9 ta’ Mejju, 2008
Minuti tal-Laqgha Numru 16(05)
Il-Kunsill Lokali tal-Birgu iltaqa’ għal-laqgħa numru 16(05) fl-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill F’Couvre Porte nhar l-Erbgha 30 ta’ April, 2008 fit- 5:00 ta’ filgħaxija.
Prezenti
Is-Sur John Boxall – Sindku, Is-Sur Christopher Cassar - Vici Sindku, Is-Sur Ivan Peresso – Kunsillier u s-Sinjura Judith Saliba - Kunsilliera
Is-Sinjura Miriam Grech, kienet skuzata minhabba impenn fuq bazi personali.
Ippresieda is-sur John Boxall.
TalbaIs-Sur John Boxall - Sindku, qal it-talba u tah bidu għal din il-laqgħa.
Is-Sindku qal li din hija l-laqgha 15(05) minhabba li l-laqgha 14(05) saret b’urgenza.
- Qari u Approvazzjoni tal-Minuti
Il-minuti tal-laqgha 15(05) ittiehdu bhala moqrija.
1.1 Dwar item 1.1(15/05), is-Sindku qal li l-kunsill ircieva t-tieni pagament mil-Fondazzjoni Wirt Artna ghax-xahar ta’ April 2008 ghall-uzu tax-xelters u taz-zewgt ikmamar li jaghmlu parti mill-imsemmija xelters.
1.2 Item 1.4(15/05) Is-Sur John Boxall, Sindku nforma lill-Kunsilliera prezenti li dwar l-applikazjoni ghall-fondi strutturali taht is-sejha ERDF, il-kunsill ircieva korrispondenza mill-ufficju tal-Prim Ministru, mid-Dipartiment tal-Planning & Priorities Co-ordination (PPCD), fejn gie nfurmat li l-progett ghat-tisbih ta’ l-area tal-Collachio ma giex accettat minhabba li l-kunsill m’ghandux ko-finanzjament bizzejjed ghal dan il-progett.Ghaldaqstant, is-Sur John Boxall, Sindku, nforma lill-kunsilliera prezenti, li d-Dipartiment tax-xogholijiet Pubblici kien applika huwa wkoll ghall-progett tal-pavimentar ta’ l-area tal-Collachio taht is-sejha tal-Fondi Strutturali u qed isiru diversi laqghat dwar dan il-progett.
1.3 Item 1.7 (15/05), is-Sur John Boxall, Sindku talab lis-sinjura Judith Saliba kunsilliera, sabiex tagti rendikont ta’ l-iskambju Kulturali li sar gewwa Casorate Sempione bejn l-20 u t-28 ta’ April, 2008. Is-sinjura Judith Saliba tat rendikont ta’ din l-attivita’ u ziedet tghid ukoll li kien hemm diversi kummenti pozittivi kemm mill-participanti kif ukoll minghand ir-residenti ta’ Casorate Sempione.
1.4 Item 1.10 (15/05), is-Sur John Boxall, Sindku qal li l-attivita’ “Il-Ktieb Tezor” kienet ta’ success. Is-Sindku zied jghid li ghal din l-attivita’, t-tfal kollha tal-klassjiet tal-Kinder ta’ l-Iskola Primarja Santu Rokku kienu prezenti flimkien mal-genituri taghhom. Is-Sindku ssugerixxa sabiex din l-attivita’, l-Kunsill jerga’ jorganizzaha s-sena d-diehla. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
1.5 Item 1.11(15/05), is-Sindku qal li l-kumpanija li ntazlet biex taghmel id-dokumentarju fuq il-Birgu, l-Kunsill gie nfurmat li dan ix-xoghol qieghed fi stadju avvanzat u ser ikun lest ghall-konferenza tal-Progett MedCOAST.Net
1.6 Item 1.15 (15/05), is-Sindku qal li l-Kunsill tah spjegazzjoni lir-raprezentanti tal-Kunsill ta’ Moelfre ghala l-Kunsill ghadu ma onorax l-istedina sabiex izur il-Belt ta’ Moelfre f’Wales.
1.7 Dwar item 1.16 (15/05). Is-Sindku nforma lill-Kunsilliera li x-xoghol ta’ manutenzjoni f’Gallerija Couvre Porte, kien kwazi tlesta. Is-Sindku qal li barra d-donazzjoni li l-kunsill kien ircieva minghand il-Grand Harbour Marina, l-kunsill talab ukoll ghajnuna finanzjarja lill-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu sabiex jigu koperti aktar spejjez relatati ma’ dan il-progett.
1.8 Dwar item 1.18 (15/05), iS-Sindku nforma lill-kunsilliera prezenti li l-progett Youth in Action, flimkien mal-Belt ta’ San Pietro in Guarana fl-Italja ma giex accettat minhabba xi kriterji li ma gewx milhuqa mill-istess Kunsill.
1.9 Item 1.20 (15.05). Dwar l-applikazzjoni tal-progett fi hdan il-fondazzjoni Anna Lindh, s- Sindku nforma lill-kunsilliera, li l-applikazzjoni giet accettata u barra minn hekk din il-Fondazzjoni kienet diga baghtet il-flus approvati ghal dan il-progett. (Euro 2490). Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-kunsillier Ivan Peresso jiehu hsieb hu l-preparamenti ghal din l-attivita’ flimkien ma’ l-ghaqda teatrali “Square Wheels Entertainment” u dwar dan kien hemm qbil unanimu. Hawnhekk, is-Sindku pprezenta kopja ta’ l-ittra u l-invit li l-kunsill kien ircieva minghand il-Kunsill Lokali ta’ l-Isla, liema kunsill ser itella’ attivita’ fi hdan l-istess Fondazzjoni.
1.10 Dwar item 1.23 (15/05), is-Sindku qal li nhar il-Gimgha 2 ta’ Mejju, 2008 ser issir laqgha ma’ rraprezentanti tal-Bank of Valletta fejn ser tigi diskussa “stand alone” ATM gewwa l-Birgu fuq talba li kienet saret mill-istess Kunsill.
1.11 Item 2.7 (15/05). Is-Sindku pprezenta kopja ta’ l-ittra mibghuta lil Dr. Natalino Attard, Direttur tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali. Kif ukoll lis-Sur Michael Cohen, President ta’ l-AKL fejn talab parir kif ghandu jagixxi. Barra minn hekk is-Sindku pprezenta ittra mibghuta lil Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi dwar din il-problema kif ukoll il-biza li s-Sindku ser ikun ta’ piz finanzjarju ghall-kunsill. Hawnhekk, il-Vici Sindku, s-Sur Christopher Cassar ipropona sabiex fil-granet li ghalihom is-Sindku talab biex jiehu leave specjali, jigifieri bejn it-8 u d-9 ta’ Mejju, minhabba l-konferenza MedCOAST.Net, kif ukoll bejn l-14 u s-16 ta’ Mejju sabiex jattendi l-konferenza AVEC li ser issir f’Mertola fil-Portugal u bejn t-19 u l-21 ta’ Mejju sabiex jattendi l-konferenza tal-Progett Prisma, gewwa Palermo, is-Sindku jiehu leave minghajr hlas u jithallas mill-kunsill. Il-Kunsilliera Judith Saliba ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
1.12 Dwar item 2.9 (15/05), is-Sindku qal li hu flimkien mas-Segretarja Ezekuttiva kellhom laqgha mal-Konslu ta’ Turin ghal Malta Dr Giuseppe Bilotta fejn insista sabiex il-Kunsill Lokali tal-Birgu jaghmel gemellag mal-Belt ta’ Bosco Marengo, provincja ta’ Torin fl-Italja. Wara d-diskussjoni b’vot unanimu minn dawk prezenti, kien hemm qbil sabiex l-imsemmi gemellagg isir bi provizzjoni li jinstabu finanzjament ghalih.
1.13 Item 2.11 (15/05), is-Sindku prezenta lill-kunsilliera diversi korrispondenza li l-kunsill baghat lill-Perit Duncan Mifsud rigward il-progett tal-gnien tal-Hawli. Is-Sindku zied jghid li l-Perit Mifsud issa qabbad lill-Perit Mark John Scicluna mill-ufficju tieghu sabiex ikun il-perit responsabbli mix-xogholijiet tal-progett tal-Gnien tal-Hawli.
1.14 Item 3 (15/05), is-Sindku qal li nhar it-Tlieta 6 ta’ Mejju, 2008 ser jinbeda l-gbir ta’ skart separat fil-lokalita’ tal-Birgu. Dan ser ikun kull nhar ta’ Tlieta fi sitta ta’ filghaxija. Dwar dan is-sugget is-Sindku qal li mil-Ufficini tal-Kunsill qeghdin jitqassmu il-boroz il-grizi.
1.15 Dwar item 7 (15/05), is-Sindku pprezenta ittra minghand is-Sur Dimitri Petchenkine, Direttur tal-kumpanija Central Power Installations fejn nghatat dikjarazzjoni li l-fanal kkwotat huwa l-istess bhal dawk li diga hawn fil-lokalita’. Hawnhekk is-Sur John Boxall, Sindku ssugerixxa sabiex il-kunsill japrova u jaccetta din l-offerta. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
1.16 Item 9 (15/05), is-Sur Christopher Cassar, Vici Sindku, ssugerixxa sabiex ghall-harga ta’ l-anzjani, l-Kunsill jorganizza harga ghall-muzew tal-Kriminalita’ li tinsab fil-kwartieri generali tal-Pulizija fil-Floriana minghajr ebda hlas. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. 2.
Korrispondenza.
2.1 Is-Sindku nforma lill-Kunsilliera, li l-kunsill kien ircieva donazzjoni minghand Breakthrough Films and TV ta’ Euro 116.50 (Lm50) bhala ringrazzjament ghall-permess li nghataw sabiex isir dokumentarju fuq ix-xelters tat-Tieni Gwerra Dinija li jinsabu f’Couvre Porte. Hawnhekk, is-Sindku ppropona li di id-donazzjoni tintuza ghall-harga ta’ l-anzjani. Is-Sur Ivan Peresso, kunsillier, issekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.2 Is-Sindku pprezenta kwotazzjoni minghand il-kumpanija Mifsud Garage Ltd ghall-bandiera ta’ l-Unjoni Ewropa bil-qies 18” bi 12” ghall-prezz ta’ Euro 413. Wara diskussjoni, is-Sindku ssugerixxa li l-kunsill ghandu jaccetta din il-kwotazzjoni u din il-bandiera ssir kemm jista’ jkun malajr sabiex tkun tista’ tintuza ghal konferenza tal-MedCOAST.net li ser issir fil-Birgu. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.3 Ittra minghand il-Kumitat Festi Esterni San Lawrenz, fejn il-Kunsill gie nfurmat li l-Kumitat laqa’ u aprova t-talba tieghu sabiex jarma tmien arbli mas-sur fiz-zona tal-Mandragg. Barra minnhekk is-Sindku zied jghid li fl-ittra tieghu, s-Segretarju tal-Kumitat Fr. John Avellino, fejn talab li ssir laqgha wara li l-kunsill issospenda l-access ghall-bjut tal-kunsill. Hawnhekk is-Sindku zied jghid li l-permess qatt ma ghandu jsir pusess u l-permess sabiex l-imsemmija ghaqda tuza’ l-bjut tal-Kunsill qatt ma gie ssospendut. Jidher car li kien hemm min tah revizjoni differenti min dik li nghatat mil-Kunsill.
2.4 Is-Sindku pprezenta l-ittra mibghuta lis-Sur Mario Attard, Direttur fi hdan l-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu fejn, il-kunsill talab l-ghajnuna finanzjarja lil din l-Awtorita’ sabiex isir “Information Point” f’Gallerija Couvre Porte. Is-Sur John Boxall , Sindku qal li x’aktarx din l-Awtorita’ ser tilqa’ t-talba tal-kunsill u ser jinghata Euro 8,000. Ghaldaqstant, is-Sur Boxall, Sindku ssugerixxa li jekk l-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu ser tilqa’ t-talba tal-Kunsill, il-Kunsill fost l-affarijiet li qeghdin issiru f’dan il-post jordna 72 siggu sabiex dawn ikun jistghu jintuzaw ghal dan l-iskop. Hawnhekk is-Sindku pprezenta kwotazzjoni minghand il-kumpanija Complete Supplies ghal Euro 22.65 is-siggu, u minghand il-kumpanija Alfo Co Ltd ghall-prezz ta’ Euro 28.13. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-kunsill japrova l-irhas offerta, dik minghand il-Complete Supplies. Il-Kunsilliera Judith Saliba ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu
2.5 Ittra minghand is-sur Davide Cachia, Direttur ta’ l-istabbiliment kummercjali Two and a Half Lemon, fejn talab il-permess tal-Kunsill biex fuq ic-central strip fi Triq il-Gublew tal-Fidda, fuq il-bankina fi Triq il-Gublew tal-Fidda (fejn hemm il-mappa tal-Birgu) u fuq il-bankina biswiet il-monument tal-Helsien jitwahhalu reklami ta’ dan l-istabiliment. Wara diskussjoni, is-Sindku ssugerixxa sabiex jinghata l-permess mehtieg izda dan il-permess jinghata ghal sena u wara sena jerga’ jigi mgedded. Hawnhekk is-Sindku ssugerixxa li mil-llum –il quddiem kull hanut, inkluz dawk li diga talbu u li t-talba taghhom giet approvata, wara sena jrid jerga’ jitlob ghal permess sakemm mhux hanut mil-Lokal. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.6 Is-Sindku pprezenta korrispondenza mibghuta minghand is-Sur Benoit Stievenart, il-ko-ordinatur tal-progett ‘Qualicities’ fejn talab sabiex il-kunsill jibghat ittra sabiex jitlob li l-budget allokat jizdied min Euro 16,500 ghal Euro 20,000. Is-Sindku fakkar lill-kunsilliera li originarjament l-budget allokat kien ta’ Euro 10,000. Is-Sindku zied jghid li l-kunsill gie nfurmat li dawn il-flus ser jintbaghtu lil Kunsill matul ix-xahar ta’ Mejju
2.7 Is-Sur John Boxall, Sindku pprezenta kopja ta’ petizzjoni mibghuta lill-Cottonera Waterfront Group minghand l-Assocjazzjoni ta’ St. Angelo’s Mansions (ASAMO) minhabba li l-Cottonera Waterfront Group ser jikru tlett (3) ihwienet li jinsabu taht is-St. Angelo’s Mansion ghal uzu kummercjali sabiex issir restaurant kbir. Hawnhekk, is-Sindku nforma lill-kunsilliera li l-Cottonera Waterfront Group tat donazzjoni lill-kunsill ta’ Euro 350 sabiex ittafu ftit mil-ispejjez.
2.8 Korrispondenza minghand is-Sur Carmine Rizzo, raprezentant tal-municipalita ta’ San Pietro in Guarana, fil-provincja ta’ Calabria fl-Italja fejn nforma lill-kunsill li r-rizultati ta’ l-approvazzjoni tal-progetti fi hdan il-program Citizen’s Meeting ser jithabbru lejn l-ahhar ta’ Mejju, u ghaldaqstant staqsa jekk il-gemellag bejn il-Birgu u San Pietro in Guarana mhux ser isehh fil-granet ippjanati jew inkella f’xi granet ohra. Ghaldaqstant is-Sindku nforma lill-kunsilliera, li l-kunsill kien diga rrisponda din l-ittra, li qabel ma’ l-kunsill ikollu risposta pozittiva, ma jistax jippjana dan il-gemellag minhabba s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kunsill. Dwar dan kienhemm qbil unanimu.
2.9 Ittra minghand is-sinjura Flavia Lucia Zimmerman fejn tat inbformazzjoni lill-kunsill dwar il-fondazzjoni “The Three Cities Foundation”, liema ghaqda ser tibda tghin lill-persuni bi problemi socjali. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-kunsill joffri l-ufficju vakanti li hemm fil-Berga ta’ l-Ingilterra sabiex is-Sinjura Zimmerman tibda topera minn hemm din il-fondazzjoni. Dwar dan kien hemm qbil unanimu
2.10 Ittra minghand is-Sur Lawrence Saliba fejn talab il-permess sabiex juza s-sala ta’ Gallerija Coure Porte ghall-uzu ta’ demonstrazzjoni tal-filugranu. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa li minhabba t-talba li l-Kunsill ghamel lill-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu sabiex Gallerija Couvre Porte issir “Information Point”, jkun ahjar li jekk l-istess Awtorita ma japrovawx din it-talba, l-ftehim li bhalissa hemm mas-Sur Saliba, jibqa jigi onorat sa l-ahhar gurnata.
2.11 Ittra minghand l-Arcipriet Fr. Joe Caruana, fejn talab lill-kunsill il-permessi kollha mehtiega sabiex fl-okkazjoni ta’ l-ewwel Erbgha tal-Festa ta’ San Lawrenz fl-okkazzjoni ta’ l-1750 sena martirju ta’ San Lawrenz issir purcissjoni bl-istatwa ta’ San Lawrenz f’diversi toroq madwar il-Birgu. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-kunsill jaghti l-permessi kollha mehtiega. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.12 Is-Sindku pprezenta stedina ghall-konferenza tas-Sindki ta’ l-Ibliet Storici Ewropej li ser issir f’Ptuj fi Slovenia bejn is-26 u t-28 ta’ Mejju, 2008. Is-Sindku zied jghid li l-kunsill ta’ Ptuj ser joffri l-akkomodazzjoni ghall-persuni li ser jattendi. Wara diskussjoni, s-Sur Christopher Cassar, Vici Sindku ssugerixxa sabiex is-Sindku jattendi ghal din il-konferenza. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.13 Ittra minghand l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali sabiex issir it-tigdid ta’ l-iskema tas-sahha ghal Kunsilliera, Segretarja Ezekuttiva, u haddiema klerikali, ghas-sena 2008 – 2009. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex issir t-tigdid ta’ din il-polza. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
2.14 Is-Sindku pprezenta ittra mibghuta lil Dr. Natalino Attard, Direttur tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, fejn gie nfurmat li minhabba s-sitwazzjoni prezenti, sakemm jigi aggudikat it-tender tal-knis tat-toroq minhabba li l-haddiema tal-kuntrattur prezenti allarieda ma accettax li nhar ta’ Hadd ma jibqghux jahdmu u lanqas jintbaghtu haddiema flokhom, l-Kunsill kellhu jqabad kuntrattur privat.
3. Approvazzjoni tal-Progett Med Cult Ports
Is-Sindku pprezenta ghal approvazzjoni tal-Kunsill, il-progett Med Cult Ports, ffinanzjat mil-Unjoni Ewropea taht is-sejha tal-Med programme. Is-Sindku nforma lil Kunsillirea li dan il-progett gie mressaq mil-Fondazzjoni Temi Zammit u l-budget ghal dan il-progett ghal Kunsill, mqassam fuq tlett snin huwa ppropost li jkun ta’ € 160,000 u dan il-progett jikkoncerna l-ibliet Mediterrani, portijiet li ghandhom storja kulturali u livell ta’ kummercjalismu. Wara diskussjoni, il-kunsilliera prezenti b’vot unanimu qablu li l-Kunsill ghandu japplika ghal dan il-progett.
4. Approvazzjoni tal-progett Med Project
Is-Sur John Boxall, Sindku pprezenta progett iehor ffinanzjat mil-Unjoni Ewropea that is-sejha tal-Med Programmes, il-progett ISPROM. Is-Sindku zied jghid li l-budget ghal Kunsill Lokali tal-Birgu mqassam fuq tlett snin huwa ta’ € 50, 000 u l-finanzjament li l-Kunsill irid jiffinanzja jekk dan il-progett jigi maghzul, huwa ta’ € 7500 mqassam fuq tlett snin. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill Lokali tal-Birgu japplika ghal dan il-progett. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
5. Approvazzjoni tal-progett EcoTrans
Is-Sindku pprezenta proponiment mibghut minghand is-sur Jesmond Xuereb, CEO tal-Fondazzjoni Temi Zammit, ghal progett EcoTrans – Ecological Coastal Transportation, progett li jippromovi modi ta’ transport li jkunu “environmental friendly”. Dwar dan il-Kunsilliera prezenti qablu unanimament li l-Kunsill Lokali tal-Birgu ghandu japplika.
6. Approvazzjoni tal-progett Sea to Land
Is-Sindku pprezenta ghal approvazzjoni tal-Kunsill applikazzjoni ghal progett iehor ffinanzjat mil-Unjoni Ewropea, taht is-sejha tal-Med programme, il-progett Sea to Land. Is- Sr John Boxall qal li l-budget ghal Kunsill Lokali tal-Birgu, ghal dan il-progett, ser ikun ta’ € 150,000 mqassam fuq tlett snin, u l-ko-finanzjament tal-Kunsill ser ikun ta’ € 22,500. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex l-Kunsilliera prezenti japprovaw unanimament l-applikazzjoni ghal dan il-progett. Il-Vici Sindku s-sur Christopher Cassar, ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
Is-Sindku talab l-approvazzjoni tal-Kunsill sabiex titressaq applikazzjoni ta’ progett iffinanzjat mil-Unjoni Eweopea taht is-sejha Med Programme bit-titlu “Charismed” minhabba li din minhabba li din ma gietx mnizzla fl-agenda peress li waslet il-Kunsill meta kienet diga giet ippublikata l-agenda. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. Is-Sindku pprezenta ghal approvazzjoni tal-Kunsill din l-applikazzjoni. Is- Sur John Boxall qal li l-budget ghal Kunsill Lokali tal-Birgu, ghal dan il-progett, ser ikun ta’ € 150,000 mqassam fuq tlett snin, u l-ko-finanzjament tal-Kunsill ser ikun ta’ € 22,500. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex l-Kunsilliera prezenti japprovaw unanimament l-applikazzjoni ghal dan il-progett. Il-Vici Sindku s-sur Christopher Cassar, ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
7. Taghrif dwar il-konferenza MedCOAST.net
Is-Sindku fakkar lil Kunsilliera li t-tielet konferenza tal-progett MedCOAST.net ser issir il-Birgu bejn it-8 u d-9 ta’ Mejju, 2008. Hawnhekk, is-Sindku pprezenta basket offrut mil-Awtorita Maltija ghat-turizmu, li ser jinghata lid-delegati partecipanti f’din il-konferenza. Is-Sindku pprezenta l-programm ghal imsemmija konferenza. Is-Sindku fakkar lil Kunsilliera li l-Hamis 8 ta’ Mejju, il-Kunsill ser jilqa’ lid-delegati kollha gewwa l-Belt tal-Birgu. Barra min hekk, is-Sindku zied jghid li l-ftuh ghal din il-konferenza ser issir mil-On. Dr. Mario DeMarco, Segretarju Parlamentari ghat-Turizmu, nhar il-Gimgha 9 ta’ Mejju, 2008.
8. Decizjoni dwar it-tender ta’ offerta tat-tindif u knis tat-toroq
Is-Sur John Boxall, Sindku, nforma lil Kunsilliera prezenti li ghal din it-tender ntefghu erbgha (4) applikazzjonijiet. Dawn kienu dik minghand is-sur Claudio Anthony Aquilina ghal prezz ta’ € 18,600 (Lm 7984.98), liema prezz jinkludi 5% contract management fee kif ukoll vat inkluz, dik minghand is-sur Ronald Bezzina ghal prezz ta’ € 16,000 (Lm 6868.80), liema prezz jinkludi fih 5% contract management fee, kif ukoll vat inkluz, dik minghand is-sur Alexander Fenech ghan-nom tal-kumpanija Euro Clean Waste Services ghal prezz ta’ € 40,000 (Lm 17,172) vat inkluz u dik minghand is-sur Kevin Mallia ghal prezz ta’ € 227,113.91 (Lm 97,500). Is-Sindku qal li wara diskussjoni ma’ kull kuntrattur separat, is-sur Claudio Anthony Aquilina talab verbalment, fil-presenza tas-Segretarja Ezekuttiva, tal-Kunsilliera Judith Saliba, s-sur Ivan Peresso, s-Sindku u fil-presenza ta’ missieru li kien qieghed jakkumpanjah waqt id-diskussjoni sabiex it-tender tieghu ma jigix maghzul minhabba l-prezz kkwotat ma kienx viabli peress li l-Hadd huwa nkluz ukoll. Ghaldaqstant, wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill japprova t-tender tas-sur Alexander Fenech dan wara li fl-opinjoni tal-Kunsill, il-prezz kkwotat mis-sur Ronald Bezzina mhuwix prezz ragonevoli u huwa prezz taht hafna l-prezz tas-suq. Il-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar issekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.
9. Talba ghad-Devoluzzjoni ta’ Gnien il-Kunsill
Is-Sindku, s-sur John Boxall, ssugerixxa sabiex il-Kunsill Lokali tal-Birgu jitlob ghad-devoluzzjoni ta’ Gnien il-Kunsill. Il-Kunsilliera prezenti b’vot unanimu qablu sabiex il-Kunsill jitlob ghad-devoluzzjoni ta’ Gnien il-Kunsill maghruf bhala l-Foss.
10. Taghrif dwar l-izvillup fix-xatt li qed issir mil-Consortium Grand Harbour Marina
Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti dwar l-izvillup fix-xatt li qed issir mil-Consortium Grand Harbour Marina fejn qed jitolbu l-permess lil Kunsill sabiex jitqeghdu pipiet fin-naha ta’ Xatt ir-Rizq. Is-Sindku zied jghid li l-permessi qed jinzammu min-naha tal-Kunsill ghax l-Kunsill qed jitlob dikjarazzjoni bil-miktub li din iz-zona, kif kien miftiehem u ppjanat, issir parkegg organizzat u ssugerixxa li ma jinghatax l-permess qabel ma tinghata dikjarazzjoni li dan issir immedjatament li jispicca x-xoghlijiet rikjesti fit-talba tal-Grand Harbour Marina. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.
11. Affarijiet ohra
11.1 Is-Sindku ressaq ghall-approvazzjoni tal-Kunsill il-lista ta’ pagamenti dovuti mill-Kunsill. Wara diskussjoni, is-Sindku, ppropona li din il-lista tigi approvata. Is-Sur Christopher Cassar, Vici Sindku issekonda dan il-proponiment, u gie approvat unanimament.
Il-Laqgha ntemmet fi 7.30 ta’ filghaxija.
___________________________ ________________________
Christine Bonello ikkonfermati John Boxall
Segretarja Ezekuttiva Sindku





