Laqgha Pubblika Annwali 2007-2008
Ghal-erbatax –il sena konsekuttiva, l-Kunsill Lokali tal-Birgu qed jorganizza din il-laqgha pubblika annwali fejn ir-residenti huma mistiedna jaghtu s-suggerimenti u l-kummenti taghom sabiex jigu kkunsidrati fit-tfassil ta’ l-estimi finanzjarji ta’ l-istess Kunsill ghas-sena 2008-2009 sabiex flimkien, nkomplu nsebbhu l-Belt tal-Birgu.
Izda l-ghan ewlieni ta’ din il-laqgha huwa sabiex il-Kunsill Lokali tal-Birgu jaghti rendikont u harsa estensiva lejn is-sena ta’ hidma ta’ bejn April 2007 u Marzu 2008, sena xhieda ta’ l-impenn li ntwera sabiex jintlahqu l-ghanijiet tal-Kunsill Lokali tal-Birgu.
Dan ir-rapport annwali jkopri l-ewwel sena tal-hames legislatura ta’ dan il-Kunsill, liema Kunsill gie elett propjament fl-10 ta’ Marzu, 2007. Din is-sena finanzjarja bdiet fl-1 t’April, 2007 u spiccat fil-31 ta’ Marzu, 2008.
Il-Kunsill
Il-formazzjoni tal-Kunsill ghal din il-hames legislatura huwa hekk:
Sindku – John Boxall
Vici – Sindku – Christopher Cassar
Kunsilliera – Miriam Grech, Ivan Peresso u Judith Saliba
Matul din is-sena, l-Kunsill zamm 14-il seduta ufficjali fejn l-attendenza tal-membri tal-Kunsill kienet tajba hafna. Minbarra s-seduti normali l-membri tal-Kunsill attendew ghal numru konsiderevoli ta’ laqghat ma’ Ministri, Segretarji Parlamentari, Diretturi ta’ dipartimenti Governattivi u Parastatali u entitajiet ohra, kif ukoll konferenzi barra min Malta.
Amministrazzjoni
Ir-responabilitajiet tal-Kunsill qeghdin dejjem jizdiedu, x-xoghol amministrattiv qed jikber ukoll u dan jixhdu x-xoghlijiet msemmija fil-qosor f’din il-laqgha Generali Annwali.
Il-Kunsill appunta lis-sinjorina Ritianne Bonnici bhala skrivana, dan wara t-tmiem ta’ l-impieg ta’ l-iskrivana precedenti. Ghal faccilita tac-cittadini tal-Birgu, il-hinijiet tal-ftuh ta’ l-ufficju amministrattiv qed ikun mis-7 ta’ filghodu sal-hamsa u nofs ta’ filghaxija.
Matul din is-sena, l-Kunsill ircieva madwar 1364 talba ghas-servizz ta’ Bulky Refuse, liema servizz, il-Kunsill qed joffrih kuljum minghajr ebda hlas lir-residenti. Il-Kunsill wkoll rcieva diversi ilmenti ohra dwar bozzoz mahruqa fit-toroq u hsarat ohra, problemi fis-sistema tad-dranagg, hsarat fil-mains ta’ l-ilma kif ukoll talbiet ghal ghajnuna min diversi dipartimenti tal-Gvern fosthom mid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar.
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu flimkien ma’ l-impjegati tiegħu qegħdin jaħdmu kontinwament sabiex itejbu l-qagħda ta’ l-għejxien ta’ kull resident fil-lokalita` tiegħu u dan qiegħed jagħmlu billi joffri servizzi adegwat fil-parametri tal-liġi liċ-ċittadini kollha.
Indafa
It-tindif tal-lokalita ta’ din il-Belt jibqa’ dejjem wahda mil-prioritajiet ta’ dan il-Kunsill. Matul is-sena finanzjarja 2007-2008 kien hemm nefqa ta’ madwar € 21,600 ghat-tindif ta’ toroq, nefqa ta’ madwar € 8795 ghal gbir ta’ skart goff, kif ukoll madwar € 22,130 ghal gbir ta’ skart domestiku.
Matul din is-sena ntbghatu diversi ittri lir-residenti sabiex ihegguhom izommu l-indafa fit-toroq specjalment quddiem ir-residenza taghhom.
Fuq talba ta’ l-Arcipriet, Fr. Joe Caruana, tal-Knisja Kollegjata ta’ San Lawrenz, il-Kunsill Lokali tal-Birgu, matul din is-sena ghamel it-tindif kollhu u l-manutenzjoni tac-cimiterju ta’ dan il-lokal kull meta kien mehtieg.
Barra min hekk ghal ewwel darba, il-Kunsill talab lil Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta sabiex jintbaghtu suldati speccjalizati mil-istess armata sabiex jaghmlu tindif tas-swar li jdawwru z-zona ta’ Couvre Porte, mil-haxix hazin. Din it-talba giet milqugha u x-xoghol sar bejn it-12 u s-17 ta’ Lulju.
Ghal darba ohra l-Kunsill jirringrazzja u juri l-apprezament lir-residenti tal-Birgu ghal istat ta’ indafa li qed izommu lil din il-Belt u ghal mod ta’ kif qeghdin izejnu bil-qsari, biswiet il-bibien tar-residenza taghhom.
Toroq
Minhabba l-problema finanzjarja li qed jaffacja l-Kunsill Lokali tal-Birgu, ha hsieb sabiex it-toroq fil-lokalita jinzammu fl-ahjar stat possibli bil-limitazzjonijiet finanzjarji tieghu.
Matul din is-sena finanzjarja gew rrangati bosta toroq madwar il-Birgu permezz tal-patching, kif ukoll saru tiswijiet u tindif ta’ diversi spralli ta’ l-ilma tax-xita u kaptelli.
Il-Kunsill baqa’ jaghmel pressjoni kontinwa lil Ministeru ghal Izvillup Urban u Toroq, sabiex issir ix-xoghol ta’ kostruzzjoni mwieghed mil-Onor. Jesmond Mugliett ta’ Triq San Lawrenz, liema xoghol fl-ahhar nbeda fix-xahar t’Awissu, 2007. Fdin it-triq il-kuntrattur responsabli mix-xoghlijiet ntaqa’ ma’ diversi proplemi, fosthom insemmu l-problema li l-main tad-dranagg li kien ghaddej min taht it-triq kien mifqugh u ghaldaqstant kellhu jinbidel kollhu. Ix-xoghlijiet ta’ tisbih f’din it-triq ghadhom ghaddejin sal-llum u huwa kkalkulat li jasal fi tmiemu ghal l-ahhar ta’ din is-sena.
Ftit tal-gimghat ilu tlesta x-xoghol fit-tarag li minn Triq l-Antika li jaghti ghal Triq il-Mandragg, fejn kawza tal-hsarat estensivi fl-indajjen ta’ dan it-tarag, kien qed jidhol l-ilma fir-residenza tan-nies. Kien ghalhekk li l-Kunsill b’urgenza ddecieda li jsir xoghol ta’ imprint fl-imsemmi tarag.
Bl-ghajnuna ta’ l-Awtorita Dwar it-Trasport, il-Kunsill ha hsieb sabiex isiru bankini godda fi Triq Dawret l-Isptar kif ukoll f’ parti min Triq San Dwardu.
Hawnhekk, ta’ min isemmi ukoll ix-xoghlijiet fit-toroq tal-lokalita taghna li jsiru mil-haddiema ta’ l-I.P.S.L. u haddiema mibghuta mil-E.T.C. taht diversi skemi li din il-korporazzjoni toffi. Dawn il-haddiema jiehdu hsieb diversi xoghlijiet li jkun mehtieg li jsir fil-lokalita li jinkludu tiswijiet fuq street furniture, zebgha tar-railings madwar il-Birgu, tindif tal-bandli u tac-cimiterju, qtugh ta’ haxix hazin, kif ukoll manutenzjoni ta’ l-ufficini ta’ l-istess Kunsill.
Progetti
Sfortunatament f’din is-sena, n-numru ta’ progetti mil-Kunsill, kienu limitati minhabba n-nuqqas ta’ risorzi finanzjarji.
Bl-ghajnuna tad-Dipartiment tal-Manutenzjoni u t-Tiswijiet tad-Djar, fuq inizjattiva w insistenza kontinwa ta’ l-istess Kunsill, tkompla x-xoghol ta’ kostruzzjoni tal-Gnien Pubbliku fuq tal-Hawli, f’area abbandunata. Fi 22 ta’ Frar, 2008, fil-presenza ta’ Dr. Carm Mifsud Bonnici, Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Gustizzja u l-affarijiet interni, gie ffirmat il-kuntratt tad-devoluzzjoni tal-Gnien Pubbliku fuq tal-Hawli lil Kunsill Lokali tal-Birgu.
Barra min hekk, ftit tax-xhur ilu wara diversi diskussjonijiet mal-perit Anton Camilleri, direttur tad-dipartiment tat-Tiswijiet tad-Djar u konsultazzjonijiet mar-residenti ta’ din iz-zona, gie deciz sabiex isir xi tibdil fil-progett tal-kostruzzjoni ta’ dan il-Gnien sabiex f’din l-area jigu akkomodati 25 parkegg ghar-residenti ta’ din iz-zona.
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu, bl-ghajnuna ta’ bosta entitajiet governattivi u privati kompla jahdem fuq il-progett ta’ l-upgrading tat-tindif u t-tisbieh ta’ Gnien il-Kunsill, jew kif inhu maghruf bhala l-Foss. Bl-ghajnuna tat-34U Campaign gew mizrugha diversi sigar taz-zebbug kemm mit-tfal ta’ l-iskola Primarja Santu Rokku, kif ukoll mil-bank malti Bank of Valletta. Ghal darb’ohra l-ahwa Roderick u Clive Bustuttil, bil-kollaborazzjoni ta’ l-istess Kunsill organizzaw wirja ta’ statwi life-size ‘Iesus Nazarenus’ ghal zmien il-Gimgha Mqaddsa fi Gnien il-Kunsill.
Fix-xahar ta’ Jannar, il-Kunsill Lokali tal-Birgu, bl-ghajnuna tal-kumpanija Alliance Group Ltd. (AGL) u l-haddiema assenjati ma’ l-istess Kunsill, ghamel xoghol ta’ manutenzjoni fil-bandli tal-Birgu li jinsab fi Triq San Dwardu, fejn Café Riche. Il-Kunsill barra li ghamel xoghol ta’ manutenzjoi u zebgha haseb sabiex jbiddel is-seats tal-bandli sabiex dan il-post ta’ rikreazzjoni ikun skond ir-regolamenti tas-sahha u sigurta ta’ l-Unjoni Ewropea.
Matul din is-sena, l-Kunsill haseb sabiex jigi nstallat aktar dawl adekwat fi Triq it-Torri ta’ San Gwann, fejn twahhlu tlett fanali godda.
Bl-ghajnuna ta’ l-Awtorita Maltija ghat-Turizmu, l-Kunsill Lokali tal-Birgu installa railing ornamentali tal-hadid f’zewg postijiet fil-Birgu, fuq parti mis-sur tal-posta ta’ Kastilja fil-post maghruf ahjar bhala s-sur tal-hut u fil-posta ta’ Franza, fl-area ta’ Couvre Porte.
Fl-ahhar gimghat li ghaddew il-Kunsill Lokali tal-Birgu ghamel xoghol estensiv ta’ manutenzjoni, sabiex izid il-facilitajiet ta’ Gallerija Couvre Porte sabiex din il-gallerija ma tibdix tintuza biss ghal esebizzjonijiet izda tintuza bhala kamra ghal konferenzi kif ukoll fiha jista’ jsiru ricevimenti. F’din il-Gallerija saru diversi xoghlijiet fosthom nbiddlet is-sistema tad-dawl kollha kif ukoll twaqa’ hajt divizorju sabiex issa din il-gallerija giet fl-istat originali taghha. Barra min hekk fil-kamra ma’ genb il-Gallerija Couvre Porte, il-Kunsill haseb sabiex jaghmel kamra ckejkna biex tibda tintuza bhala kcina u store waqt l-attivitajiet koncernati.
Il-progett tal-bini mil-gdid tat-Torri ta’ l-Arlogg u l-progett tal-pavimentar tal-Pjazza, ghalkemm gie approvat mil-MEPA sal-llum il-Kunsill ghad m’ghandux id-data ezatta meta ser jinbdew ix-xoghlijiet koncernati. Il-Kunsill jemmen li dan il-progett ser irendi xoghol u kummerc fil-lokalita tal-Birgu.
Agrikoltura
Il-Kumpanija Environmental Landscape Consortium bi ftehim u kuntratt mal-Kunsill Lokali tal-Birgu ghanda f’idejja s-settur agrikolu ta’ din il-lokalita. Din il-kumpanija ghandha bniedem assenjat mal-kunsill fuq bazi permanenti. L-ispiza ghal dan is-servizz hija ta’ € 11, 646.86 fis-sena. Fost diversi xoghlijiet li jsir min din il-persuna nsibu zbir ta’ sigar, tindif, hrit u tisqija tas-soft areas u qsari li jinsabu f’postijiet differenti fil-lokalita. Barra min hekk, il-Kunsill bl-ghajnuna ta’ din il-kumpanija naddaf u sebbah area abandunata li tinstab fi Triq San Dwardu kantuniera ma’ Triq Dawret l-Isptar.
Minbarra f’hekk il-Kunsill xtara diversi pjanti u fjuri ghal madwar it-toroq tal-Birgu sabiex jaghtu dehra isbah lil bosta toroq fil-lokalita. In-nefqa totali din is-sena ghal dawn il-pjanti u fjuri kienet ta’ € 430.
Bhal kull sena, l-Kunsill ha hsieb sabiex isir iz-zbir u t-tindif necessarju ta’ Gnien il-Kunsill, maghruf ahjar bhala l-Foss.
Bhala parti mil-Kampanja 34U, fil-5 ta’ Gunju, 2007, l-Jum Dinji ta’ l-Ambjent, il-Kunsill Lokali tal-Birgu stieden lit-tfal ta’ l-iskola Primarja Santu Rokku sabiex jizirghu sigar taz-zebbug f’dan il-gnien. Barra min hekk, bhala parti mil-istess kampanja fi 30 t’Awissu ta’ l-istess sena, haddiema u l-Branch Manager tal-Bank of Valletta zerghu sigar taz-zebbug fl-istess Gnien.
Hawnhekk niehu l-opportunita sabiex nappella lil pubbliku kollhu sabiex japprezza x-xoghol li jsir u l-flus li kontinwament jintefqu u jkun responsabbli bizzejjed.
Traffiku
Din is-sena l-Kunsill ghamel diversi studji biex l-immanigjar tat-traffiku fil-lokalita jitjieb. F’din is-sena l-Kunsill Lokali tal-Birgu kompla bid-diskussjonijiet ma’ l-awtoritajiet koncernati sabiex tinstab soluzzjoni ghal problema ta’ parkegg li nholqot f’dan l-ahhar snin.
Filfatt, wara li l-Kunsill ghamel survey ta’ kemm-il karozzi hawn fil-Birgu, fix-xahar ta’ Ottubru giet introdotta s-sistema ta’ parkegg awtorizzat lir-residenti tal-Birgu. Kull persuna li rregistrat il-vettura taghha giet mitluba tigbor il-permess awtorizzat relatat mal-vettura taghha. F’toroq koncernati bejn it-8 ta’ filghodu u l-5 ta’ filghaxija, l-parkegg fil-Birgu jkun miftuh ghal kulhadd, anke ghal vizitaturi, izda wara l-5 ta’ filghaxija, persuni minghajr il-permess awtorizzat jkunu jistghu jipparkjaw ghal saghtejn u nofs, bl-arlogg.
Bil-ghan li s-sistema u r-regolamenti tat-traffiku jigu mharsa u kkontrolata ahjar, il-Kunsill ha hsieb li jsiru tabelli adegwati, kif ukoll saret manutenzjoni fuq dawk esiztenti. Il-Kunsill permezz tal-koperattiva tat-tabelli u sinjali ha hsieb li jizboh mil-gdid s-sinjali tat-traffiku madwar il-Birgu.
Il-lokalita tal-Birgu taghmel parti mil-Kumitat Kongunt tal-Gwardjani Lokali tal-Fgura. Il-Kunsill kien prezenti ghal bosta laqghat ta’ dan il-kumitat, fejn fihom gew diskussi l-problemi fis-servizz prodvdut mil-gwardjani lokali, kif ukoll gew mghodija suggerimenti, kif dan is-servizz jista’ jitjieb. Din is-sena l-kunsill nefaq l-ammont sostanzjali ta’ € 28,020 ghas-servizzi tal-gwardjani lokali izda min ammont provizorju dahhal € 33,845.
Anzjani.
F’din is-sena finanzjarja l-Kunsill organizza diversi attivitajiet ghal anzjani ta’ din il-lokalita, u dawn dejjem kellhom attendenza numeruza.
Fi 8 ta’ Gunju, l-Kunsill Lokali tal-Birgu organizza harga kulturali ghal anzjani ta’ din il-lokalita sal-gzira ta’ Ghawdex. L-anzjani zaru l-Belt Kapitali ta’ din il-gzira, r-Rabat, fejn gew ukoll milqugha mis-Sindku ta’ din il-Belt. Il-grupp mar ukoll sal-vilagg tax-Xaghra, fejn l-anzjani zaru t-tempji megalitici tal-Ggantija, kif ukoll zaru r-rahal tax-Xewkija.
Bhala parti mil-attivitajiet koncernati mac-celebrazzjonijiet ta’ Jum il-Birgu, giet organizzata harga kulturali ghal anzjani gewwa z-Zurrieq, fejn l-anzjani zaru l-mithna tax-Xarolla, kif ukoll siti kulturali ohra gewwa z-Zurrieq. Barra min hekk, gew imqassma ukoll rigali lil dawk l-anzjani Vittoriosani li ma jistghux johorgu mid-dar.
Ghal darb’ohra, l-Kunsill Lokali bl-ghajnuna tas-sezzjoni Caritas fil-Birgu organizza riceviment ghal anzjani tal-lokalita ghal zmien il-Milied. Waqt din l-attivita, kull anjzan nghata rigal ckejken u gie misteiden il-kantant Aldo Busuttil sabiex jaghmel kumpanija lil dawn l-anzjani.
Bhas-snin precedenti gie provdut is-servizz ta’ tilqim kontra l-influwenza ghall-anzjani kollha ta’ din il-lokalita. Dan is-servizz gie provdut ukoll fid-djar ta’ dawk l-anzjani li ma johorgux min djarhom.
Edukazzjoni
Matul din is-sena, l-Kunsill Lokali tal-Birgu, kompla jahdem fil-qasam edukattiv, qasam li minn dejjem kien ghal qalb il-Kunsill. Matul din is-sena gew esplorati oqsma edukattivi b’permezz ta’ diversi attivitajiet li itellghu mil-Kunsill u f’bosta drabi b’hidma diretta ma’ l-iskejjel u entitajiet edukattivi.
Il-Kunsill kompla jahdem id f’id ma’ l-iskejjel kollha li hawn f’din il-lokalita, fejn setgha jifhem ahjar il-problemi li jiltaqghu maghhom il-kapijiet ta’ l-iskejjel, l-ghalliema u l-genituri.
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jemmen li jrid jinvesti iktar fl-edukazzjoni tat-tfal ghax huma l-gejjieni tal-futur. Il-Kunsill tah importanza kbira lil Librerija Regjonali li tinsab fil-Berga ta’ l-Ingilterra, fejn investa bis-shih sabiex din il-librerija tkun wahda mil-ahjar libreriji. Matul din is-sena l-Kunsill irranga zewg swali ta’ din il-librerija, fejn ghamel xoghlijiet ta’ manutenzjoni. Barra min hekk talab lil Bank Lokali HSBC sabiex tinghata donazzjoni ta’ € 2329.37, ekwivalenti ghal elf lira maltija sabiex jigu investiti fil-librerija regjonali taghna, biex isir xkaffar gdid ta’ wahda mil-kmamar, bdil ta’ bibien, kif ukoll madum gdid. Il-Kunsill rega’ talab sabiex fl-imsemmija Librerija tigi ntrodotta s-sistema kompjuterizzata. B’kollox din is-sena l-Kunsill nefaq € 3329.37 fil-librerija Regjonali fejn min dan l-ammont nefaq € 1,318 f’kotba. F’bosta okkazzjonijiet, il-Kunsill tah diversi donazzjonijiet ta’ kotba ghal Jum il-Premjazzjoni lil diversi skejjel ta’ l-istat fejn tfal mil-lokalita tal-Birgu ddistingwew ruhhom fl-ezamijiet kif ukoll, kotba ghal libreriji ta’ l-iskejjel tal-lokal.
Bejn l-21 u l-25 ta’ Mejju, 2007, l-Kullegg tal-Cottonera flimkien mas-science team fi hdan id-divizjoni ta’ l-edukazzjoni bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu organizzaw gimgha mzewqa b’attivitajiet edukattivi, msejha “Science Meets History”. F’din l-attivita studenti tal-Year 6, flimkien ma’ l-istudenti tal-Form 1, ta’ l-iskejjel tal-Cottonera ghamlu diversi esperimenti xjentifiki madwar il-Belt Vittoriosa.
Fil-25 t’April, il-Kunsill bil-kollaborazzjoni tal-Merlin Library pprezenta set ta’ kotba “Il-Ktieb Tezor” lit-tfal kollha ta’ kindergarden ta’ l-Iskola Primarja Santu Rokku.
Il-Kunsill qed jahdem bi shih biex jgholli l-livell edukattiv fil-Birgu u jheggeg lil genituri kollha sabiex jghinu lil uliedhom jiksbu l-edukazzjoni mehtiega.
Zghazagh
F’din il-legislatura gie mwaqqaf is-sotto kumitat taz-zghazagh mmexxi mil-Kunsillier Ivan Peresso u maghmul min tlett membri. L-ghan ta’ dan is-sotto kumitat huwa li jghinu liz-zghazagh fil-problemi kollha li jiltaqghu maghhom fiz-zghozija taghhom.
Ghat-tielet sena konsekuttiva, l-Kunsill rega’ tah l-ghajnuna mehtiega lil ahwa Clive u Roderick Busuttil sabiex titella’ wirja ta’ statwi ‘lifesize’ fil-Gimgha Mqaddsa, fil-post maghruf bhala l-Foss u f’Gallerija Couvre Porte.
Fix-xahar ta’ Lulju, 2007, ezattament bejn is-27 u d-29 ta’ Lulju, 2007, il-Kunsill Lokali tal-Birgu flimkien mal-grupp zghazugh “Square Wheels Entertainment” organizzaw attivita teatrali u kulturali bl-isem ta’ ‘Vittoriosa al’Opera. Il-grupp ta’ zghazagh jhaddan fih madwar 95 zghazugh ta’ bejn 15 u 30 sena organizzaw spettaklu maqsum fuq tlett ijiem fil-posta ta’ Franza, fl-area ta’ Couvre Porte.
Il-Kunsill qed jinkoragixxi lil dan il-grupp zghazugh sabiex ikompli jorganizza dawn l-attivitajiet teatrali, filfatt fi 22 ta’ Mejju, 2008, il-Kunsill flimkien mal-grupp “Square Wheel Entertainment” fi hdan il-Fondazzjoni Anna Lindh ser itella’ attivita fuq it-tema ta’ intercultural dialogue.
Bejn l-20 u t-28 t’April, 2008, bghat grupp ta’ zghazagh sabiex jirraprezentaw lil Belt tal-Birgu f’attivita nazzjonali li saret f’Casorate Sempione fl-Italja, liema belt qed isiru l-preparamenti mehtiega sabiex isir gemellag bejn il-Belt tal-Birgu u Casorate Sempione. Waqt din l-attivita z-zghazagh ser jakkumpanjaw zghazagh u adulti ohrajn fejn ittraduwcu mil-lingwa taljana ghal lingwa Ingliza, kif ukoll kellhom l-opportunita li jqassmu materjal informattiv fuq il-gzejjer Maltin u fuq il-Belt tal-Birgu.
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu qieghed ikompli jinkoragixxi liz-zghazagh kollha sabiex jahdmu ghal benefficju ta’ din il-lokalita.
Wirt Storiku
Il-Birgu huwa wiehed mil-Ibliet f’Malta mizghud b’wirt storiku, fejn kull gebla ghandha l-istorja taghha. Sfortunatament din ir-responsabilta ma’ taqax taht ir-responsabilta tal-Kunsill, izda hija responsabilta tal-Gvern Centrali. Ghalkemm li l-Kunsill m’ghandux fondi bizzejjed biex jiehu hsieb dan il-qasam, xorta wahda ghamel l-ghalmu tieghu sabiex jiehu hsieb li jipprotegi u jippromovi dan il-wirt.
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jahdem sabiex javvanza fit-teknoloija moderna biex jippromovi l-wirt ta’ din il-Belt. L-istess Kunsill, kien ilu jahdem ghal bosta snin mal-kumpanija lokali ‘Cultel’ sabiex jigi mnehdi gwida elettronika MP3 dwar il-Belt tal-Birgu li zgur ser tghin lil dak it-turist li ser jigi fil-belt marittima tal-Birgu u barra min hekk hija ghodda utli ghal dawk l-istudenti li jixtiequ jiskopru l-gheruq ta’ din il-Belt.
Barra min hekk, f’din is-sena l-Kunsill inawgura gwida interrativa fuq cd li ghandha iktar min 75 minuta narrazzjoni b’hames lingwi differenti, li huma l-Malti, l-Ingliz, Taljan, Germaniz, Spanjol flimkien ma’ ghazla ta’ ritratti tal-Belt tal-Birgu.
Minbarra l-Wirt Stroiku ta’ din il-Belt, il-Kunsill hadem ukoll sabiex jippromovi l-wirt kulturali tal-Birgu. Wahda mit-tradizzjonijiet ewlenin kemm f’Malta, kif ukoll fil-Birgu hija l-wirjiet ta’ statweti u ceni matul il-Gimgha Mqaddsa, kien ghalhekk li l-Kunsill haseb sabiex jipproduci mappa informattiva dwar il-wirjiet kollha li jkun hawn fil-Birgu f’dawn iz-zminijiet.
Matul din is-sena l-Kunsill kompla jaggorna l-website tal-lokalita kemm biex jaghti inforamzzjoni rigward attivitajiet organizzati mil-istess Kunsill, kif ukoll sabiex jippromovi l-Birgu
Attivitajiet
Ghalkemm il-finanzi tal-Kunsill kienu limitati, matul din is-sena l-Kunsill organizza diversi attivitajiet kultuali sabiex izomm l-Belt majestuza tal-Birgu hajja.
Ghal dawn l-ahhar snin Citta Vittoriosa tikkomemora Jum il-Birgu fi 7 ta’ Settembru. L-aktar attivitajiet prominenti kienu dawk organizzati ghal Jum il-Birgu li gew mtella’ bejn il-Hadd 2 u l-Gimgha 7 ta’ Settembru 2007. Il-Kunsill biex jiccelebra dan il-Jum prestigjuz organizza gimgha mzewqa b’attivitajiet li jolqtu l-gosti ta’ kulhadd.
Il-Hadd 2 ta’ Settembru, 2007, giet kkoncelebrata quddiesa ta’ Radd il-Hajr, fil-Knisja Konventwali ta’ San Lawrenz, fejn hadu sehem l-Arcipriet u l-Kaptilu tal-Knisja tal-Kollegjata ta’ San Lawrenza, flimkien mal-Pirjol u l-patrijiet tal-komunita Dumnikana tal-Birgu.
Bhala parti mic-celebrazzjonijiet ta’ Jum il-Birgu, tah donazjzoni ta’ kotba lil Librerija Regjonali. Ghal din l-okkazzjoni l-Kunsill stieden lit-tfal li regolarment jzuru din il-librerija u wara l-presentazzjoni, l-Kunsill ghamel festin ckejken ghal dawn it-tfal kif ukoll nghataw ktieb fuq is-sinjali indikattiv li hawn fil-Birgu nkonessjoni mal-progett “Signs in the City”. It-Tlieta 4 ta’ Settembru, l-Kunsill Lokali tal-Birgu bil-kollaborazzjoni tal-Malta Chess Federation organizza, simultaneous chess exhibition f’Gallerija Couvre Porte. Matul din il-gimgha giet organizzata ukoll harga ghal anzjani kollha tal-Birgu fejn zaru l-lokalita taz-Zurrieq. Izda bhal kull sena l-attivitajiet lahqu l-qofol taghhom l-Gimgha 7 ta’ Settembru, f’Jum il-Birgu. Ghas-sena 2007, ir-rebbieh tal-Premju “Gieh Jum il-Birgu 2007” kien l-istoriku s-sur Lorenzo Zahra.
Fil-21 ta’ Settembru, 2007 il-Kunsill Lokali tal-Birgu laqa’ ghat-tieni darba lil Malta Photographic Society fil-Birgu ghal attivita fotografika annwali ta’ din is-socjeta. F’din l-attivita hadu sehem madwar 95 fotografu ta’ din is-socjeta fejn kellhom l-opportunita jiehdu ritratti ta’ re-renactors u mudelli, f’diversi postijiet storici li jinsabu f’Malta.
Attivita kulturali ohra, kienet il-festival tal-literattura Maltija u Meditteranja li giet organizzata mil-Inizjamed bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, f’Couvre Porte bejn id-29 u t-30 ta’ Settembru, bil-partecipazzjoni ta’ kittieba min Malta, Algerija, Spanja, Ingilterra, Italja, Turkija u Palestina.
Fit-12 ta’ Ottubru, 2007, giet organizzata attivita mil-Awtorita Maltija ghat-Turizmu, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, “Birgu By Candlelight”, fejn ghal darb’ohra ntefgha d-dawl tal-parti l-antika tal-Birgu u t-toroq kollha gew mixghula b’xemghat. It-tema ta’ din is-sena kienet it-Tieni Gwerra Dinija fil-Birgu.
Attivita fuq skala nazzjonali ohra, giet organizzata fi 22 ta’ Dicembru, 2007, mil-Awtorita Maltija ghat-Turizmu bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, l-attivita Carols by Christmas Lights. Ghal darb’ohra ghal din l-attivita ntefgha d-dawl tal-parti antika tal-Birgu u t-toroq kollha gew mixghula kemm b’xemghat kif ukoll b’dawl dekorattiv tal-Milied. Barra min hekk ghal din l-attivita kien hemm diversi kuncerti ta’ korijiet fi tlett knejjes tal-Birgu, kif ukoll kuncert f’Misrah ir-Rebha u kull min gie ghal din l-attivita kellhu l-opportunita li jduq l-ikel tipiku malti ta’ zmien il-Milied.
Fi 22 ta’ Ottubru, L-Kunsill Lokali tal-Birgu b’kollaborazzjoni ma’ l-Old Motors Club organizzaw wirja ta’ karozzi klassici u antiki f’Misrah ir-Rebha, liema karozzi hadu sehem fil-‘Grand Prix De Malte Vintage Cars’ li sar ftit tal-jiem wara f’Malta.
Din is-sena l-Belt tal-Birgu, kienet maghzula sabiex fiha jigi ccelebrat l-Jum Dinji ta’ l-Ikel bit-tema “Id-dritt ghal ikel”. Din l-attivita li giet organizzata mil-Ministeru ghal Ambjent u l-Affarijiet rurali bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu saret l-Hadd 28 ta’ Ottubru. Ghal din l-attivita giet organizzata esebizzjoni ta’ frott, hxejjex u hut f’Misrah ir-Rebha, kif ukoll, kuncert mil-banda ta’ l-armata u diversi attivitajiet ohra.
Barra min hekk, din is-sena gie maghzul il-Birgu ukoll, sabiex fl-1 ta’ Novembru, 2007, isir il-ftuh ufficjali tal-festival internazzjonali tal-korijiet.
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu bil-kollaborazzjoni ta’ l-Ghaqda Muzikali San Lawrenz organizza kompetizzjoni ta’ l-snooker fil-kazin ta’ din l-ghaqda.
B’kollaborazzjoni ma’ FrannyJo Publications, itella’ Festival Letterarju biex jigi mfakkar l-Jum Internazzjonali tal-Lingwa Nazzjonali. F’dan il-Fesitval, studenti bejn is-6 u s-16-il sena qraw poeziji min uhud mil-poeti kbar Maltin tal-passat. Barra min hekk giet mtella’ wkoll Lejla Letterarja fil-Birgu, mil-ghaqda Letterarja Maltija u bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu.
L-infiq totali ghal attivitajiet li ttelghu mil-Kunsill kienu ta’ € 6480.
Progetti fi hdan l-Unjoni Ewropea.
A. AVEC u Qualicities
Fis-sena 2004, il-Kunsill Lokali tal-Birgu ssieheb fl-assocjazzjoni internazzjonali AVEC, “Alliance Des Villes Europeannes Culturale”, li tfisser Alleanza ta’ Bliet Ewropej Kulturali. Din l-assocjazzjoni thaddan fiha erbghin bliet u rhula min 12-il pajjiz differenti mil-Ewropea kollha. L-assocjazzjoni AVEC fuq livell komunitarju toffri fragment privilegat fuq aspeti umani, teknikali u ko-operazzjoni ma’ komunitajiet sabiex jaqsmu ideat u objettivi komuni ghall-izvillup sostenibli ibazzat fuq il-valorizazzjoni tal-kultura u l-ambjent storiku.
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu huwa membru attiv ta’ din l-assocjazzjoni, filfatt, fil-konferenza generali li saret f’ Tours fi Franza, bejn il-15 u t-18 ta’ Marzu, 2007, is-Sindku, s-sur John Boxall, wara li rega’ gie nnominat mil-President, b’vot unanimu, ghat-tieni sena konsekuttiva rega’ gie elett bhala Vici President ta’ din l-Assocjazzjoni fil-bord ezekuttiv ta’ l-istess assocjazzjoni.
Barra min hekk, din is-sena ghal ewwel darba, l-Assocjazzjoni AVEC organizzat f’Malta, precizament fil-Birgu, il-Kunsill aministrattiv taghha. Il-Kunsill Lokali tal-Birgu, id f’id ma’ l-Awtorita Maltija ghat-Turizmu u VisitMalta, laqgha fil-Belt glorjuza tieghu lil membri tal-Kunsill Amministrattiv ta’ l-Assocjazzjoni AVEC bejn it-12 u t-13 t’Ottubru, 2007, f’Gallerija Couvre Porte, fil-Bini Aministrattiv ta’ l-istess Kunsill. Id-delegati barra li raw u daqu x’joffru l-gzejjer maltin u l-Belt tal- Birgu kellhom l-opportunita li jkunu prezenti ukoll waqt l-attivita fuq skala nazzjonali tal-‘Birgu By Candlelight’, fejn raw il-potenzjal tal-Kunsill flimkien mar-residenti sabiex tigi organizzata attivita fuq din l-iskala.
L-Assocajzzjoni AVEC tghin hafna lil Kunsill Lokali tal-Birgu fi hdan l-Unjoni Ewropea, infatti min din l-assocjazzjoni fl-2005, il-Kunsill gie mistieden sabiex jippartecipa bhala osservatur fi progett, taht il-kappa tal-progetti Interreg IIIC, il-progett ‘Qualicities’. F’dan il-progett il-Kunsill bl-ghajnuna ta’ l-Ibliet u l-esperjenzi tal-pajjizi membri hadem sabiex jircievi l-unur ta’ Qualicities, Belt ta’ Kwalita.
Filfatt, il-Kunsill fi hdan dan il-progett waqqaf sotto-kumitat, maghmul min membri differenti tal-komunita li jinkludu, l-E.T. Fra John Edward Critien, Kavallier residenti, s-sur Lino Bugeja, storiku, s-sinjura Victoria Butters, ghalliema, s-sur Mario Farrugia, Chairman Fondazzjoni Wirt Artna, s-sur Jesmond Xuereb, CEO Fondazzjoni Temi Zammit, s-Sindku u s-Segretarja Ezekuttiva. Dan il-progett huwa mfassal biex jghin lic-cittadini jipproteggu l-Wirt Storiku li jsibu fil-lokal taghhom.
Il-Gimgha 19 ta’ Novembru, 2007, fil-Belt ta’ Pecs, fl-Ungerija, il-Belt tal-Birgu giet iccertifikata u mghotija l-unur ta’ Belt ta’ Kwalita, “QUALICITIES”, wara l-partecipazzjoni tieghu fl-imsemmi progett, liema progett huwa parti ffinanzjat mil-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill Lokali tal-Birgu, bil-limitazzjonijiet kollha tieghu rrnexxilu jikseb dan it-titlu prestigjuz. Ta’ min isemmi ukoll, li f’dan il-progett il-Kunsill Lokali tal-Birgu kien biss osservatur, izda min 16-il pajjiz participanti f’dan il-progett, 5 ibliet biss irnexxilhom jiksbu dan l-unur li kienu, l-Belt ta’ Anderlecht fil-Belgjum, il-Belt ta’ Evora fil-Portugal, l-ibliet ta’ Arles u Vienne fi Franza u l-Belt tal-Birgu f’Malta.
Dan l-unur gie mghoti wara li l-Kunsill ipprezenta rapport tax-xoghol li kien sar fil-lokalita f’dawn l-ahhar snin, izda barra min hekk gie mibghut awditur barrani mil-Unjoni Ewropea sabiex jezamina x-xoghol li ghamil il-Kunsill sabiex itejjeb il-kwalita ta’ hajja fil-lokalita, kif ukoll isahhah it-turizmu fil-lokalita.
Dan l-unur ifisser hafna ghal Kunsill Lokali tal-Birgu, kif ukoll ghalikom ir-residenti li bl-ghajnuna taghkom, il-Kunsill rebah dan il-premju, deskrit mil-Kunsill bhala l-konsegwenza tax-xoghol kolletiv li sar f’dawn l-ahhar snin.
Bi shubija fl-Assocjazzjoni AVEC, il-Kunsill Lokali tal-Birgu ghamel diversi kuntatii ohra, u barra l-istedina sabiex jkun parti mil-progett ‘Qualicities, ircieva bosta stedini sabiex jippartecipa fi progetti ohra, fi hdan din l-assocjazzjoni. Fosthom insemmu l-istedina mil-Belt ta’ Evora fil-Portugal sabiex il-Kunsill Lokali tal-Birgu jkun shab fil-progett Cultura 2007, progett iehor iffinanzjat mil-Unjoni Ewropea.
Barra min hekk, l-istess Kunsill gie mistieden mil-Kunsill tal-Belt ta’ Anderlecht fil-Belgjum sabiex ikun shab fil-kontinwazzjoni tal-progett ‘Qualicities’, il-progett ‘Qualicities4all’. Dan il-progett, iffinanzjat mil-Unjoni Ewropea huwa progett taht is-sejha ta’ l-Urbact.
Matul din is-sena l-Assocjazzjoni AVEC stiednet lil Kunsill Lokali tal-Birgu sabiex jippartecipa f’konferenza dwar “Waste management control” u l-Kunsill hawnhekk, unanimament iddecieda sabiex jibghat lis-sur Christopher Camilleri, iben din il-belt, studjuz f’dan il-qasam, sabiex ikun hu r-rapprezentant ta’ Citta Vittoriosa.
Barra min hekk, il-Kunsill Lokali tal-Birgu ghal darb’ohra gie mistieden min din l-assocjazzjoni sabiex jippartecipa fil-konferenza “Learn History to understand and live today’ cultural diversity”. B’vot unanimu l-Kunsill iddecieda sabiex f’din il-konferenza jigi rrapprezentat mil-Eccelenza tieghu Fra John Critien, Kavallier residenti fil-Forti Sant’Anglu u membru ukoll fil-kumitat lokali Qualicities.
B. Il-Progett MedCOAST.NET
Fil-qasam ta’ progetti ffinanzjati mil-Unjoni Ewropea, l-Kunsill Lokali tal-Birgu qed jahdem id f’id mal-Fondazzjoni Temi Zammit, agenzija li tahdem u tiffoka sabiex igib fondi mil-Unjoni Ewropea. Filfatt f’Mejju ta’ l-2007 il-Kunsill gie nfurmat bl-approvazzjoni tal-progett “MedCOAST.net” – Mediterranean Co-operation for on-shore accessibility and sustainability themes: Network for managing urban coastal areas”. Il-finanzjament ghal dan il-progett, allokat ghal Kunsill Lokali tal-Birgu, huwa ta’ € 52, 000. Fil-progett MedCOAST.net, il-Kunsill Lokali tal-Birgu huwa wiehed mis-7 membri imsiehba fejn issib tlett ibliet min tlett pajjizi differenti, bil-belt ta’ Agria fil-Grecja, il-leader ta’ dan il-progett.
F’dan il-progett il-Kunsill ried jahdem fuq progett madwar il-kosta tal-Birgu, kien ghalhekk li unanimament gie deciz sabiex isir tisbih taz-zona maghrufa bhala il-Mandragg. Barra min hekk fuq dan il-progett qed isiru fuq il-kuncett ta’ l-EMAS. Kif wiehed jista’ jinnota dan il-progett ta’ tisbih inbeda, fejn qed isir xoghol ta’ tikhil, stallazzjoni ta’ fanali u dawl, zebgha tar-railing tal-hadid, kif ukoll bdil ta’ kolonni mil-gdid bil-gebla ta’ franka.
Dan il-progett jirrikjedi hafna xoghol u preparamenti, filfatt bejn it-8 u l-11 ta’ Mejju, l-Kunsill ser jilqa’ lid-delegazzjoni ta’ dan il-progett, ghal konferenza li ser issir fil-bini Amministratti tal-Kunsill Lokali Birgu, ezattament f’ Couvre Porte. Dan il-progett jasal fi tmiemu f’Lulju ta’ l-2008, fejn il-pajjizi membri ser jiltaqghu ghal l-ahhar darba f’Agria, l-Grecja.
Bil-kuntatti maghmula mil-progett MedCOAST.net, il-Kunsill Lokali tal-Birgu gie mistieden sabiex jissieheb mal-bliet ta’ Amaroussion fil-Grecja, Pafos f’Cipru, Ravena fl-Italja u Murcia fi Spanja, fl-applikazzjoni ghal progett fi hdan l-Unjoni Ewropea that is-sejha tal-progetti Urbact.
C. Progett “Signs in the City”
Il-progett ‘Signs in the City’, progett iffinanzjat mil-programm LINGUA fi hdan id-direttorat generali ta’ l-edukazzjoni u l-kultura tal-kummissjoni Ewropea, jirrigwardja s-sinjali ndikattivi u l-lingwa.
F’dan il-progett, il-Kunsill Lokali tal-Birgu hadem mal-Kunsilli ta’ Dobrich fil-Bulgarija, Nafplio fil-Grecja, Gdansk gewwa l-Polonja, u Alcala de Henares fi Spanja sabiex jipproduci materjal biex kull belt tippromovi l-lingwa tal-pajjiz rispettiv, kif ukoll il-lokalita. Filfatt ghal dan il-progett kull Kunsill kellhu jipprepara:
· ‘Signs in the City’ phrasebook
· Sit elettroniku ta’ ‘Signs in the City’
· Kif ukoll cd-rom interattiva
Bhalissa l-istess Kunsill ghadu kemm gie mistieden sabiex jissieheb fit-tieni parti ta’ dan il-progett, liema invit il-Kunsill laqgha u approva unanimament.
D. Anna Lindh Foundation
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jahdem ghal beneficcju ghaz-zghazagh tal-Birgu, filfatt flimkien mal-Fondazzjoni Temi Zammit, hadem sabiex japplika ghal progett fuq skala zghira fi hdan l-Fondazzjoni Anna Lindh.
Ghaldaqstant fi 22 ta’ Mejju, 2008, ser titella’ attivita fl-area ta’ Couvre Porte bil-kollaborazzjoni tal-grupp ‘Square Wheels Entertainment’ fuq it-tema ta’ Intercultural Dialogue. Din l-attivita ckejkna barra li ser issahhah il-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu fi progetti ffinanzjati mil-Unjoni Ewropea ser tghin lil din l-ghaqda zghazugha ghal promozzjoni tal-grupp u tat-talent taghhom.
E. Gemellagi
I-Kunsill Lokali tal-Birgu bl-ghajnuna ta’ l-iskola edukattiva Future Focus, bdiet il-preparamenti mehtiega sabiex isir gemellag mar-rahal ta’ Casorate Sempione, rahal vicin Milan fl-Italja.
Filfatt bejn l-20 u t-28 t’April, il-Kunsill Lokali tal-Birgu bghat grupp ta’ zghazagh gewwa Casorate Sempione sabiex jirraprezentaw lil Belt tal-Birgu f’attivita nazzjonali li titella’ f’dan ir-rahal.
L-iskop ta’ dan il-gemellag huwa primarjament li zewg ibliet b’kulturi kompletament differenti jithalltu u jaqsmu l-esperjenzi vasti taghhom.
L-opportunitajiet li toffri l-Unjoni Ewropea huma vasti hafna, izda l-Kunsill Lokali tal-Birgu bl-ghajnuna partikolari tal-Fondazzjoni Temi Zammit qed jahdem u jistinka kemm jiflah sabiex bil-limitazzjonijiet kollha tieghu jerbah jew jippartecipa fi progetti ffinanzjati mil-Unjoni Ewropea, specjalment f’dawk il-progetti li jistghu jkunu ta’ benefficju ghaz-zghazagh tal-Birgu.
Filfatt bl-ghajnuna tal-Fondazzjoni Temi Zammit, il-Kunsill tefa’ applikazzjoni ghal fondi strutturali fejn il-Kunsill applika ghal progett ta’ pavimentar ta’ l-area kollha tal-Collachio, liema xoghol min studji preliminari huwa estimat li jaqbez l-€ 1,800,000.
Finanzi
Iktar tard, ser jinqara r-Rapport Finanzjarju tas-sena li ghaddiet.
Konkluzzjoni
Minn dan ir-rapport stajna naraw fil-qosor il-hidma bla waqfien mill-Kunsill Lokali tal-Birgu, fejn tghajna harsa lejn l-impenn li l-kunsilliera wrew matul il-perjodu li ghadda, that id-direzzjoni tas-sindku, s-sur John Boxall.
F’dan ir-rapport, tghajna harsa lejn uhud mix-xoghlijiet li saru matul din is-sena, u deher car li l-Kunsill kien impenjat hafna, b’mod partikolari fix-xoghlijiet tat-toroq, bankini, attivitajiet socjali u kulturali, zamma tal-Indafa Pubblika, kif ukoll restawr tal-Wirt Storiku ta’ pajjizna u l-edukazzjoni tac-cittadini tal-lokalita’.
Ghaz-zmien li gej din il-hidma mhux biss trid titkompla, izda trid tizdied b’mod aktar effettiv. Ghaldaqstant il-Kunsilliera flimkien ma’ l-istaff amministrattiv, ser jinpenjaw ruhhom aktar minn qatt qabel ghall-beneficju tal-lokalita u tar-residenti li jaghmlu parti minn din il-lokalita’.
Il-Kunsill jemmen li baqa hafna iktar x’jsir, izda jemmen li biex dan jitwettaq irid ikun hemm iktar koperazzjoni mill-pubbliku. Ghaldaqstant, nappellaw sabiex r-residenti tal-Birgu jikkoperaw iktar mal-Kunsill biex b’hekk l-Kunsill jkun jista’ jilhaq l-ghan tieghu, li jaghmel il-lokalita’ tal-Birgu mhux ahjar izda l-ahjar.
Nghalaq billi nirringrazzja lis-Sindku, lil Vici Sindku u lill-Kunsilliera kollha ghall-isforz, s-sagrifficju u l-impenn fil-hidma taghhom, l-istaff kollhu, kif ukoll dawk ic-cittadini kollha li b’xi mod jew iehor taw l-ghajnuna taghhom lill-Kunsill b’mod volontarju matul din is-sena.





