.
 


Main Menu

Audio Guide

Cultel
Click here to buy an Interactive CD on the city of Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on MaltaClick here for information on the Mp3 Audio guide

no flash

 

 

 

Process ta' konsultazzjoni ghal riforma fl-operat tal-Kunsilli Lokali


Is-Segretarju Parlamentari ghall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Dr. Chris Said nieda website u freephone illi permezz taghhom il-pubbliku jkun jista' jghaddi s-suggerimenti tieghu bhala parti mill-process ta' konsultazzjoni ghar-riforma tal-Kunsilli Lokali.

Is-Segretarju Parlamentari fissser li l-iskop ta’ dan il-process huwa li wara esperjenza ta’  hmistax-il sena ta’ Kunsilli Lokali f’ pajjiżna, nibnu fuq it-tajjeb li sar u nibdlu fejn hemm bżonn biex jigi msahhah l-operat tal-Kunsilli Lokali bl-iskop li  jkunu aktar effettivi u jilhqu ahjar l-aspirazzjonijiet tar-residenti fit-tmienja u sittin lokalita’ mxerrda ma’ Malta u Ghawdex.  Dan il-process tnieda mill-Prim Ministru fit-23 ta' Mejju u ser ikompli ghaddej ghal sitt xhur sa’ l-ahhar ta' Novembru.I

s-Segretarju Parlamentari spjega l-importanza li fil-process tar-riforma tal-Kunsilli Lokali jippartecipa wkoll il-pubbliku in generali ghaliex fl-ahhar mill-ahhar il-Kunsilli Lokali qeghdin hemm biex iservu lir-residenti ta' kull lokalita` u biex jizguraw kwalita' ta' hajja ahjar f' kull lokalita`.  Ghalhekk barra l-laqghat li ser isiru ghall-pubbliku in generali giet imnedija website bl-indirizz www.kunsillilokali2015.gov.mt

Il-website li giet imnedija tinkorpora fiha blogs, stharrig u diversi links.  Taghti wkoll dettalji dwar il-process ta' konsultazzjoni li ghaddej.   Is-sit huwa W3C compliant, jigifieri huwa accessibbli minn persuni b’abiltajiet viżivi differenti u jista’ jinqara minn computers ghal dawk neqsin mid-dawl.Fl-istess okkazzjoni thabbar ukoll l-indirizz tal-posta elettronika li jista' jintuza biex wiehed jibghat is-suggerimenti tieghu.

Dan huwa kunsillilokali2015@gov.mt

Ma’ dan gie mniedi wkoll freephone bin-numru 8007 2340 fejn wiehed jista' jcempel waqt il-hin normali ta’ l-ufficcju u jhalli s-suggerimenti tieghu.  Oltre dan kull min jixtieq jista' jibghat ukoll is-suggerimenti tieghu bil-mitkub fl-indirizz  RIFORMA KUNSILL LOKALI, Auberge de Castille, Valletta, VLT 2000.

Is-Segretarju Parlamentari qal li giet imwaqqfa Unit apposta fl-Ufficcju tal-Prim Ministru li qed tircievi s-suggerimenti kollha u thejji rapport li abbazi tieghu l-Gvern irid jimplimenta t-tibdil li hemm bzonn fil-ligi li waqqfet il-Kunsilli Lokali, r-regolamenti u policies li jirrigwardaw il-hidma ta’ l-istess Kunsilli Lokali.

Dr Said heggeg lill-pubbliku in generali sabiex jaghmel uzu minn din l-ghodda li qed tigi provduta u jaghti s-sehem tieghu biex nizguraw li jkollna Kunsilli Lokali aktar effettivi.

 

 

 

 

gov.mt Official Website

AVEC

Qualicities

Members of the ARCHIMED program

Cultel

Fondazzjoni Wirt Artna

heritage malta birgu

Kazin Ghaqda Filarmonika Birgu

Dominicans Convent Website

San Lawrenz

San Lawrenz

Vittoriosa Historical and Cultural Society

Rotary Club La Vallette

Vittoriosa Lightenings FC

Vittoriosa Stars FC

Walled Towns Friendship Circle

Malta and Gozo Restaurant Guide

 
 
Website Design & Development by jcmwebs