29 ta’ Frar, 2008
Minuti tal-Laqgha Numru 13(05)
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu iltaqa’ għal-laqgħa numru 13(05) fl-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill F’Couvre Porte nhar it-Tnejn 18 ta’ Frar, 2008 fil- 6:30 ta’ filgħaxija.
Prezenti
Is-Sur John Boxall – Sindku, Is-Sinjura Miriam Grech, Kunsilliera, Is-Sur Ivan Peresso – Kunsillier u s-Sinjura Judith Saliba - Kunsilliera
Ippresieda is-sur John Boxall.
Talba
Is-Sur John Boxall - Sindku, qal it-talba u tah bidu għal din il-laqgħa.
- Qari u Approvazzjoni tal-Minuti
Il-minuti tal-laqgha 12(05) ittiehdu bhala moqrija.
1.1 Dwar item 1.2(12/05), is-Sindku qal li s-Sur Mario Farrugia, CEO tal-Fondazzjoni Wirt Artna, ghadu ma tah l-ebda risposta dwar il-ftehim il-gdid ghal uzu tax-xelters u taz-zewg ikmamar li jaghmlu parti mil-imsemmija xelters. Hawnhekk, is-Sur John Boxall, Sindku talab lis-Segretarja Ezekuttiva taghmel kuntatt mas-Sur Mario Farrugia sabiex jiffinalizaw data biex jigi ffirmat il-Kuntratt.
1.2 Is-Sur John Boxall, Sindku pprezenta erbgha (4) kwotazzjonijiet sabiex il-Kunsill jippublika gurnal. Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsillier Ivan Peresso jivverifika l-imsemmija kwotazzjonijiet min naha teknika. Wara diskussjoni, s-Sindku qal li fl-opinjoni tieghu leaflet huwa ahjar min gazzetta izda ghandha tintghazel l-kwotazzjoni l-iktar vantagguzza. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
1.3 Dwar item 1.4(12/05), is-Sindku qal li x-xoghol ta’ restawr u manutenzjoni ta’ wahda mil-kmamar tal-librerija regjonali huwa lest. Is-Sindku rega’ fakkar lil Kunsilliera li din il-kamra giet ssponsorjata mil-HSBC izda l-Kunsill ser ikollhu johrog €346.89 (Lm 148.92) sabiex jigu koperti l-ispejjez kollha.
1.4 Item 1.8(12/05), il-Kunsilliera Miriam Grech qalet li l-Kunsill ghadu ma rcieva l-ebda risposta mil-Ghaqda Sezzjoni Palmizi minhabba l-fatt li bhalissa l-kumitat ta’ l-ghaqda qieghed wieqaf.
1.5 Item 1.9(12/05), is-Sindku saqsa lis-Segretarja Ezekuttiva jekk l-Ghaqda Zghazagh Dumnikani ma baghtux ittra fejn urew ix-xewqa li fl-attivita Carols by Christmas Lights, 2008, jippartecipaw huma ukoll peress li bil-fomm kienu urew ix-xewqa li jiehdu sehem. Is-Sinjorina Christine Bonello, Segretarja Ezekuttiva qalet li sa issa l-Kunsill ghadu ma rcieva xejn. Il-Kunsilliera Miriam Grech qalet li giet avvicinata min sid Café Riche li huma ukoll jixtiequ jippartecipaw fl-attivitajiet li jsiru.
1.6 Item 2.2(12/05), is-Sur John Boxall, Sindku qal li dwar il-progett “Coastal Urban Waste. A strategic priority for the European Union”, il-Kunsill sa issa ghadu ma rcieva l-ebda risposta.
1.7 Dwar item 2.3(12/05), l-applikazzjoni ghal fondi strutturali, s-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li fi 8 ta’ Frar, 2008, saret laqgha ta’ ko-ordinament fejn ghaliha kien hemm prezenti l-engineera tal-korporazzjonijiet kollha koncernati li jinkludu, l-Korporazzjoni ghas-servizzi ta’ l-ilma, l-korporazzjoni Enemalta, WSC – Waste Water Unit, Melita Cable u GO. F’din il-laqgha gie spjegat fid-dettal il-progett tal-pavimentar ta’ l-area tal-Collachio. Is-Sindku qal li l-applikazzjoni tghalaq fi 22 ta’ Frar, 2008, u l-Fondazzjoni Temi Zammit li ser tiehu hsieb din l-applikazzjoni, mhux ser tiehu hlas qabel ma din l-applikazzjoni tigi approvata, imma jekk din l-applikazzjoni tigi approvata din l-Fondazzjoni tkun il-consultancy agency tal-Kunsill f’dan il-progett.
1.8 Item 2.4(12/05), is-Sur John Boxall, Sindku qal li saret laqgha mas-Sur Mario Attard, Direttur fi hdan l-Awtorita Maltija ghat-Turizmu, sabiex l-imsemmija Awtorita, tkun shab mal-Kunsill f’dan il-progett MedCOAST.net. Is-Sindku qal li l-Kunsill qed jistenna risposta min-naha ta’ din l-awtorita.
Dwar il-progett MedCOAST.net, is-Sindku pprezenta tlett (3) kwotazzjonijiet ghal xoghol ta’ tikhil minghand il-kuntrattur Gordon Reed, ghal prezz ta’ €6864.74 (Lm 2947.05), il-kuntrattur Brian Lia Building Contractor ghal prezz ta’ € 7219.38 (Lm 3099.27) u tal-kuntrattur Gerard Vassallo ghal prezz ta’ € 7730.61 (Lm 3318.75). Wara diskussjoni, s-Sindku qal li fuq regolamenti ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill ghandu jaghzel l-irhas offerta, dik tas-sur Gordon Reed. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
Is-Sindku pprezenta tlett (3) kwotazzjonijiet ghal xoghol ta’ finishing ghal progett ta’ MedCOAST.net, minghand is-Sur Brian Lia Building Contractor ghal prezz ta’ € 5840.90 (Lm 2507.90), minghand is-sur Gerard Vassallo ghal prezz ta’ € 6650.38 (Lm 2855.01) u minghand is-sur Warren Reed ghal prezz ta’ € 5724.09 (Lm 2457.35). Wara diskussjoni, is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jaccetta u japprova l-kwotazzjoni tas-Sur Warren Reed peress li din kienet l-irhas offerta. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
Is-Sur John Boxall, Sindku kompla billi pprezenta tlett (3) kwotazzjonijiet ghal installazjoni ta’ dawl relatati ma’ l-istess progett, MedCOAST.net li kienu dik tal-kumpanija Nexos Street Lighting ghal prezz ta’ € 5351.07(Lm 2297.21), kwotazzjoni mil-kumpanija BCE trading Ltd. ghal prezz ta’ € 6450.98 (Lm 2769.40) u mil-kumpanija Classic Installations Co. ltd. ghal prezz ta’ € 6736.45 ( Lm 2891.99). Wara diskussjoni, is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jaghzel l-irhas offerta, dik tal-kumpanija Nexos Street Lighting. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
Is-Sindku pprezenta tlett (3) kwotazzjonijiet ghal provista ta’ tmien (8) fanali ggalvanizzati sabiex jigu nstallati fl-area tal-mandragg, inkonessjoni mal-progett MedCOAST.net. Is-Sindku pprezenta kwotazzjoni mil-kumpanija ‘Joy Aluminium’ ghal prezz ta’ € 905-il wiehed, prezz totali ta’ € 7240 (Lm 3108.13), kwotazzjoni minghand il-kumpanija “Tony’s aluminium and iron works” ghal prezz ta’ € 950-il wiehed, prezz totali ta’ € 7600 (Lm 3262.68) u minghand il-kumpanija Amabile Galea & Sons ghal prezz ta’ € 815.28 – il prezz totali ta’ € 6546.24. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill japprova l-kwotazzjoni tal-kumpanija Amabile Galea & sons Ltd. peress li din kienet l-irhas offerta. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
Barra min hekk, is-Sindku qal li f’din l-area hemm bzonn ukoll li jinbidlu tmien (8) kolonni li hemm prezenti, jinbnew kolonni mil-gdid bil-gebla tal-franka u jimtela’ bil-konkos sabiex ikunu sodi bizzejjed biex fuqhom jehlu l-arbi tad-dawl. Ghaldaqstant is-Sindku pprezenta tlett (3) kwotazzjonijiet, dik minghand l-kumpanija Jesmond Saliba Construction Ltd. ghal prezz ta’ € 7375 (Lm 3166), dik minghand il-kumpanija Demicoli & Sons Construction Ltd. ghal prezz ta’ € 7168.50 (Lm 3077.43) u dik minghand il-kumpanija Brian Lia Building Contractor ghal prezz ta’ €6596.78 (Lm2832). Is-Sindku zied jghid li waqt ix-xoghlijiet, il-kuntrattur jista’ jintaqa’ ma xoghlijiet ta’ tiswija ta’ kolonni u ghaldaqstant il-kumpanija Jesmond Saliba Construction Ltd. ikkwota l-prezz ta’ € 236(Lm 101.31), il-kumpanija Demicoli & Sons Construction Ltd. ikkwota l-prezz ta’ € 218.30 (Lm 93.71) u l-kumpanija Brian Lia Building Contractor, ikkwotat il prezz ta’ € 139.76 ( Lm 60). Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jaghzel l-irhas offerta u ghaldaqstant jaghzel ta’ Brian Lia. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
Is-Sur John Boxall, Sindku qal lil Kunsilliera li kif kien gie deciz fil-konferenza ta’ Pafos f’Cipru, l-Kunsill irid jaghmel leaflet sabiex jimpromovi dan il-progett u l-progetti l-ohra u dan il-leaflet jigi pprezentat waqt il-konferenza ta’ l-istess progett MedCOAST.net li ser issir f’Malta f’Mejju.
Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jiddiskuti item 11 fuq l-Agenda. Il-kunsilliera Miriam Grech issekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
11. Il-Konferenza tal-progett MedCOAST.net li ser issir bejn it-8 u d-9 ta’ Mejju, 2008 fil-Birgu
Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li ser issir laqgha mas-Sur Kevin Drake, Direttur fid-dipartiment tal-komunikazzjoni u relazzjonijiet pubblici fi hdan l-Awtorita Maltija ghat-Turizmu sabiex l-imsemmija Awtorita tghin lil Kunsill fil-konferenza MedCOAST.net.
Is-Sindku kompla bil-qari u approvazzjoni tal-Minuti 12/05.
1.9 Dwar item 2.5(12/05), is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li s-Socjeta Muzikali Banda San Lawrenz kienet halset il-kirja ghal parti mil-garaxx tal-Kunsill Fuq tal-Hawli.
1.10 Item 2.6(12/07), is-sur John Boxall, Sindku, nforma lil Kunsilliera li l-leaflet ta’ informazzjoni dwar il-wirjiet li se jkun hawn gewwa l-Birgu fi zmien il-Gimgha Mqaddsa gie ordnat. Is-Sindku talab lis-Segretarja Ezekuttiva tara jekk m’huwiex lest.
1.11 Dwar item 2.7(12/07), is-Sindku talab il-permess tal-Kunsilliera sabiex jigi diskuss item 8 fl-agenda. Il-Kunsillier Ivan Peresso ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
8. Zviluppi dwar il-gemellag bejn Casorate Sempione, fl-Italja, Ebbs fl-Awstrija u l-Birgu.
Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li saret laqgha ma’ assessur tal-Kunsill mil-villagg ta’
Casorate Sempiano, kif ukoll mas-sinjorina Roseanne Galea, rapprezentanta tal-Kumpanija
Future Focus ltd, fejn gie nfurmat li l-gemellag ser issir bejn il-Birgu, Casorate Sempione, kif
ukoll mal-belt ta’ Ebbs, fl-Awstrija. Is-Sindku qal li huwa gie mistieden sabiex bejn it-13 u s-16
ta’ Marzu ta’ din is-sena jzur il- villagg ta’ Casorate Sempione fl-Italja u l-villagg ta’ Ebbs, fl-
Awstrija, fejn wara din il-visita jkun jista’ jsir l-iffirmar tal-ftehim tal-gemellag maz-zewg ibliet
imsemmija. Huwa ssugerixxa sabiex ghal din iz-zjara jkun akkumpanjat mis-Segretarja
Ezekuttiva. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
Barra min hekk is-Sindku qal li l-villagg ta’ Casorate Sempione ser jorganizza attivita fuq skala nazzjonali u talbu lil Kunsill sabiex jintbaghtu 6 adulti mil-lokalita bejn is-17 u t-28 t’April sabiex jaghmluha ta’ interpreti. Is-Sindku qal li min ha jippartecipa ser ikollhu l-akkomodazzjoni, kif ukoll l-ikel mhallas u ghaldaqstant il-partecipanti ihallsu biss il-pasagg. Is-Sindku zied jghid li din l-attivita ser jiehu hsieba il-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar, izda jekk ma jkunx jista’ jippartecipa minhabba xi ragunijiet tiehu hsieba l-Kunsilliera Judith Saliba. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
Is-Sindku kompla bil-qari u approvazzjoni tal-Minuti 12/05.
1.12 Item 2.9(12/05)is-Sindku qal li l-Kunsill bghat dak kollhu mitlub mid-dipartiment tal-Gvern Lokali, u fil-balance sheet mibghuta sa l-ahhar ta’ Dicembru, huwa ndikat li l-Kunsill qieghed f’deficit ta’ Lm 12,000. Wara diskussjoni, gie deciz dabiex il-Kunsill jipprova jaghmel mill-ahjar li jista’ sabiex dan id-deficit jitnaqqas fix-xhur li gejjien.
1.13 Dwar item 2.11(12/05), is-Sur John Boxall Sindku ppropona sabiex jitkomplew ix-xoghlijiet fl-indani tat-tarag kollha li jaghti min Triq l-Antika ghal Triq il-Mandragg, peress li kif irrizulta ma kienx jaghmel sens li l-Kunsill jaghmel indana wahda u l-kumplament ihallih kif kien.. Is-Sindku pprezenta kwotazzjoni minghand Silvar Construction Limited ghal prezz ta’ € 3168.68 u ssugerixxa sabiex il-Kunsill jaghmel l-imsemmi xoghlijiet. Il-Kunsilliera Judith Saliba ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
1.14 Item 2.15(12/05). Is-Sindku qal li minhabba s-sitwazzjoni finanzjarja prezenti tal-Kunsill, ikun ahjar li ghalissa dawn il-korsijiet ta’ “Basic Fire Awareness” ma jsirux. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
1.15 Item 5 (12/05), is-Sindku qal li x-xoghol ta’ twehhil ta’ tlett bozzoz installati fuq arbli fi Triq it-Torri ta’ San Gwann kien tlesta.
1.16 Dwar item 7(12/05), is-Sindku talab il-permess ta’ shabu l-Kunsilliera sabiex jigi diskuss item 4 fl-agenda. Il-Kunsilliera Judith Saliba ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
4. Approvazzjoni tal-Progett Qualicities4all.
Is-Sur John Boxall, Sindku qal li l-Kunsill Lokali tal-Birgu gie avvicinat mil-Kunsill tal-Belt ta’ Anderlecht f’Belgjum sabiex ikun shab (partner) fil-progett Qualicities4all, progett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea taht is-sejha ta’ proposti Urbact. Is-Sindku qal li ghal dan il-progett hemm pproponut budget totali ta’ € 75,000 ghal progett kollhu ghal ewwel sitt xhur, fejn min dan l-ammont l-budget totali ghal Kunsill Lokali tal-Birgu huwa ta’ € 11,860, fejn il-Kunsill huwa mitlub li jaghti ghoxrin fil-mija (20%) min dan l-ammont, jigifieri € 2372, bhala co-financing. Wara diskussjoni, is-Sindku, s-sur John Boxall issugerixxa sabiex il-Kunsill jidhol bhala shab (partner) fi hdan dan il-progett. Il-Kunsillier Ivan Peresso ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu. Is-Sindku ssugerixxa sabiex hu flimkien mas-Segretarja Ezekuttiva jiehdu hsieb dan il-progett peress li huwa kontinwazzjoni tal-progett Qualicities li gie fi tmiemu ftit tal-gimghat ilu.. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
Is-Sindku kompla bil-qari u approvazzjoni tal-Minuti 12/05.
1.17 Dwar item 8 (12/05), is-Sindku qal li gie avvicinat, mit-tifel tas-sur Nestu Laiviera, is-sur Victor Laiviera, fejn wera l-apprezament tieghu ghal gest tal-Kunsill. Is-Sindku qal li bhalissa qed nistennew il-kwotazzjonijiet ghal bust u l-base tal-monument. Is-Sindku staqsa lil Kunsilliera meta idealment ghandha issir l-inawgurazzjoni tal-monument, jekk mhux fid-data tat-twelid tas-Sur Nestu Laiviera jew inkella fid-data tal-mewt tieghu. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex l-inawgurazzjoni ssir fid-data tal-mewt tieghu jigifieri fil-11 ta’ Jannar, 2009, li hija ukoll l-25 sena annaiversarju tal-mewt tieghu. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
1.18 Item 9(12/05), is-Sindku qal li l-kors kien ghalaq.
1.19 Item 11(12/05), is-Sur John Boxall, Sindku qal li l-harga ghaz-zghazagh ma saritx minhabba l-fatt li ma kienx hemm konkorenza bizzejjed ghal din l-attivita.
Il-Minuti ta’ laqgha 12/05, gew issekondati, s-sur Ivan Peresso u gew approvati unanimament.
2. Korrispondenza.
2.1 Ittra minghand is-Sinjura Rachel Portelli rapprezentanta tal-Merlin Library fejn talbet il-Kunsill id-dati meta jistghu jigu pprezentati l-kotba lit-tfal tal-kinder ta’ l-iskola primarja Santu Rokku. Is-Sur John Boxall isssugerixxa sabiex l-presentazzjoni ta’ din l-attivita ssir fil-librerija regjonali u jekk huwa possibli ssir f’nofs April bi qbil mal-Kap ta’ l-Iskola. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.2 Email minghand is-sinjura Miriam Cassar, fejn talbet lil Kunsill sabiex ghal Jum Internazzjonali ta’ Ilsien Pajjizi nhar id-29 ta’ Frar, 2008, bil-kollaborazzjoni ta’ l-istess Kunsill, titella’ Festival Letterarju Vers Aghtini f’Gallerija Couvre Porte. Dwar dan kien hemm qbil unanimu sabiex din l-attivita ssir.
2.3 Is-Sindku nforma lil Kunsilliera li ghal progett MedCOAST.net il-Kunsill irid jaghmel video u ghaldaqstant biex jigu ffrankati flus ghal futur, issugerixxa sabiex il-Kunsill jinvesti f’camcorder. Dwar dan kien hemm qbil unanimu
2.4 Is-Sindku pprezenta ittra minghand l-Avukat Robert Abela, f’isem is-sur Keith Abela Fitzpatrick, sid il-Cafeteria Bocaccio fejn gharaf lil Kunsill li s-sur Abela Fitzpatrick huwa dispost li jhallas Lm 4, 000 jekk l-ftehim propost jigi ffinalizat. Is-Sindku saqsa ghal xiex inhuma ezatt dawn l – Lm 4,000. Il-Kunsilliera Miriam Grech staqsiet jekk meta kien sar l-kuntratt, il-bitha kinitx inkluza fl-imsemmi kuntratt. Is-Sindku qal li dik il-bitha ma kinitx inkluza izda giet mghotija lilu b’kunsens sakemm jitlesta l-belveder. Wara diskussjoni l-Kunsilliera prezenti bi qbil unanimu ma qablux mal-kontenut ta’ l-ittra sabiex is-sur Abela Fitzpatrick ihallas Lm 4000 lil Kunsill u li jkollhu d-dritt li jittrasferixi l-istess ftehim lil terzi persuni bl-istess kundizzjonijiet u dak li hemm illum jispicca immedjatament u l-Kunsill ma jaccatax li l-ftehim tal-llum jghaddi lit-terza persuna. Jekk l-intenzjoni tas-sur Abela Fitzpatrick iwelli l-post lil terza persuna, l-kundizzjonijiet mat-terza persuna jridu jsiru mil-gdid mal-Kunsill.
2.5 Is-Sindku pprezenta korrispondenza minghand is-sur Ray Abela, Direttur fi hdan il-kumpanija TCTC fejn din il-kumpanija ser toffri korsijiet bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ l-Isla, ta’ “Free Learn IT”. Fl-ittra tieghu s-sur Abela talab sabiex il-Kunsill Lokali tal-Birgu jissieheb ma’ dak ta’ l-Isla halli dawn il-korsijiet jigu offruti izda go post komuni. Il-prezz tal- kors li jrid ihallas il-Kunsill huwa ta’ € 1106.75 (Lm 475) izda ghar-residenti jkun b’xejn u l-Kunsill ikollhu ghad-dispozizzjoni tieghu mitt (100) post. Is-Sindku ssugerixxa sabiex isir laqgha mas-sur Abela sabiex jigi diskuss aktar fid-dettal dan il-kors. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.6 Is-Sindku pprezenta r-risposta mil-Kumitat tal-Vittoriosa Stars F.C. wara laqgha li saret mas-Segretarju s-sur Godwin Vassallo u l-Vici President, is-sur Emanuel Ancilleri. Is-Sindku qal li f’din il-laqgha hu nfurmhom dwar l-istructural funds u talabhom sabiex min naha tal-klubb jsiru l-feasible studies mehtiega ghal progett tal-Ground tal-Fortini u mbaghad il-Kunsill jghaddi l-informazzjoni mehtiega lil Fondazzjoni Temi Zammit. Is-Sindku qal li fl-ittra tieghu is-segretarju tal-klubb qal li peress li r-ricerka li trid issir ser taqbez € 5000, minhabba l-qaghda finanzjarja tal-klubb ser tkun ftit jew wisq difficli ghalihom. Wara diskussjoni, s-Sindku qal li fl-opinjoni tieghu jkun ferm ghaqli li ssir laqgha mal-Kumitat kollhu sabiex tinghata spjegazzjoni ahjar dwar dan il-progett qabel ikun tard wisq. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.7 Ittra minghand is-sur Derlwyn Hughes, Kunsillier tal-Belt ta’ Moelfre f’Wales, fejn ghan-nom tal-lokal ta’ Moelfre accetta li ssir visita ta’ familjarazzjoni gewwa dan il-lokal u stieden lis-Sindku sabiex jibdew it-tahdidiet biex issir gemellag ma din il-lokalita. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex hu flimkien mal-Kunsilliera Miriam Grech li ser tkun responsabli min dan il-gemellag, jekk hu possibli jmorru Moelfre, f’Wales bejn is-26 u d- 29 ta’ Marzu, 2008. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.8 Is-Sindku pprezenta donazzjoni ta’ € 2323 (Lm 1000) minghand il-kumpanija Alliance Group Ltd. ghal manutenzjoni tal-bandli.
2.9 Is-Sindku pprezenta ittra mil-Assocjazzjoni AVEC fejn il-Kunsill gie nfurmat li l-Konferenza generali li jmis ser issir f’Mertola gewwa Spanja bejn il-15 u t-18 ta’ Mejju, 2008, fejn f’din il-konferenza fost ohrajn ser jigi diskuss l-progett Qualicities. Wara diskussjoni gie ssugerit mis-sur Ivan Peresso sabiex is-Sindku peress li huwa il-Vici President ta’ din l-Assocjazzjoni jattendi ghal din il-konferenza flimkien mas-Segretarja Ezekuttiva li hija responsabli min dan il-progett flimkien mas-Sindku. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
3. Xoghlijiet b’urgenza f’Gallerija Couvre Porte
Is-Sur John Boxall, Sindku, ssugerixxa li minhabba l-konferenza internazzjonli li l-Kunsill ser jorganizza f’dan il-post , hemm bzonn li jsiru certu xoghlijiet b’urgenza. Is-Sindku qal li l-estimi ghal xoghlijiet ta’ manutenzjoni u upgrading jammontaw ghal madwar € 5508. Ghaldaqstant is-Sindku pprezenta kwotazzjoni minghand is-sur David Camilleri ghal prezz ta’ € 2270.32 u kwotazzjoni minghand is-sur Paul Farrugia ghal prezz ta’ € 1964.96 sabiex tigi mibdula s-sistema tad-dawl. Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill imur ghal irhas offerta dik tas-sur Paul Farrugia. Is-Sinjura Judith Saliba, Kunsilliera ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
Barra min hekk is-Sindku pprezenta 2 kwotazzjonijiet ghal bieb ta’ l-injam, dik minghand il-kumpanija S.M.W. Cortis Ltd. ghal prezz ta’ € 1650 ( Lm 708) u minghand il-kumpanija Farrugia Woodworsks ghal prezz ta’ € 3298.39 (Lm 1416). Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jaghzel il-kwotazzjoni ta’ S.M.W. Cortis Ltd. peress li din kienet l-irhas offerta. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
5. Approvazzjoni tal-Progett Friendly Cities.
Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li bis-sahha tal-progett MedCOAST.net, il-Kunsill Lokali tal-Birgu gie mistieden mis-sur Stefanos Kipourus sabiex il-Kunsill jissieheb mal-bliet ta’ Amaroussion fil-Grecja, Pafos f’Cipru, Ravena fl-Italja u Murcia fi Spanja, bhala partner tal-progett “Friendly Cities” fi hdan l-Unjoni Ewropea taht is-sejha tal-progetti Urbact. Is-Sindku qal li ghal dan il-progett hemm pproponut budget ta’ € 10, 000, ghal Kunsill Lokali tal-Birgu, ghal ewwel sitt xhur tal-progett, fejn il-Kunsill huwa mitlub li jghati 20% min dan l-ammont jigifieri € 2000 bhala co-financing. Wara diskussjoni, is-Sindku, s-sur John Boxall issugerixxa sabiex il-Kunsill jidhol bhala shab (partner) fi hdan dan il-progett,l-Kunsilliera prezenti bi qbil unanimu qablu li l-Kunsill ghandu jippartecipa f’dan il-progett
6. Approvazzjoni tal-progett tal-Youth in Action programme, flimkien mal-Belt ta’ San Pietro in Guarano fl-Italja.
Is-Sindku pprezneta l-applikazzjoni ghal progett tal-Youth in Action programme, li ser issir flimkien mal-belt ta’ San Pietro in Guarano fl-Italja, ghal skabju ta’ zghazagh bejn il-lokalita tal-Birgu u dik ta’ San Pietro in Guarano bejn id-9 ta’ Lulju, 2008 u s-16 ta’ Lulju, 2008. Wara diskussjoni, fejn il-Kunsillier Ivan Peresso insista li minhabba li huwa l-Kunsillier responsabli miz-zghazagh ghandu jkun hu li jiehu hsieb dan il-progett. Is-Sindku ssugerixxa li dan il-progett jghaddi f’idejn il-Kunsillier Ivan Peresso. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
7. Progett ta’ gemellag mal-Belt ta’ San Pietro in Guarano fl-Italja
Is-Sur John Boxall, Sindku pprezenta l-applikazzjoni ghal progett ta’ gemellag mal-belt ta’ San Pietro in Guarano fl-Italja sabiex il-Kunsill jibbenifika min grant fi hdan l-Unjoni Ewropea msemmija “Citizens Meeting”.
9. Progett fi hdan Anna Lindh Euro-Mediterranean Foundation
Is-Sindku, s-sur John Boxall qal li gie avvicinat mil-Fondazzjoni Temi Zammit sabiex il-Kunsill japplika ghal progett taht l-Anna Lindh Euro Mediterranean Foundation, fejn l-oggetiv ta’ dan il-progett ikun l-inter cultural dialogue bejn zghazagh tal-lokal u refugjati u emmigranti. Is-Sindku qal li l-budget allokat ghal dan il-progett huwa ta’ € 2500. Is-Sindku zied jghid li tkellem mal-grupp lokali “Square Wheels Entertainment” sabiex fi 22 ta’ Mejju, tigi organizzata attivita teatrali u li fiha jigu nkluzi emigranti jew refugjai. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jippartecipa f’din l-attivita u jkun il-Kunsillier Ivan Peresso li jiehu hsieb din l-attivita. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
10. Informazzjoni dwar il-progett Lepanto.
Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li l-Fondazzjoni Temi Zammit stiednet lil Kunsill Lokali tal-Birgu sabiex jissiehed fil-progett Lepanto, progettt li ser jitratta dwar il-gwerra ta’ Lepanto. Is-Sindku qal li wara li tkellem mal-kunsilliera sabiex jara kif jahsbuha dwar din l-istedina, wara diskussjoni kien hemm qbil unanimu sabiex il-Kunsill jaccetta din l-istedina.
12. Il-Konferenza tal-progett PRISMA bejn id-9 u s-16 ta’ Gunju, 2008, fil-Birgu.
Is-Sindku tah rendikont lil Kunsilliera tal-konferenza PRISMA li hu attenda f’isem il-Kunsill Lokali tal-Birgu. Is-Sindku qal li kienet opportunita tajba ghal Kunsill fejn bis-sahha ta’ din l-opportunita saru kuntatti godda ma bosta Sindki barranin kif ukoll sar parti integrali f’dan il-progett imexxi mill-Istituti ta’ l-Istudju ghat-Turizmu (I.T.S.). Is-Sindku qal li dan l-Istitut urew ix-xewqa li l-konferenza li jmis li ser issir f’Malta bejn id-9 u s-16 ta’ Gunju, 2008 isir gewwa l-Birgu bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill. Is-Sindku ssugerixxa li l-Kunsill jaccetta din l-istedina sabiex din il-konferenza issir gewwa l-Birgu. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
13. Decizjoni dwar is-sejha ghas-servizzi legali ta’ avukat ghal Kunsill.
Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li ghal din is-sejha intefghu zewg applikazzjonijiet, li kienu dik ta’ Dr. Margaret Mifsud ghal prezz ta’ € 32.98 (Lm 14.16) is-siegha u dik ta’ Dr. Neville Camilleri ghal prezz ta’ € 46 (lm 19.74) is-siegha. Wara diskussjoni, s-Sindku, ssugerixxa sabiex, ghalkemm l-offerta ta’ Dr. Neville Camilleri, hija l-ghola offerta, il-Kunsill ghandu jaghzel din l-offerta, minhabba is-sitwazzjoni li hemm kazijiet ghadhom pendenti. Barra min hekk, Dr. Neville Camilleri ilu ghal dan l-ahhar seba’ snin l-Avukat tal-Kunsill u l-Kunsill huwa kuntent mix-xoghol ta’ Dr. Camilleri. Is-sur Ivan Peresso, kunsillier, ssekonda dan is-suggeriment u dwar dan kien hemm qbil unanimu. Hawnhekk, is-sur John Boxall, Sindku, ssugerixxa sabiex fil-futur, din is-sejha tibda tohrog ghal sena li tiggeded ghal tlett snin. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
14. Decizjoni dwar it-tender taz-zamma u manutenzjoni ta’ toroq li jaghtu access u pedonali.
Is-Sindku, s-sur John Boxall, nforma lil Kunsill li ghal din it-tender ntefghu zewg applikazzjonijiet, dik minghand il-Kumpanija Catbros Ltd. u dik minghand il-Kumpanija Lia Brothers Rock Cut Ltd. Is-Sur Boxall, qal li ntalab parir tekniku lil Perit tal-Kunsill, il-Perit Duncan Mifsud, dwar il-prezzijiet kkwotati min dawn iz-zewg kumpaniji, u liema min dawn l-offerti hija l-aktar wahda vantagguza ghal Kunsill. Ghaldaqstant, is-Sindku ipprezenta rapport iddetaljat minghand il-Perit Duncan Mifsud rigward iz-zewg offerti msemmija. Is-Sindku qal li fir-rapport tieghu l-Perit Duncan Mifsud, jistqar li l-offerta l-aktar wahda vantaguzza hija dik ta’ « Lia Brothers Rock Cut Ltd. » u ghaldaqstant huwa jirrakomanda lil kumpanija Lia Brothers Rock Cut Ltd. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jiehu l-parir tal-Perit Duncan Mifsud u tintghazel l-offerta tal-kumpanija Lia Brothers Rock Cut Ltd. Il-Kunsilliera Judith Saliba ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
15. Decizjoni dwar it-tender tal-provista u stallazzjoni ta’ dawl dekorattivi
Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li ghal din it-tender ntefghet applikazzjoni wahda, dik tal-kumpanija Central Power Installations, ghal prezz ta’ € 895 – il fanal (Lm 384.22) vat inkluz. Wara diskussjoni, s-sur John Boxall, Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill ma jiehux decizjoni f’din il-laqgha u tintalab lil kumpanija msemmija sabiex jingab l-parti ta’ wara tal-fanal sabiex nikkonfermaw li l-fanali huma l-istess bhal dawk li diga hawn f’diversi toroq fil-Birgu u kif inhu stipulat fit-tender.. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
16. Approvazzjoni tal-membri ghas-sotto kumitat taz-zghazagh
Il-Kunsillier Ivan Peresso talab l-approvazzjoni tal-Kunsill ghal membri tas-sotto kumitat taz-zghazagh. Is-Sur Peresso ssugerixxa lil Trevor Mizzi, lis-sur Joseph Daccache u lis-sur Darren Agius sabiex ikunu l-membri tas-sotto kumitat taz-zghazagh. Wara diskussjoni is-sur Ivan Peresso stqar li ahjar jaghti aktar cans sabiex isib aktar membri. Is-Sindku, s-sur John Boxall, issugerixxa li min ta’ l-inqas ikunu 7 membri, ikun hemm zghazagh xebbiet, u jekk jista’ jkun ikun hemm tahlita ta’ ideat.
17. Talba biex tigi nstallata Mobile – ATM fil-Birgu.
Il-Kunsilliera Miriam Grech ssugerit sabiex il-Kunsill jitlob lil banek sabiex fil-Birgu ssir Mobile ATM. Is-Sur John Boxall Sindku ssekonda u talab sabiex il-Kunsilliera Miriam Grech igib aktar informazzjoni biex il-Kunsill japplika ghal mobile – ATM. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
18. Affarijiet Ohra
18.1 Il-Kunsilliera Miriam Grech qalet li hi giet avvicinata mis-sid l-ironmongery Mifsud Garage, jekk ittihditx decizjoni mil-Kunsill sabiex l-istess Kunsill ma jixtrix mil-imsemmija ironmongery. Is-Sindku qal li m’hemm l-ebda direttiva mil-Kunsill, izda l-affarijiet qed jinxtraw min hwienet ohrajn li qed joffru prezzijiet vantaguzzi u minhabba l-qaghda li qieghed il-Kunsill, qieghed jixtri min fejn jaqbel. Barra min hekk is-Sindku qal li minhabba l-qaghda finanzjarja tal-Kunsill, huwa ftit ferm li qeghdin jinxtraw apparti li dan l-ahhar instabu bosta affarijiet imwarrbin fl-istores tal-Kunsill li ghal xi raguni jew ohra kienu jinxtraw zejda u bla uzu. Wara diskussjoni, s-Sindku staqsa jekk il-kunsilliera prezenti kienux sodisfatti bl-ispjegazzjoni li huwa tah dwar dan is-suggett. Il-Kunsilliera prezenti irrispondew fil-pozittiv.
18.2 Is-Sindku qal li l-elezzjoni generali m’ghandix ghalfejn tostakola l-mod tajjeb ta’ kif il-Kunsill miexi u mexa tul dan l-ahhar zmien .
Il-Laqgha ntemmet fi 10:30ta’ filghaxija.
___________________________ ________________________
Christine Bonello ikkonfermati John Boxall
Segretarja Ezekuttiva Sindku





