7 ta’ Marzu, 2008
Minuti tal-Laqgha Numru 14(05)
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu iltaqa’ għal-laqgħa numru 14(05) fl-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill F’Couvre Porte nhar it-Tnejn 3 ta’ Marzu, 2008 fil- 5:30 ta’ filgħaxija.
Prezenti
Is-Sur John Boxall – Sindku, Is-Sur Christopher Cassar, Vici Sindku, Is-Sinjura Miriam Grech, Kunsilliera, Is-Sur Ivan Peresso – Kunsillier u s-Sinjura Judith Saliba - Kunsilliera
Ippresieda is-sur John Boxall.
Talba
Is-Sur John Boxall - Sindku, qal it-talba u tah bidu għal din il-laqgħa.
- Qari u Approvazzjoni tal-Minuti
Is-Sindku qal li l-minuti tal-laqgha 13/05 mhux ser jinqraw peress li din il-laqgha tal-Kunsill issejhet b’urgenza u l-minuti ghadhom mhux lesti.
2. Korrispondenza.
2.1 Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li l-Kunsill kien ircieva zewg ittri mic-Centru Laburista tal-Birgu, kif ukoll mic-Centru Nazzjonalista tal-Birgu, dwar il-mixghela tal-fustun tal-Pjazza. Is-Sur John Boxall, Sindku qal li l-propjeta tal-fustun li hemm f’Misrah ir-Rebha, kif ukoll l-arbli huma propjeta tal-Kunsill. Is-Sindku qal li hu jixtieq li jittiehed vot unanimu dwar dawn it-talbiet u talab lil kunsilliera sabiex jifhmu s-sitwazzjoni.
Is-Sindku pprezenta ittra mibghuta minghand is-sur Godwin Vassallo, Segretarju tac-Centru Laburista Birgu, fejn talab lil Kunsill li jekk ir-rizultat ikun favur il-Partit Laburista, il-fustun li hemm f’Misrah ir-Rebha jinxteghel u l-ispejjez li jista’ jkun hemm, ikun ghal kumitat lokali. Wara diskussjoni, is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jilqa’ u japprova din it-talba. Il-Kunsilliera Miriam Grech issekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
Is-Sindku pprezenta ittra minghand is-sinjura Miriam Grech, Segretarja tal-Kumitat Lokali tal-Partit Nazzjonalista, fejn talbet lil Kunsill li jekk ir-rizultat ikun favur il-Partit Nazzjonalista, il-fustun li hemm f’Misrah ir-Rebha jinxteghel hekk kif jithabbar ir-rizultat ufficjali u sakemm il-Prim Ministru jiehu l-gurament. Wara diskussjoni, s-Sindku ppropona sabiex il-Kunsill japprova u jilqa’ din it-talba. Is-Sur Christopher Cassar, Vici Sindku, ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.2 Is-Sur John Boxall, Sindku qal li hu jixtieq li jekk hu possibli hadd ma jdendel bandiera mal-monument tal-Vitorja. Wara diskussjoni, s-Sinjura Miriam Grech talbet sabiex il-Kunsill jitlob il-Kumpanija tal-Gwardjani Lokali sabiex ic-CCtv camera li hemm fil-pjazz, dawk il-jumejn ta’ wara l-elezzjoni generali, tkun qed tiffoka u tigbed fuq il-monument tal-Vitorja, is-Sindku ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.3 Is-Sindku pprezneta ittra mibghuta mid-Direttur tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali fejn nforma lil Kunsill li kemm l-impjieg tas-Segretarja Ezekuttiva kif ukoll tal-haddiema klerikali kollha tal-Kunsill Lokali, qed isir fuq bazi ta’ kuntratt indefinitt u ghaldaqstant talab sabiex il-Kunsill jinforma lil impjegati tieghu dwar dan it-tibdil.
2.4 Dwar il-monument f’gieh Nestu Laiviera, s-Sindku pprezenta kwotazzjoni ghal pedestal ghal bust ta’ Nestu Laiviera, minghand il-kumpanija R.Pisani art marble ghal prezz ta’ € 850 (Lm 364.90), kwotazzjoni minghand Busuttil Studios ghal forma tal-bust ghal prezz ta’ € 720 (Lm 309.09) u kwotazzjoni minghand l-kumpanija Funderija Artistica sabiex issir il-cast tal-bronz ghal prezz ta’ € 931 (Lm 399.67). Is-Sindku qal li ghaldaqstant il-prezz totali ghal monument f’gieh Nestu Laiviera ser ikun € 2501 (Lm 1073.67). Il-Kunsill approva dawn il-kwotazzjonijiet unanimament.
2.5 Is-Sindku nforma lil shabu l-kunsilliera li hu rega’ kien vittma ta’ att vandalu iehor fuq il-karozza personali tieghu u ghaldaqstant ipprezenta rapport minghand il-Pulizija rigward dan l-incident. Hawnhekk is-Sindku, talab li qabel tibda d-diskussjoni dwar dan il-kaz, johrog mil-kamra u jhalli lil Kunsilliera jiddeciedu fil-liberta taghhom. Il-Kunsilliera unanimament qablu li s-Sindku ghandu jibqa’ fil-kamra. Il-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar stqar li diga hemm decizjoni tal-Kunsill u ssugerixxa sabiex l-ispiza tal-hsara tithallas mil-Kunsill. Il-Kunsilliera Miriam Grech issekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu. Is-Segretarja Ezekuttiva pprezentat stima ta’ xoghol ta’ spray fuq il-karozza tas-Sindku ghal prezz ta’ € 494.76 (Lm 212.40). Il-Vici Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jimxi fuq id-decizjoni ta’ l-istess Kunsill, u x-xoghol ikkoncernat jithallas mil-Kunsill. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
Il-Laqgha ntemmet fi 6:00 ta’ filghaxija.
___________________________ ________________________
Christine Bonello ikkonfermati John Boxall
Segretarja Ezekuttiva Sindku





