23 t’April, 2008
Minuti tal-Laqgha Numru 15(05)Il-Kunsill Lokali tal-Birgu iltaqa’ għal-laqgħa numru 15(05) fl-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill F’Couvre Porte nhar il-Hamis 3 ta’ April, 2008 fil- 6:00 ta’ filgħaxija.
Prezenti
Is-Sur John Boxall – Sindku, Is-Sur Christopher Cassar, Vici Sindku, Is-Sur Ivan Peresso – Kunsillier u s-Sinjura Judith Saliba - Kunsilliera
Is-Sur Christopher Cassar – Vici Sindku nghaqqad ghal laqgha fi 6:45 ta’ filghaxija filwaqt li s-sinjura Miriam Grech kienet skuzata minhabba raguni ta’ sahha.
Ippresieda is-sur John Boxall.
Talba
Is-Sur John Boxall - Sindku, qal it-talba u tah bidu għal din il-laqgħa.
Is-Sindku qal li din hija l-laqgha 15(05) minhabba li l-laqgha 14(05) saret b’urgenza.
- Qari u Approvazzjoni tal-Minuti
Il-minuti tal-laqgha 13(05) u 14(05) ittiehdu bhala moqrija.
1.1 Dwar item 1.1(13/05), is-Sindku qal li l-ftehim il-gdid ghal uzu tax-xelters u taz-zewg ikmamar li jaghmlu parti mill-imsemmija xelters gie ffirmat mis-sur Mario Farrugia, CEO tal-Fondazzjoni Wirt Artna, u minnhu bhala Sindku u, l-Kunsill diga rcieva l-ewwel pagament tax-xahar ta’ Marzu ta’ € 291.17 (Lm 125). Is-Sindku zied jghid li bis-sahha ta’ dan il-ftehim il-Kunsill ser itejjeb il-qaghda finanzjarja tieghu.
1.2 Item 1.2(13/05) Is-Sur John Boxall, Sindku qal li l-magazine tal-Kunsill qieghed jigi ppreparat. Hawnhekk il-Kunsilliera Ivan Peresso qal li gie avvicinat min wiehed mil-volontiera li xtaqu jissemew huma ukoll fil-magazine.
1.3 Dwar item 1.5(13/05), is-Sindku qal li ntbghatet ittra fi Frar ta’ din is-sena lil ghaqdiet u s-socjetajiet tal-Birgu sabiex juru bil-miktub jekk ma jridux jiehdu sehem fl-attivitajiet ta’ Birgu By Candlelight u l-Carols by Christmas Lights, fejn ntalbu jibghatu r-risposti taghhom sal-5 t’April ta’ l-istess sena (2008).
1.4 Item 1.7 (13/05), is-Sur John Boxall, Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li l-Kunsill ghamel l-applikazzjoni ghal fondi strutturali taht is-sejha ERDF. Barra min hekk, is-Sindku qal li hu gie mgharraf mid-Direttur Generali tax-xoghlijiet pubblici, li ser issir laqgha nhar it-Tlieta 15 t’April, fuq il-progett ta’ l-area tal-Collachio ghax mid-dehra dan id-dipartiment applika ukoll sabiex isir dan il-progett mil-Fondi Strutturali.
1.5 Dwar il-progett MedCOAST.net, item 1.8(13/05), is-sur John Boxall, Sindku qal li l-Kunsill ghadu qed jistenna risposta min-naha ta’ l-Awtorita Maltija ghat-Turizmu, sabiex l-imsemmija awtorita tkun shab fil-finanjzjament mal-Kunsill f’dan il-progett. Item 11(13/05), is-Sindku zied jghid li l-konferenza ghal dan il-progett ser issir fil-Birgu bejn id-9 u l-10 ta’ Mejju, 2008. Is-Sur Boxall, zied jghid li ghal darb’ohra, l-Awtorita Maltija ghat-Turizmu ser tghin lil Kunsill fl-organizzazjoni ta’ din il-konferenza u ghaldaqstant pprezenta basket u ktieb li din l-Awtorita fost affarijiet ohra ser taghti lil Kunsill sabiex jigu offruti lil kull delegat. Barra min hekk, l-Awtorita Maltija ghat-Turizmu ser toffri t-trasport, kif ukoll zewg ikliet lid-delegati u mistiedna distinti.
1.6 Dwar item 1.10(13/05), is-Sindku qal li l-leaflet ta’ informazzjoni dwar il-wirjiet tal-Gimgha Mqaddsa fil-Birgu, nghata kummenti tajbin. Is-Sur Boxall zied jghid li t-Tnejn 7 t’April, ser issir laqgha ghal dawk li tellghu wirjiet fil-Gimgha Mqaddsa. Barra min hekk, is-Sindku nforma lil Kunsilliera li ghas-sena d-diehla hemm cans li jsir ktieb minflok fuljett, dejjem jekk jinsabu ghajnuniet finanzjarji min ditti privati.
1.7 Item 8(13/05). Dwar il-gemellag bejn Casorate Sempione fl-Italja u l-Belt tal-Birgu, s-Sindku nforma lil Kunsillira li waqt iz-zjara tieghu u tas-Segretarja Ezekuttiva gewwa Casorate Sempione, gie ffirmat ftehim temporarju ghal gemellag. Is-Sindku qal li mal-Belt ta’ Ebbs fl-Awstrija ma giex ffirmat ftehim. Barra min hekk, is-Sindku qal li hemm kollox ppreparat sabiex zghazagh numru ta’ sittaflimkien mal-Kunsilliera Judith Saliba, l-induratur, is-sur Joseph Gatt u s-sinjura Gatt, kif ukoll is-sur Kurt Grixti, sid il-hanut tas-souveniors jirraprezentaw lil Belt tal-Birgu, f’attivita nazzjonali li ser titella’ f’Casorate Sempione. Ghal din l-attivita, z-zghazagh ser itellghu kotba, leaflets u posters sabiex ir-residenti ta’ Casorate jsiru jafu ahjar bil-Belt tal-Birgu u Malta. Is-Sindku zied jghid li wahda miz-zghazagh li ser jirraprezentaw lil lokalita tal-Birgu, ser tkun is-sinjorina Ritianne Bonnici, skrivana mal-Kunsill Lokali tal-Birgu, li kontinwament u mil-bidu ta’ dan il-gemellag hadet hsieb l-arrangarmenti kollha ta’ din iz-zjara. Hawnhekk is-sur John Boxall, Sindku zied jghid li kemm hu kif ukoll is-Segretarja Ezekuttiva, s-sinjorina Christine Bonello, l-allowance money li kien ghad fadlilhom wara z-zjara gewwa Casorate Sempione gew mghodija minflok inzammu, lis-sinjura Judith Saliba u lis-sinjorina Ritianne Bonnici, sabiex jithallas il-passag taghhom minhabba l-qaghda finanzjarja tal-Kunsill. Barra min hekk is-Sindku qal li hu u s-Segretarja Ezekuttiva, mil-istess allowance money xtraw ir-rigal lil kontessa li ospitathoom minflok nxtara mil-flus tal-Kunsill.
1.8 Item 1.13(13/05), is-Sindku nforma lil Kunsilliera li x-xoghol fl-indani tat-tarag li min triq l-Antika taghti ghal Triq il-Mandragg tlesta.
1.9 Dwar item 4(13/05), is-Sur John Boxall, Sindku qal li l-Kunsill bghat l-accetazzjoni tieghu sabiex ikun shab fil-progett Qualicites4all, izda l-Kunsill ghadu qieghed jistenna risposta dwar l-approvazzjoni ta’ dan il-progett.
1.10 Item 2.1(13/05), is-Sindku nforma lil Kunsilliera li l-attivita tal-presentazzjoni tal-Ktieb Tezor ser titella’ nhar il-Gimgha 25 t’April fil-librerija Regjonali. Ghal din l-attivita gew mistiedna t-tfal tal-klassijiet tal-kinder ta’ l-iskola primarja Santu Rokku.
1.11 Item 2.3(13/05), is-Sindku qal li wara diskussjoni mas-sur Tony Parnis, Direttur tal-kumpanija “Junction media productions”, gie nfurmt li din il-kumpanija tista’ taghmel dokumentarju bil-lingwa Ingliza fuq il-Birgu, is-Sindku zied jghid li ghal konferenza tal-progett MedCOAST.net irid ikun lest u jigi pprezentat ghall-ewwel darba waqt l-imsemmija konferenza.
1.12 Dwar item 2.4(13/05), is-Sindku nforma lil Kunsilliera li l-avukat tal-Kunsill, Dr. Neville Camilleri bghat ir-risposta ghan-nom tal-Kunsill lil Avukat tas-sur Keith Abela Fitzpatrick.
1.13 Item 2.5(13/05), is-Sindku qal li ghalkemm il-Kunsill jixtieq joffri l-korsijiet tal-kompjuter, il-problema hija l-qaghda finanzjarja tal-Kunsill. Hawnhekk, is-sur John Boxall, talab sabiex il-Kunsillier Ivan Peresso jirranga mas-sur Ray Abela, Direttur tal-Kumpanija TCTC sabiex isir laqgha mieghu fuq dan is-suggett.
1.14 Dwar item 2.6(13/05), is-Sindku qal li l-Kunsill ghadu qed jistenna risposta minghand il-kumitat tal-Vittoriosa Stars F.C. sabiex isir laqgha ma’ l-imsemmi kumitat.
1.15 Dwar item 2.7(13/05), is-sur John Boxall, Sindku qal li l-lokal ta’ Moelfre, f’Wales qed jistenna risposta min-naha tal-Kunsill sabiex issir visita ta’ familjarizazzjoni gewwa Moelfre, izda s-Sindku zied jghid li l-Kunsill ma onorax din il-visita minhabba l-qaghda finanzjarja tieghu.
1.16 Item 3(13/05) is-Sindku qal li s-somma totali tax-xoghlijiet li saru s’issa gewwa Gallerija Couvre Porte lahqu ghal € 5821. Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li l-kumpanija Grand Harbour Marina tat donazzjoni lil Kunsill ta’ € 6000, liema donazzjoni ser tintuza biex itatafi mil-ispejjez li qeghdin issiru biex tigi rrangata Gallerija Couvre Porte.
1.17 Dwar item 5(13/05), is-Sur John Boxall, Sindku qal li l-Kunsill bghat l-accetazzjoni tieghu sabiex jkun shab fil-progett Friendly Cities, izda l-Kunsill ghadu qieghed jistenna risposta dwar l-approvazzjoni ta’ dan il-progett.
1.18 Dwar item 6(13/05), is-Sindku qal li l-Kunsill ghadu qed jistenna risposta dwar il-progett Youth in Action, flimkien mal-Belt ta’ San Pietro in Guaranno fl-Italja.
1.19 Dwar item 7(13/05), is-sur John Boxall, Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li l-Kunsil waslet l-“acknowledgement letter” li l-applikazzjoni ghal progett ta’ gemellag waslet, izda ghalkemm qed jigi ccekjat kuljum is-sit elettroniku ndikat, ghad ma waslitx risposta jekk dan il-progett ma giex accettat jew le.
1.20 Item 9(13/05), is-Sindku nforma lil kunsilliera li l-applikazzjoni fi hdan l-Fondazzjoni Anna Lindh giet accettata u ghaldaqstant il-Kunsill bil-kollaborazzjoni ta’ “Square Wheels Entertainment” nhar il-Hamis 22 ta’ Mejju, fiz-zona ta’ Couvre Porte ser titella’ attivita relata ma’ dan il-progett.
1.21 Dwar item12(13/05), is-Sur John Boxall, Sindku qal li huwa personali rega’ gie mistieden sabiex jippartecipa ghal konferenza tal-progett PRISMA bejn it-18 u l-21 ta’ Mejju, f’Palermo, fi Sqallija.
1.22 Item 16(13/005). Wara diskussjoni, s-Sindku, s-sur John Boxall issugerixxa sabiex is-sur Trevor Mizzi, is-sur Joseph Daccache u s-sur Darren Agius jigu approvati bhala membri fis-sotto kumitat taz-zghazagh. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
1.23 Item 17(13/05) Is-Sindku nforma lil kunsilliera prezenti li sal-llum, il-kunsill kien ghadu ma rcieva l-ebda risposta dwar it-talba li saret lil Bank Of Valletta sabiex tigi nstallata stand-alone ATM gewwa l-Birgu.
1.24 Item 18.1(13/05) is-sur John Boxall, Sindku qal li hu personalment kellem lis-sur Anton Gellel u tah ir-risposta tieghu. Il-Minuti tal-laqgha 13(05) u 14(05) gew approvati u ssekondati mis-sinjura Judith Saliba u gew approvati unanimament.
2. Korrispondenza.
2.1 Is-Sindku pprezneta email mibghuta mid-Direttur tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali fejn nforma lil Kunsill li l-allokazzjoni ghas-sena finanzjarja 2008-2009 ser tkun ta’ € 197,975 (Lm 84,990.66), €1172.47 (Lm 503.34), inqas mil-allokazzjoni tas-sena li ghaddiet. Is-Sindku ssugerixxa sabiex tinkiteb ittra lid-direttur fejn jigi spjegat li minhabba l-ispejjez rikorrenti ta’ kuljum tal-Kunsill, l-istess Kunsill dejjem ser jispicca f’deficit. Barra min hekk, is-Sindku ssugerixxa li din l-informazzjoni tinkiteb fil-fuljett sabiex b’hekk tigi spjegata s-sitwazzjoni finanzjarja lir-residenti. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.2 Ittra minghand l-Arcipriet Fr. Joe Caruana fejn talab l-approvazzjoni tal-Kunsill sabiex il-“parking bay” li hemm quddiem l-Ufficju Parrokjali jigi riservat ghal uzu ta’ min jahdem u jaghmel uzu min dan l-ufficju. Wara diskussjoni, is-Sindku, ssugerixxa sabiex japprova din it-talba u jitlob il-permess lil Awtorita Dwar it-Trasport sabiex isir “parking bay” irriservat quddiem l-Ufficju Parrokljali. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.3 Is-Sur John Boxall, Sindku pprezenta kwotazzjoni ghal stiar lift sabiex jigi nstallat fit-tarag li jaghti ghal ufficini amministrattiva. Is-Sindku qal li stair lift tond ma jsirx barra u ghaldaqstant iridu jsiru tnejn. Barra min hekk, is-Sindku nforma lil Kunsilliera li l-Erbgha 2 t’April, huwa kellhu laqgha mal-presidenti u zewg membri tal-bord tar-Rotary Club La Vallette fejn gie nfurmat li din is-socjeta xtaqet li jaghmlu xi haga ghal gid tal-komunita u ghaldaqstant issugerixxa sabiex issir l-stair lift fit-tarag ta’ l-ufficini amministrattivi. Il-kunsillier Ivan Peresso, ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu. Is-Sindku ssugerixxa ukoll li progett iehor li din is-socjeta tista’ taghmel huwa playing field fl-iskola primarja Santu Rokku tal-Birgu. Is-Sindku zied jghid li r-Rotary Club talab ukoll sabiex jaghmlu link mal-website taghna. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.4 Ittra minghand is-Sur Paul Farrugia, Segretarju, Kumitat Festi Esterni ta’ San Duminku, fejn ghan-nom tal-kumitat talab permess lil Kunsill sabiex fil-granet tal-festa ta’ San Duminku, jigi sparat nar ta’ l-ajru min tal-Hawli. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill japprova din it-talba izda importanti ferm li dan il-kumitat igib il-permessi mehtiega kollha mill-awtoritajiet l-ohra koncernati. Dwar dan kien hemm hemm qbil unanimu.
2.5 Ittra minghand is-sur Pawlu Farrugia, Segretarju tal-Kumitat Festi Esterni ta’ San Duminku, fejn talbu permess lil Kunsill sabiex fl-20 ta’ Mejju, 2008, fl-okkazzjoni ta’ l-ewwel tlieta ta’ San Duminku jorganizzaw attivita fil-wesgha ta’ taht l-ufficini tal-Kunsill f’Couvre Porte. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill japprova din it-talba. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.6 Is-Sindku nforma lil Kunsilliera li nbiddel is-superjur tal-Muzew tal-Birgu. Hawnhekk, is-Sindku pprezenta ittra mibghuta mis-superjur Joey Bugeja bi proposti ghal progetti li jistghu jsiru flimkien mas-socjeta tal-MUSEUM fil-Birgu. Wara diskussjoni l-membri tal-Kunsill qbalu li l-Kunsill jimxi fuq is-suggerimenti li nghataw mis-superjur.
2.7 Is-Sur John Boxall ipprezenta ittra minghand il-kumpanija Go, mibghuta lilu personali peress li huwa impjegat ta’ din il-kumpanija. Ghaldaqstant informa lil Kunsilliera li din il-kumpanija mhux ser tibqa tapprova leave specjali, minhabba li l-policy ta’ din il-kumpanija m’ghadiex l-istess. Is-Sindku qal li huwa ser jikteb lil Prim Ministru, kif ukoll lil Dr. Natalino Attard, Direttur tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali u anke lil President ta’ L-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, s-sur Michael Cohen, sabiex jinfurmhom bis-sitwazzjoni u bil-preokkupazzjoni tieghu li ser tkun ta’ piz finanzjarju ghal Kunsill fil-futur qarib. Is-Sindku zied jghid li dan jghodd ukoll ghal kunsilliera.
2.8 Is-Sindku pprezenta kwotazzjoni minghand il-kumpanija S.M.W. Cortis Ltd. Ghal bieb ghal ufficju tas-Segretarja Ezekuttiva ghal prezz ta’ € 770(Lm 330). Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jilqa’ u japprova din il-kwotazzjoni. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.9 Ittra minghand is-sur Leslie Agius mil-Ministeru ta’ l-affarijiet barranin, fejn nforma lil Kunsill li l-konslu ta’ Turin kien rrakomanda li l-Belt ta’ Birgu taghmel gemellag ma’ Bosco Marengo fil-provincja Turin fl-Italja, u xtaq li jaghmel appuntament mas-Sindku, ghaldaqstant is-Sindku ssugerixxa sabiex jilqa’ t-talba tal-konslu ta’ Turin.
2.10 Is-Sindku pprezenta ittra minghand is-sinjura Stravuola Divane, ko-ordinatrici tal-progett MedCOAST.net, fejn nfurmat li l-ahhar konferenza ta’ dan il-progett ser issir gewwa Agria fil-Grecja nejn l-24 u l-25 ta’ Lulju, 2008. Hawnhekk il-Vici-Sindku ssugerixxa sabiex ghal din il-konferenza jattendi s-Sindku, kif ukoll is-sinjorina Fiorella Scicluna, skrivana responsabli min dan il-progett. Il-kunsillier, s-sur Ivan Peresso ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.11 Is-Sur John Boxall, Sindku pprezenta korrispondenza mibghuta mil-Perit tal-Kunsill, il-Peritt Duncan Mifsud dwar il-progett tal-Gnien Fuq tal-Hawli ghal attenzjoni tal-Kunsilliera.
2.12 Is-Sindku nforma lil kunsilliera prezenti li permezz ta’ email, is-sinjura Reneta Pavlova, mic-Chamber of Commerce and Industry ta’ Dobrich fil-Bulgarija, fejn stiednet lil Kunsill Lokali tal-Birgu, sabiex jissieheb fil-kontinwazzjoni tal-progett Signs in the City, fejn il-budget ghal f’dan il-progett, ghal Kunsill Lokali Birgu, huwa ta’ € 8,042 u l-kontribuzzjoni tal-Kunsill ghal dan il-progett tkun ta’ € 2342. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jaccetta din l-istedina u dan il-progett jibqa’ taht ir-responsabilita tal-Kunsillier Ivan Peresso. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.13 Is-Sur John Boxall, ipprezenta rapport mil-Pulizija li ghamel is-sur Carmel Scicluna dwar danni fuq il-propjeta tieghu li tinsab fi Triq Hilda Tabone. Is-Sindku qal li qed jisfrondalu l-isprall minhabba l-karozzi li qed jghaddu min fuqu. Il-kunsill tah il-permess sabiex jaghmel pjanti li ma jkunux ta’ tfixkil u ghaldaqstant, is-sur Scicluna talab lil Kunsill sabiex jipprova jsolvi s-sitwazzjoni.
2.14 Ittra minghand is-sur Alan Mercieca Bons, sid il-hanut Del Borgo Wine Bar, fejn talab il-permess lil Kunsill sabiex iwahhal zewg tabelli bir-reklam tal-hanut tieghu. Is-Sur Mercieca Bons talab li l-imsemmija tabelli jehlu, wahda fi Triq Gublew tal-Fidda hdejn il-bus lane u l-ohra fl-istess triq fis-central strip biswiet il-monument tal-Papa. Dwar dan kien hemm qbil unanimu li jinghata l-permess mehtieg.
2.15 Is-Sindku pprezenta zewg kontijiet tad-dawl u l-ilma, wiehed ghal perjodu bejn Settembru 2006 sa Jannar 2007 (erbgha xhur), li jammonta ghal € 646.70(Lm 277.63) u l-iehor ghal perjodu bejn Settembru 2007 u Dicembru 2007 (tlett xhur), ghal ammont ta’ € 1501.51( Lm 644.60).
2.16 Is-Sur John Boxall, Sindku pprezenta tlett kwotazzjonijiet ghal brix ta’ zebgha ta’ wiehed u tletin (31) branka tal-hadid li hemm fil-post maghruf bhala l-mandragg. Is-Sindku pprezenta kwotazzjoni minghand il-kumpanija Amabile Galea & Sons Ltd. Ghal prezz ta’ € 1630.56 (Lm 700), vat mhuz inkluz, kwotazzjoni ohra minghand Joy aluminium ghal prezz ta’ € 1817 (Lm 780.03) vat mhux inkluz u kwotazzjoni ohra minghand is-sur Warren Reed ghal prezz ta’ € 1,143.90 vat mhux inkluz. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jilqa’ u japprova l-kwotazzjoni tas-sur Warren Reed peress li din kienet l-irhas offerta. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.17 Is-Sindku pprezenta ittra mibghuta mil-Awtorita ta’ Malta dwar l-ambjent u l-ippjanar (MEPA) fejn il-Kunsill gie nfurmat li l-applikazzjoni ghal bust ta’ Nestu Laiviera fl-area ta’ Couvre Porte giet approvata.
2.18 Is-Sindku pprezenta kwotazzjoni ghal bieb gdid ta’ l-ufficini amministrattivi, minghand il-kumpanija C & M woodworks ghal prezz ta’ € 920.35, dan minhabba l-istat hazin ta’ dan il-bieb. Wara diskussjoni, s-Sindku ppropona li l-Kunsill jilqa’ u japprova din il-kwotazzjoni. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
3. Ftehim dwar il-gbir ta’ skart organizzat mil-Kunsill
Is-Sindku pprezenta ftehim mibghuta mil-assocjazzjoni dwar il-gbir ta’ skart organizzat mil-Kunsilli Lokali. Barra min hekk is-Sindku qal li saret laqgha ghas-Sindki kollha fejn gie diskuss aktar fid-dettal dan il-ftehim. Is-Sindku zied jghid li din ser tkun biss prova u barra min hekk ghal kull vjagg li jsir, l-Kunsill ser jithallas € 186.34. Il-Kunsill ser ikollhu r-responsabilta li jqassam il-boroz lir-residenti u ser jinghata € 139.76 bhala kontribuzzjoni. Ir-residenti jkunu jistghu jigbru l-boroz wara li jircievu kupun id-dar. Is-Sindku qal li l-Kunsill ser jinghata c-cans li jaghzel kuntrattur huwa u ghaldaqstant s-Sindku ppropona li l-Kunsill Lokali tal-Birgu jaghzel lil Sur Alex Fenech, li bhalissa ghandu t-tender tal-gbir ta’ skart goff. Il-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
4. Approvazzjoni tal-ftehim dwar l-uzu ta’ Gallerija Couvre Porte ghal attivitajiet bhal ricevimenti, konferenzi, esebizzjonijiet ecc.
Is-Sur John Boxall, Sindku, pprezenta ghal approvazzjoni tal-Kunsill draft ta’ ftehim dwar l-uzu ta’ Gallerija Couvre Porte ghal attivitajiet bhal ricevimenti, konferenzi u esebizzjonijiet. Wara diskussjoni, l-Vici Sindku ssugerixxa li l-prezz ghal konferenzi ta’ mhux inqas min saghtejn u mhux izjed minn erbgha sighat, jizdied ghal € 125 minflok € 35. Is-Sindku s-sur John Boxall issekonda u ppropona li l-Kunsill japprova dan il-ftehim. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
5. Approvazzjoni tal-Performance Bonus lill-istaff klerikali.
Is-Sindku nforma lil kunsilliera li wara li saret laqgha ma’ l-istaff klerikali, mieghu u mas-Segretarja Ezekuttiva, fejn gew diskussi xi nuqqasijiet u x-xoghlijiet li jsiru mil-istaff. Is-sinjorina Christine Bonello, Segretarja Ezekuttiva ssugerit li jinghata 5% performance bonus lis-sinjorina Fiorella Scicluna, u lis-sinjorina Ritianne Bonnici, skrivani mal-Kunsill, li min-naha taghhom urew qbil ma’ dak li kienet qeghda tissugerixxi s-segretarja Ezekuttiva. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. Hawnhekk, is-sur John Boxall, Sindku, ssugerixxa li l-Kunsill japprova 9% performance bonus, lis-segretarja ezekuttiva. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. Is-sinjorina Christine Bonello, Segretarja Ezekuttiva rringrazzjat lis-Sindku u lil kunsilliera prezenti.
6. Laqgha annwali pubblika
Wara diskussjoni, s-Sindku, s-sur John Boxall ssugerixxa sabiex il-laqgha annwali pubblika, ssir nhar l-Erbgha 30 t’April f’Gallerija Couvre Porte fi 6:30 ta’ filghaxija. Is-sur Christopher Cassar, Vici Sindku, ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
7. Decizjoni dwar it-tender tal-Provista u Stallazjoni ta’ dawl dekorattiv
B’referenza ghal item 15 tal-laqgha 13(05), is-sur John Boxall, Sindku, talab li l-Kunsill ikollhu ittra bil-miktub mil-kumpanija Central Power Installations Ltd. li l-fanal kkwotat huwa l-istess bhal dawk li diga hawn fil-lokalita.
8. Decizjoni dwar hrug ta’ offerta tat-tindif u knis tat-toroq.
Is-Sindku nforma lil Kunsilliera li t-tender ghat-tindif u knis tat-toroq kien skada u ghaldaqstant issugerixxa sabiex il-Kunsill johrog offerta ghal din is-sejha. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
9. Harga ghal anzjani ghal Jum l-Omm
Il-Kunsilliera Judith Saliba ssugerit sabiex ghal festa ta’ Jum l-Omm, l-Kunsill jorganizza harga ghal anzjani. Wara diskussjoni, s-sur John Boxall ssugerixxa sabiex il-Kunsill jorganizza harga ghal anzjani ghal ahhar ta’ Mejju u din l-attivita tiehu hsiebha l-kunsilliera Judith Saliba. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
10. Affarijiet ohra
10.1 Is-Sindku ressaq ghall-approvazzjoni tal-Kunsill il-lista ta’ pagamenti dovuti mill-Kunsill. Wara diskussjoni, is-Sindku, ppropona li din il-lista tigi approvata. Is-Sur Christopher Cassar, Vici Sindku issekonda dan il-proponiment, u gie approvat unanimament.
10.2 Il-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar, qal li residenti ta’ Triq il-Palazz ta’ l-isqof talbuh iressaq informazzjoni ta’ min setgha kisser tabella f’din it-triq. Wara diskussjoni gie deciz li l-Kunsill ghandu jaghmel kuntatt ma min setgha ghamel din il-hsara.
10.3 Is-Sur Christopher Cassar, Vici Sindku, ssugerixxa sabiex f’Hamis ix-Xirka, l-Kunsill jaghmel punt informattiv f’post prominenti. Wara diskussjoni, s-Sindku qal li hu ghandu idea li ssir attivita bl-isem ta’ Hamis ix-Xirta fid-dawl tax-xemgha. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
10.4 Is-sur Ivan Peresso, kunsilliera, nforma lil Kunsill, li Dr. Adrian Grima, mil-ghaqda Inizjamed jixtiequ jergghu jtellghu attivita ta’ litteratura gewwa l-Birgu. Wara diskussjoni, kien hemm qbil unanimu sabiex din l-attivita titella. Il-Laqgha ntemmet fi 9.30 ta’ filghaxija.
___________________________ ________________________
Christine Bonello ikkonfermati John Boxall
Segretarja Ezekuttiva Sindku





