.
 


Main Menu

Audio Guide

Cultel
Click here to buy an Interactive CD on the city of Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on MaltaClick here for information on the Mp3 Audio guide

no flash

 

 

 

Minuti tal-laqgha 16(05)


9 ta’ Mejju, 2008

 Minuti tal-Laqgha Numru 16(05) 

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu iltaqa’ għal-laqgħa numru 16(05) fl-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill F’Couvre Porte nhar l-Erbgha 30 ta’ April, 2008 fit- 5:00 ta’ filgħaxija.

 Prezenti  

Is-Sur John Boxall – Sindku, Is-Sur Christopher Cassar - Vici Sindku, Is-Sur Ivan Peresso – Kunsillier u s-Sinjura Judith Saliba - Kunsilliera

 

Is-Sinjura Miriam Grech, kienet skuzata minhabba impenn fuq bazi personali.

 

Ippresieda is-sur John Boxall.

  Talba  

Is-Sur John Boxall - Sindku, qal it-talba u tah bidu għal din il-laqgħa.

 

Is-Sindku qal li din hija l-laqgha 15(05) minhabba li l-laqgha 14(05) saret b’urgenza.

 
  1. Qari u Approvazzjoni tal-Minuti

 Il-minuti tal-laqgha 15(05) ittiehdu bhala moqrija.  

 1.1       Dwar item 1.1(15/05), is-Sindku qal li l-kunsill ircieva t-tieni pagament mil-Fondazzjoni Wirt Artna ghax-xahar ta’  April 2008 ghall-uzu tax-xelters u taz-zewgt ikmamar li jaghmlu parti mill-imsemmija xelters.  

1.2       Item 1.4(15/05) Is-Sur John Boxall, Sindku nforma lill-Kunsilliera prezenti li dwar l-applikazjoni ghall-fondi strutturali taht is-sejha ERDF, il-kunsill ircieva korrispondenza mill-ufficju tal-Prim Ministru, mid-Dipartiment tal-Planning & Priorities Co-ordination (PPCD), fejn gie nfurmat li l-progett ghat-tisbih ta’ l-area tal-Collachio ma giex accettat minhabba li l-kunsill m’ghandux ko-finanzjament bizzejjed ghal dan il-progett.Ghaldaqstant, is-Sur John Boxall, Sindku, nforma lill-kunsilliera prezenti, li d-Dipartiment tax-xogholijiet Pubblici kien applika huwa wkoll ghall-progett tal-pavimentar ta’ l-area tal-Collachio taht is-sejha tal-Fondi Strutturali u qed isiru diversi laqghat dwar dan il-progett. 

1.3       Item 1.7 (15/05), is-Sur John Boxall, Sindku talab lis-sinjura Judith Saliba kunsilliera, sabiex tagti rendikont ta’ l-iskambju Kulturali li sar gewwa Casorate Sempione bejn l-20 u t-28 ta’ April, 2008. Is-sinjura Judith Saliba tat rendikont ta’ din l-attivita’ u ziedet tghid ukoll li kien hemm diversi kummenti pozittivi kemm mill-participanti kif ukoll minghand ir-residenti ta’ Casorate Sempione. 

1.4              Item 1.10 (15/05), is-Sur John Boxall, Sindku qal li l-attivita’ “Il-Ktieb Tezor” kienet ta’ success. Is-Sindku zied jghid li ghal din l-attivita’, t-tfal kollha tal-klassjiet tal-Kinder ta’ l-Iskola Primarja Santu Rokku kienu prezenti flimkien mal-genituri taghhom. Is-Sindku ssugerixxa sabiex din l-attivita’, l-Kunsill jerga’ jorganizzaha s-sena d-diehla. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

1.5               Item 1.11(15/05), is-Sindku qal li l-kumpanija li ntazlet biex taghmel id-dokumentarju fuq il-Birgu, l-Kunsill gie nfurmat li dan ix-xoghol qieghed fi stadju avvanzat u ser ikun lest ghall-konferenza tal-Progett MedCOAST.Net 

1.6       Item  1.15 (15/05), is-Sindku qal li l-Kunsill tah spjegazzjoni lir-raprezentanti tal-Kunsill ta’ Moelfre ghala l-Kunsill ghadu ma onorax l-istedina sabiex izur il-Belt ta’ Moelfre f’Wales. 

1.7       Dwar item 1.16 (15/05). Is-Sindku nforma lill-Kunsilliera li x-xoghol ta’ manutenzjoni f’Gallerija Couvre Porte, kien kwazi tlesta. Is-Sindku qal li barra d-donazzjoni li l-kunsill kien ircieva minghand il-Grand Harbour Marina, l-kunsill talab ukoll ghajnuna finanzjarja lill-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu sabiex jigu koperti aktar spejjez relatati ma’ dan il-progett. 

1.8       Dwar item 1.18 (15/05), iS-Sindku nforma lill-kunsilliera prezenti li l-progett Youth in Action, flimkien mal-Belt ta’ San Pietro in Guarana fl-Italja ma giex accettat minhabba xi kriterji li ma gewx milhuqa mill-istess Kunsill.  

1.9       Item 1.20 (15.05). Dwar l-applikazzjoni tal-progett fi hdan il-fondazzjoni Anna Lindh, s- Sindku nforma lill-kunsilliera, li l-applikazzjoni giet accettata u barra minn hekk din il-Fondazzjoni kienet diga baghtet il-flus approvati ghal dan il-progett. (Euro 2490). Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-kunsillier Ivan Peresso jiehu hsieb hu l-preparamenti ghal din l-attivita’ flimkien ma’ l-ghaqda teatrali “Square Wheels Entertainment” u dwar dan kien hemm qbil unanimu. Hawnhekk, is-Sindku pprezenta kopja ta’ l-ittra u l-invit li l-kunsill kien ircieva minghand il-Kunsill Lokali ta’ l-Isla, liema kunsill ser itella’ attivita’ fi hdan l-istess Fondazzjoni. 

1.10     Dwar item 1.23 (15/05), is-Sindku qal li nhar il-Gimgha 2 ta’ Mejju, 2008 ser issir laqgha ma’ rraprezentanti tal-Bank of Valletta fejn ser tigi diskussa “stand alone” ATM gewwa l-Birgu fuq talba li kienet saret mill-istess Kunsill. 

1.11     Item 2.7 (15/05). Is-Sindku pprezenta kopja ta’ l-ittra mibghuta lil Dr. Natalino Attard, Direttur tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali. Kif ukoll lis-Sur Michael Cohen, President ta’ l-AKL fejn talab parir kif ghandu jagixxi. Barra minn hekk is-Sindku pprezenta ittra mibghuta lil Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi dwar din il-problema kif ukoll il-biza li s-Sindku ser ikun ta’ piz finanzjarju ghall-kunsill. Hawnhekk, il-Vici Sindku, s-Sur Christopher Cassar ipropona sabiex fil-granet li ghalihom is-Sindku talab biex jiehu leave specjali, jigifieri bejn it-8 u d-9 ta’ Mejju, minhabba l-konferenza MedCOAST.Net, kif ukoll bejn l-14 u s-16 ta’ Mejju sabiex jattendi l-konferenza AVEC li ser issir f’Mertola fil-Portugal u bejn t-19 u l-21 ta’ Mejju sabiex jattendi l-konferenza tal-Progett Prisma, gewwa Palermo, is-Sindku jiehu leave minghajr hlas u jithallas mill-kunsill. Il-Kunsilliera Judith Saliba ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

1.12     Dwar item 2.9 (15/05), is-Sindku qal li hu flimkien mas-Segretarja Ezekuttiva kellhom laqgha mal-Konslu ta’ Turin ghal Malta Dr Giuseppe Bilotta fejn insista sabiex il-Kunsill Lokali tal-Birgu jaghmel gemellag mal-Belt ta’ Bosco Marengo, provincja ta’ Torin fl-Italja. Wara d-diskussjoni b’vot unanimu minn dawk prezenti, kien hemm qbil sabiex l-imsemmi gemellagg isir bi provizzjoni li jinstabu finanzjament ghalih. 

1.13     Item 2.11 (15/05), is-Sindku prezenta lill-kunsilliera diversi korrispondenza li l-kunsill baghat lill-Perit Duncan Mifsud rigward il-progett tal-gnien tal-Hawli. Is-Sindku zied jghid li l-Perit Mifsud issa qabbad lill-Perit Mark John Scicluna mill-ufficju tieghu sabiex ikun il-perit responsabbli mix-xogholijiet tal-progett tal-Gnien tal-Hawli. 

1.14     Item 3 (15/05), is-Sindku qal li nhar it-Tlieta 6 ta’ Mejju, 2008 ser jinbeda l-gbir ta’ skart separat fil-lokalita’ tal-Birgu. Dan ser ikun kull nhar ta’ Tlieta fi sitta ta’ filghaxija. Dwar dan is-sugget is-Sindku qal li mil-Ufficini tal-Kunsill qeghdin jitqassmu il-boroz il-grizi. 

1.15     Dwar item 7 (15/05), is-Sindku pprezenta ittra minghand is-Sur Dimitri Petchenkine, Direttur tal-kumpanija Central Power Installations fejn nghatat dikjarazzjoni li l-fanal kkwotat huwa l-istess bhal dawk li diga hawn fil-lokalita’. Hawnhekk is-Sur John Boxall, Sindku ssugerixxa sabiex il-kunsill japrova u jaccetta din l-offerta. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

1.16     Item 9 (15/05), is-Sur Christopher Cassar, Vici Sindku, ssugerixxa sabiex ghall-harga ta’ l-anzjani, l-Kunsill jorganizza harga ghall-muzew tal-Kriminalita’ li tinsab fil-kwartieri generali tal-Pulizija fil-Floriana minghajr ebda hlas. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. 2.       

Korrispondenza. 

2.1       Is-Sindku nforma lill-Kunsilliera, li l-kunsill kien ircieva donazzjoni minghand Breakthrough Films and TV ta’ Euro 116.50 (Lm50) bhala ringrazzjament ghall-permess li nghataw sabiex isir dokumentarju fuq ix-xelters tat-Tieni Gwerra Dinija li jinsabu f’Couvre Porte. Hawnhekk,  is-Sindku ppropona li di id-donazzjoni tintuza ghall-harga ta’ l-anzjani. Is-Sur Ivan Peresso, kunsillier, issekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

2.2       Is-Sindku pprezenta kwotazzjoni minghand il-kumpanija Mifsud Garage Ltd ghall-bandiera ta’ l-Unjoni Ewropa bil-qies 18” bi 12” ghall-prezz ta’ Euro 413. Wara diskussjoni, is-Sindku ssugerixxa li l-kunsill ghandu jaccetta din il-kwotazzjoni u din il-bandiera ssir kemm jista’ jkun malajr sabiex tkun tista’ tintuza ghal konferenza tal-MedCOAST.net li ser issir fil-Birgu. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

2.3       Ittra minghand il-Kumitat Festi Esterni San Lawrenz, fejn il-Kunsill gie nfurmat li l-Kumitat laqa’ u aprova t-talba tieghu sabiex jarma tmien arbli mas-sur fiz-zona tal-Mandragg. Barra minnhekk is-Sindku zied jghid li fl-ittra tieghu, s-Segretarju tal-Kumitat Fr. John Avellino, fejn talab li ssir laqgha wara li l-kunsill issospenda l-access ghall-bjut tal-kunsill. Hawnhekk is-Sindku zied jghid li l-permess qatt ma ghandu jsir pusess u l-permess sabiex l-imsemmija ghaqda tuza’ l-bjut tal-Kunsill qatt ma gie ssospendut. Jidher car li kien hemm min tah revizjoni differenti min dik li nghatat mil-Kunsill.  

2.4       Is-Sindku pprezenta l-ittra mibghuta lis-Sur Mario Attard, Direttur fi hdan l-Awtorita’ Maltija tat-Turizmu fejn, il-kunsill talab l-ghajnuna finanzjarja lil din l-Awtorita’ sabiex isir “Information Point” f’Gallerija Couvre Porte. Is-Sur John Boxall , Sindku qal li x’aktarx din l-Awtorita’ ser tilqa’ t-talba tal-kunsill u ser jinghata Euro 8,000. Ghaldaqstant, is-Sur Boxall, Sindku ssugerixxa li jekk l-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu ser tilqa’ t-talba tal-Kunsill, il-Kunsill fost l-affarijiet li qeghdin issiru f’dan il-post jordna 72 siggu sabiex dawn ikun jistghu jintuzaw ghal dan l-iskop. Hawnhekk is-Sindku pprezenta kwotazzjoni minghand il-kumpanija Complete Supplies ghal Euro 22.65 is-siggu, u minghand il-kumpanija Alfo Co Ltd ghall-prezz ta’ Euro 28.13. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-kunsill japrova l-irhas offerta, dik minghand il-Complete Supplies. Il-Kunsilliera Judith Saliba ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu 

2.5       Ittra minghand is-sur Davide Cachia, Direttur ta’ l-istabbiliment kummercjali Two and a Half Lemon, fejn talab il-permess tal-Kunsill biex fuq ic-central strip fi Triq il-Gublew tal-Fidda, fuq il-bankina fi Triq il-Gublew tal-Fidda (fejn hemm il-mappa tal-Birgu) u fuq il-bankina biswiet il-monument tal-Helsien jitwahhalu reklami ta’ dan l-istabiliment. Wara diskussjoni, is-Sindku ssugerixxa sabiex jinghata l-permess mehtieg izda dan il-permess jinghata ghal sena u wara sena jerga’ jigi mgedded. Hawnhekk is-Sindku ssugerixxa li mil-llum –il quddiem kull hanut, inkluz dawk li diga talbu u li t-talba taghhom giet approvata, wara sena jrid jerga’ jitlob ghal permess sakemm mhux hanut mil-Lokal.  Dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

2.6       Is-Sindku pprezenta korrispondenza mibghuta minghand is-Sur Benoit Stievenart, il-ko-ordinatur tal-progett ‘Qualicities’ fejn talab sabiex il-kunsill jibghat ittra sabiex jitlob li l-budget allokat jizdied min Euro 16,500 ghal Euro 20,000. Is-Sindku fakkar lill-kunsilliera li originarjament l-budget allokat kien ta’ Euro 10,000. Is-Sindku zied jghid li l-kunsill gie nfurmat li dawn il-flus ser jintbaghtu lil Kunsill matul ix-xahar ta’ Mejju 

2.7       Is-Sur John Boxall, Sindku pprezenta kopja ta’ petizzjoni mibghuta lill-Cottonera Waterfront Group minghand l-Assocjazzjoni ta’ St. Angelo’s Mansions (ASAMO) minhabba li l-Cottonera Waterfront Group ser jikru tlett (3) ihwienet li jinsabu taht is-St. Angelo’s Mansion ghal uzu kummercjali sabiex issir restaurant kbir. Hawnhekk, is-Sindku nforma lill-kunsilliera li l-Cottonera Waterfront Group tat donazzjoni lill-kunsill ta’ Euro 350 sabiex ittafu ftit mil-ispejjez. 

2.8       Korrispondenza minghand is-Sur Carmine Rizzo, raprezentant tal-municipalita ta’ San Pietro in Guarana, fil-provincja ta’ Calabria fl-Italja fejn nforma lill-kunsill li r-rizultati ta’ l-approvazzjoni tal-progetti fi hdan il-program Citizen’s Meeting ser jithabbru lejn l-ahhar ta’ Mejju, u ghaldaqstant staqsa jekk il-gemellag bejn il-Birgu u San Pietro in Guarana mhux ser isehh fil-granet ippjanati jew inkella f’xi granet ohra. Ghaldaqstant is-Sindku nforma lill-kunsilliera, li l-kunsill kien diga rrisponda din l-ittra, li qabel ma’ l-kunsill ikollu risposta pozittiva, ma jistax jippjana dan il-gemellag minhabba s-sitwazzjoni finanzjarja tal-kunsill. Dwar dan kienhemm qbil unanimu. 

2.9       Ittra minghand is-sinjura Flavia Lucia Zimmerman fejn tat inbformazzjoni lill-kunsill dwar il-fondazzjoni “The Three Cities Foundation”, liema ghaqda ser tibda tghin lill-persuni bi problemi socjali. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-kunsill joffri l-ufficju vakanti li hemm fil-Berga ta’ l-Ingilterra sabiex is-Sinjura Zimmerman tibda topera minn hemm din il-fondazzjoni. Dwar dan kien hemm qbil unanimu  

2.10     Ittra minghand is-Sur Lawrence Saliba fejn talab il-permess sabiex juza s-sala ta’ Gallerija Coure Porte ghall-uzu ta’ demonstrazzjoni tal-filugranu. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa li minhabba t-talba li l-Kunsill ghamel lill-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu sabiex Gallerija Couvre Porte issir “Information Point”, jkun ahjar li jekk l-istess Awtorita ma japrovawx din it-talba, l-ftehim li bhalissa hemm mas-Sur Saliba, jibqa jigi onorat sa l-ahhar gurnata. 

2.11     Ittra minghand l-Arcipriet Fr. Joe Caruana, fejn talab lill-kunsill il-permessi kollha mehtiega sabiex fl-okkazjoni ta’ l-ewwel Erbgha tal-Festa ta’ San Lawrenz fl-okkazzjoni ta’ l-1750 sena martirju ta’ San Lawrenz issir purcissjoni bl-istatwa ta’ San Lawrenz f’diversi toroq madwar il-Birgu. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-kunsill jaghti l-permessi kollha mehtiega. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

2.12     Is-Sindku pprezenta stedina ghall-konferenza tas-Sindki ta’ l-Ibliet Storici Ewropej li ser issir f’Ptuj fi     Slovenia bejn is-26 u t-28 ta’ Mejju, 2008. Is-Sindku zied jghid li l-kunsill ta’ Ptuj ser joffri l-akkomodazzjoni ghall-persuni li ser jattendi. Wara diskussjoni, s-Sur Christopher Cassar, Vici Sindku ssugerixxa sabiex is-Sindku jattendi ghal din il-konferenza. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

2.13     Ittra minghand l-Assocjazzjoni tal-Kunsilli Lokali sabiex issir it-tigdid ta’ l-iskema tas-sahha ghal Kunsilliera, Segretarja Ezekuttiva, u haddiema klerikali, ghas-sena 2008 – 2009. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex issir t-tigdid ta’ din il-polza. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

2.14     Is-Sindku pprezenta ittra mibghuta lil Dr. Natalino Attard, Direttur tad-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, fejn gie nfurmat li minhabba s-sitwazzjoni prezenti, sakemm jigi aggudikat it-tender tal-knis tat-toroq minhabba li l-haddiema tal-kuntrattur prezenti allarieda ma accettax li nhar ta’ Hadd ma jibqghux jahdmu u lanqas jintbaghtu haddiema flokhom, l-Kunsill kellhu jqabad kuntrattur privat.  

 3.         Approvazzjoni tal-Progett Med Cult Ports

 Is-Sindku pprezenta ghal approvazzjoni tal-Kunsill, il-progett Med Cult Ports, ffinanzjat mil-Unjoni Ewropea taht is-sejha tal-Med programme. Is-Sindku nforma lil Kunsillirea li dan il-progett gie mressaq mil-Fondazzjoni Temi Zammit u l-budget ghal dan il-progett ghal Kunsill, mqassam fuq tlett snin huwa ppropost li jkun ta’ € 160,000 u dan il-progett jikkoncerna l-ibliet Mediterrani, portijiet li ghandhom storja kulturali u livell ta’ kummercjalismu. Wara diskussjoni, il-kunsilliera prezenti b’vot unanimu qablu li l-Kunsill ghandu japplika ghal dan il-progett.  

4.         Approvazzjoni tal-progett Med Project 

Is-Sur John Boxall, Sindku pprezenta progett iehor ffinanzjat mil-Unjoni Ewropea that is-sejha tal-Med Programmes, il-progett ISPROM. Is-Sindku zied jghid li l-budget ghal Kunsill Lokali tal-Birgu mqassam fuq tlett snin huwa ta’ € 50, 000 u l-finanzjament li l-Kunsill irid jiffinanzja jekk dan il-progett jigi maghzul, huwa ta’ € 7500 mqassam fuq tlett snin. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill Lokali tal-Birgu japplika ghal dan il-progett. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

5.         Approvazzjoni tal-progett EcoTrans 

Is-Sindku pprezenta proponiment mibghut minghand is-sur Jesmond Xuereb, CEO tal-Fondazzjoni Temi Zammit, ghal progett EcoTrans – Ecological Coastal Transportation, progett li jippromovi modi ta’ transport li jkunu “environmental friendly”. Dwar dan il-Kunsilliera prezenti qablu unanimament li l-Kunsill Lokali tal-Birgu ghandu japplika.  

6.         Approvazzjoni tal-progett Sea to Land  

Is-Sindku pprezenta ghal approvazzjoni tal-Kunsill applikazzjoni ghal progett iehor ffinanzjat mil-Unjoni Ewropea, taht is-sejha tal-Med programme, il-progett Sea to Land. Is- Sr John Boxall qal li l-budget ghal Kunsill Lokali tal-Birgu, ghal dan il-progett, ser ikun ta’ € 150,000 mqassam fuq tlett snin, u l-ko-finanzjament tal-Kunsill ser ikun ta’ € 22,500. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex l-Kunsilliera prezenti japprovaw unanimament l-applikazzjoni ghal dan il-progett. Il-Vici Sindku s-sur Christopher Cassar, ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

Is-Sindku talab l-approvazzjoni tal-Kunsill sabiex titressaq applikazzjoni ta’ progett iffinanzjat mil-Unjoni Eweopea taht is-sejha Med Programme bit-titlu “Charismed” minhabba li din minhabba li din ma gietx mnizzla fl-agenda peress li waslet il-Kunsill meta kienet diga giet ippublikata l-agenda. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. Is-Sindku pprezenta ghal approvazzjoni tal-Kunsill din l-applikazzjoni. Is- Sur John Boxall qal li l-budget ghal Kunsill Lokali tal-Birgu, ghal dan il-progett, ser ikun ta’ € 150,000 mqassam fuq tlett snin, u l-ko-finanzjament tal-Kunsill ser ikun ta’ € 22,500. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex l-Kunsilliera prezenti japprovaw unanimament l-applikazzjoni ghal dan il-progett. Il-Vici Sindku s-sur Christopher Cassar, ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.   

7.         Taghrif dwar il-konferenza MedCOAST.net 

Is-Sindku fakkar lil Kunsilliera li t-tielet konferenza tal-progett MedCOAST.net ser issir il-Birgu bejn it-8 u d-9 ta’ Mejju, 2008. Hawnhekk, is-Sindku pprezenta basket offrut mil-Awtorita Maltija ghat-turizmu, li ser jinghata lid-delegati partecipanti f’din il-konferenza. Is-Sindku pprezenta l-programm ghal imsemmija konferenza. Is-Sindku fakkar lil Kunsilliera li l-Hamis 8 ta’ Mejju, il-Kunsill ser jilqa’ lid-delegati kollha gewwa l-Belt tal-Birgu. Barra min hekk, is-Sindku zied jghid li l-ftuh ghal din il-konferenza ser issir mil-On. Dr. Mario DeMarco, Segretarju Parlamentari ghat-Turizmu, nhar il-Gimgha 9 ta’ Mejju, 2008.  

8.         Decizjoni dwar it-tender ta’ offerta tat-tindif u knis tat-toroq 

Is-Sur John Boxall, Sindku, nforma lil Kunsilliera prezenti li ghal din it-tender ntefghu erbgha (4) applikazzjonijiet. Dawn kienu dik minghand is-sur Claudio Anthony Aquilina ghal prezz ta’ € 18,600 (Lm 7984.98), liema prezz jinkludi 5% contract management fee kif ukoll vat inkluz, dik minghand is-sur Ronald Bezzina ghal prezz ta’ € 16,000 (Lm 6868.80), liema prezz jinkludi fih 5% contract management fee, kif ukoll vat inkluz, dik minghand is-sur Alexander Fenech ghan-nom tal-kumpanija Euro Clean Waste Services ghal prezz ta’ € 40,000 (Lm 17,172) vat inkluz u dik minghand is-sur Kevin Mallia ghal prezz ta’ € 227,113.91 (Lm 97,500). Is-Sindku qal li wara diskussjoni ma’ kull kuntrattur separat, is-sur Claudio Anthony Aquilina talab verbalment, fil-presenza tas-Segretarja Ezekuttiva, tal-Kunsilliera Judith Saliba, s-sur Ivan Peresso, s-Sindku u fil-presenza ta’ missieru li kien qieghed jakkumpanjah waqt id-diskussjoni sabiex it-tender tieghu ma jigix maghzul minhabba l-prezz kkwotat ma kienx viabli peress li l-Hadd huwa nkluz ukoll. Ghaldaqstant, wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill japprova t-tender tas-sur Alexander Fenech dan wara li fl-opinjoni tal-Kunsill, il-prezz kkwotat mis-sur Ronald Bezzina mhuwix prezz ragonevoli u huwa prezz taht hafna l-prezz tas-suq. Il-Vici Sindku, s-sur Christopher Cassar issekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

9.         Talba ghad-Devoluzzjoni ta’ Gnien il-Kunsill 

Is-Sindku, s-sur John Boxall, ssugerixxa sabiex il-Kunsill Lokali tal-Birgu jitlob ghad-devoluzzjoni ta’ Gnien il-Kunsill. Il-Kunsilliera prezenti b’vot unanimu qablu sabiex il-Kunsill jitlob ghad-devoluzzjoni ta’ Gnien il-Kunsill maghruf bhala l-Foss.    

10.       Taghrif dwar l-izvillup fix-xatt li qed issir mil-Consortium Grand Harbour Marina

Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti dwar l-izvillup fix-xatt li qed issir mil-Consortium Grand Harbour Marina fejn qed jitolbu l-permess lil Kunsill sabiex jitqeghdu pipiet fin-naha ta’ Xatt ir-Rizq. Is-Sindku zied jghid li l-permessi qed jinzammu min-naha tal-Kunsill ghax l-Kunsill qed jitlob dikjarazzjoni bil-miktub li din iz-zona, kif kien miftiehem u ppjanat, issir parkegg organizzat u ssugerixxa li ma jinghatax l-permess qabel ma tinghata dikjarazzjoni li dan issir immedjatament li jispicca x-xoghlijiet rikjesti fit-talba tal-Grand Harbour Marina. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

11.       Affarijiet ohra 

11.1     Is-Sindku ressaq ghall-approvazzjoni tal-Kunsill il-lista ta’ pagamenti dovuti mill-Kunsill. Wara diskussjoni, is-Sindku, ppropona li din il-lista tigi approvata. Is-Sur Christopher Cassar, Vici Sindku issekonda dan il-proponiment, u gie approvat unanimament.  

Il-Laqgha ntemmet fi 7.30 ta’ filghaxija.  

 ___________________________                                          ________________________

Christine Bonello                                              ikkonfermati    John Boxall

Segretarja Ezekuttiva                                                                             Sindku

 

 

 

 

gov.mt Official Website

AVEC

Qualicities

Members of the ARCHIMED program

Cultel

Fondazzjoni Wirt Artna

heritage malta birgu

Kazin Ghaqda Filarmonika Birgu

Dominicans Convent Website

San Lawrenz

San Lawrenz

Vittoriosa Historical and Cultural Society

Rotary Club La Vallette

Vittoriosa Lightenings FC

Vittoriosa Stars FC

Walled Towns Friendship Circle

Malta and Gozo Restaurant Guide

 
 
Website Design & Development by jcmwebs