nfurmat li s-sur Farrugia jiehu hsieb li jimla l-applikazzjonijiet ghal fondi ta’ l-Unjoni Ewropea ghal prezz ta’ € 30 is-siegha. Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jibda jahseb ghal progetti ghas-sejha li jmiss ta’ l-istructural funds minhabba li s-sejha ghal dawn l-applikazzjonijiet ser jaghlqu fi 22 ta’ Frar, 2008.
2.18 Ittra minghand is-sur Alain Vogel Sing, t-tezorier ta’ l-Assocjazzjoni AVEC sabiex il-Kunsill Lokali tal-Birgu ihallas l-membership ta’ € 66.56, ghas-sena 2008. Dwar dan kien hemm qbil unanimu sabiex il-Kunsill ihallas din il-membership.
2.19 Is-Sur John Boxall, Sindku pprezenta ittra mil-Assocjazzjoni AVEC sabiex min hu interessat japplika biex jippartecipa ghal borza ta’ studju iffinanzjat mil-Ministeru tal-Kultura Franciza. Wara diskussjoni, is-sur Ivan Peresso stqar li hu kien interessat sabiex jippartecipa.
2.20 Is-Sindku nforma lil Kunsilliera li l-MEPA tat il-permess lil Kunsill ghat-tabella ta’ Merbha li hemm quddiem Bieb is-Sultan izda l-Kunsill irid ihallas multa ta’ €116.46 (Lm 50).
2.21 Is-Sindku nforma lil Kunsilliera, li d-direttur ta’ l-Alliance Group, is-sur Mario Borg, bhala attivita komunitarja ta’ wiehed mil-kljienti tieghu, ghazlu li jaghmlu upgrading tal-bandli li hawn fil-lokalita tal-Birgu. Izda minhabba li kien l-maltemp l-attivita ma saritx, ghaldaqstant, is-Sindku qal li din l-kumpanija ser taghti donazzjoni ta’ € 2329 (Lm 1,000), kif ukoll il-materjal kollhu li kien ser jintuza. Hawnhekk, is-Sindku ssugerixxa sabiex b’dawn il-flus il-Kunsill jibdel is-seats tal-bandli peress li dawn mhux kompatibli ma’ l-Unjoni Ewropea u minhabba l-insurance ghal imsemmija bandli. Is-Sindku pprezenta kwotazzjoni minghand l-kumpanija OPAL sabiex jinbidlu s-seats tal-bandli ghal prezz totali ta’ € 1450 (Lm 622.48). Wara diskussjoni, is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill japprova din il-kwotazzjoni u jithallsu mid-donazzjoni mghotija mil-kumpanija Alliance Group Ltd. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.22 Is-Sindku qal li waqt laqgha ta’ Sindki u Vici Sindki, fl-laqgha li kien prezenti l-Vici Sindku, s-Sur Christopher Cassar, saret presentazzjoni fuq energija solari. Is-Sur Boxall, Sindku qal li saret laqgha mas-Sur Joseph Schembi, direttur tal-kumpanija Electro Fix fejn gie kkalkulat l-ammont ta’ watts li juza’ l-Kunsill. Is-Sindku qal li s-sistema tkopri lil Kunsill sabiex jelimina l-kontijiet u jibda jithallas l-arlogg biss. Is- Sindku qal li l-ammont kkwotat mil-kumpanija Electro Fix huwa ta’ € 17,830.80 (lm 7654.76). B’dan l-investiment, is-Sindku qal li l-Kunsill ser ikun qed jiffranka l-flus, izda din is-sistema ma tistax tithallas f’pagamenti. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jiehu parir mid-Dipartiment tal-Gvern Lokali u jistaqsi dwar il-possibilta sabiex tittiehed loan. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.23 Is-Sindku pprezenta kopja tal-letterhead bit-timbru tal-progett Qualicities ghal approvazzjoni tal-Kunsill. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
3. Approvazzjoni tal-Membri tal-Kumitat Organizzativ ghal attivita “Carols By Christmas Lights 2008”
Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jifforma sotto-kumitat organizzativ ghal attivita “Carols by Christmas Lights 2008”. Is-Sur Boxall, Sindku ssugerixxa sabiex il-membri tal-Kunsill ikunu f’dan is-sotto kumitat, is-sur Martin Morana bhala rapprezentant mil-Awtorita Maltija ghal-Turizmu u hames persuni li jekk hu possibli ma jkunux nvoluti fl-ebda kumitat, lanqas fil-kumitat tal-festi esterni. Is-Sindku qal li aktar-il quddiem ser iressaq ghal approvazzjoni tal-Kunsill, il-membri ghas-sotto kumitat.
4. Zvillup dwar il-progett MedCOAST.net
Is-Sur John Boxall, Sindku qal li huwa flimkien ma’ l-iskrivana Fiorella Scicluna, responsabli mil-progett MedCOAST.net, nhar l-Erbgha 23 ta’ Jannar, 2008, ser jattendu ghat-tieni konferenza fi hdan dan il-progett f’Pafos, gewwa Cipru. Is-Sur Boxall qal li sabiex jattendi ghal din il-konferenza huwa kellhu japplika biex jiehu leave minghajr hlas. Is-Sur Ivan Peresso, Kunsillier ppropona biex il-Kunsill ihallas lis-Sindku ghat-tlett ijiem leave minghajr hlas, fejn jithallas bir-rata tal-gurnata tax-xoghol tieghu. Is-Sur Christopher Cassar, Vici Sinkdu, ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu. Is-Sur John Boxall, Sindku rringrazzja lil shabu l-Kunsilliera u apprezza ferm dan il-gest min naha taghhom.
Is-Sindku qal li bejn it-8 u d-9 ta’ Mejju, 2008, il-konferenza tal-progett MedCoast.net ser issir gewwa l-Birgu
5. Aktar dawl addekwat fi Triq it-Torri ta’ San Gwann
Is-Sindku, pprezenta kwotazzjoni minghand il-kumpanija ‘Nexos Street Lighting Limited’ sabiex isiru tlett (3) fanali ghal aktar dawl fi Triq it-Torri ta’ San Gwann. Is-Sindku qal li l-prezz ikkwotat min din il-kumpanija huwa ta’ € 1566.72 (Lm 672.99).
Is-Segretarja Ezekuttiva gibdet l-attenzjoni dwar il-qaghda finanzjarja tal-Kunsill. Wara diskussjoni is-Sindku ssugerixxa sabiex il-fanali jsiru, izda jsir ftehim mal-Kuntrattur sabiex jithallsu fis-sena finanzjarja li jmis. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
- Insurance ghal propjeta tal-Kunsilliera u staff
Is-Sur John Boxall, Sindku ssugerixxa sabiex issir assigurazzjoni interna li jekk mil-llum-il quddiem issir xi att vandalu fuq il-propjeta tal-Kunsilliera u haddiema tal-Kunsill, il-hsara li ssir, tithallas mil-Kunsill. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
7. Il-Progett Qualicities.
Is-Sindku qal li l-progett ‘Qualicities’ issa kien ghalaq u f’dan il-progett, il-Kunsill Lokali tal-Birgu, ghalkemm kien osservatur , gie ccertifikat bhala Belt ta’ kwalita, titlu li huwa validu ghal sentejn. Is-Sindku qal li ser issir kumitat mil-membri li nghataw din il-label u fil-futur qarib ser jigi mnehdi progett bl-istess bazi tal-Qualicities, izda din id-darba, f’dan il-progett il-Kunsill ser ikun partner u mhux osservatur.
- Monument f’Gieh Nestu Laiviera
Is-Sindku , s-sur John Boxall, qal li l-11 ta’ Jannar, 2009, hija l-25 sena anniversarju mil-mewt tas-Sur Nestu Laiviera, li kien mil-Birgu u speaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti fil-Parlament, u ghaldaqstant issugerixxa sabiex issir monument f’gieh Nestu Laiviera taht it-tieni mina fl-area ta’ Couvre Porte. Dwar dan kien hemm qbil unanimu li l-monument issir.
- Kors ghal istaff klerikali tal-Kunsill sabiex jitghallmu japplikaw ghal progetti ta’ l-Unjoni Ewropea
Is-Sindku qal li wara laqgha li saret mas-sinjorina Rosanne Galea mil-kumpanija Future Focus gie nfurmat dwar kors li din il-kumpanija qeghda toffri dwar kif tapplika ghal progetti ta’ l-Unjoni Ewropea. Is-Sur Boxall, Sindku qal li s-Segretarja Ezekuttiva flimkien ma’ l-iskrivani huma interessati li jaghmlu dan il-kors, liema kors jiswa Lm 200, izda jekk l-istaff jghaddu mil-ezami li jsir, il-Kunsill jinghata l-flus lura. Wara diskussjoni, is-Sindku ssugerixxa sabiex l-istaff jaghmlu dan il-kors. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
- Decizjoni dwar it-tenders/offerti li ghandhom jigu ppublikati.
Is-Sur John Boxall, Sindku qal li s-Segretarja Ezekuttiva gibdet l-attenzjoni li t-tenders taz-zamma u manutenzjoni ta’ toroq pedonali, tas-servizz ta’ avukat ghal Kunsill, kif ukoll tal-provista u nstallazzjoni tad-dawl dekorattivi. Hawnhekk, is-sur Boxall, Sindku ssugerixxa sabiex l-imsemmija tenders jinhargu. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
- Harga ghaz-zghazagh
Is-Sur Ivan Peresso, Kunsillier issugerixxa sabiex nhar il-Hadd 10 ta’ Frar, 2008, il-Kunsill jorganizza harga ghaz-zghazagh ta’ bejn it-12 u l-14 –il sena. Il-Kunsillier Ivan Peresso issugerixxa sabiex isir mailshot. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
- Hwejjeg ohra
12.1 Is-Sindku qal lil Kunsilliera prezenti li s-sinjorina Ritianne Bonnici, skrivana mal-Kunsill Lokali tal-Birgu, ftit granet ohra, ser tghalaq sitt xhur ta’ probabtion ta’ l-impjieg taghha ma’ l-istess Kunsill. Is-Segretarja Ezekuttiva ntalbet taghti l-opinjoni taghha u hi qalet li s-sinjorina Bonnici hija habrika u ssugerit li l-Kunsill igedded dan il-kuntratt. Wara diskussjoni, is-sur Boxall issugerixxa sabiex il-Kunsill jerga’ jgedded il-kuntratt tas-sinjorina Bonnici. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
12.2 Is-Sindku ressaq ghall-approvazzjoni tal-Kunsill il-lista ta’ pagamenti dovuti mill-Kunsill. Wara diskussjoni, is-Sindku, ppropona li din il-lista tigi approvata. Is-Sur Christopher Cassar, Vici Sindku issekonda dan il-proponiment, u gie approvat unanimament.
Il-Laqgha ntemmet fi 9:30ta’ filghaxija.
___________________________ ________________________
Christine Bonello ikkonfermati John Boxall
Segretarja Ezekuttiva Sindku





