.
 


Main Menu

Audio Guide

Cultel
Click here to buy an Interactive CD on the city of Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on Birgu Click here to listen to, buy & download mp3 audio guides on MaltaClick here for information on the Mp3 Audio guide

no flash

 

 

 

Minuti tal-Laqgha 17(05)


13 ta’ Gunju, 2008

 

 Minuti tal-Laqgha Numru 17(05) 

Il-Kunsill Lokali tal-Birgu iltaqa’ għal-laqgħa numru 17(05) fl-Uffiċini Amministrattivi tal-Kunsill F’Couvre Porte nhar l-Hamis 5 ta’ Gunju, 2008 fit- 6:30 ta’ filgħaxija.

Prezenti  

Is-Sur John Boxall – Sindku, Is-Sinjura Miriam Grech – Kunsilliera u s-Sinjura Judith Saliba - Kunsilliera

 

Is-sur Christopher Cassar, Vici Sindku, kif ukoll is-sur Ivan Peresso, Kunsillier kienu skuzati minhabba ragunijiet ta’ xoghol.

 

Ippresieda is-sur John Boxall.

  

Talba  

Is-Sur John Boxall - Sindku, qal it-talba u tah bidu għal din il-laqgħa.

1. Qari u Approvazzjoni tal-Minuti 

Il-Minuti tal-laqgha 16(05) ittiehdu bhala moqrija.  

1.1       Dwar item 1.8(16/05) is-Sindku nforma lil Kunsilliera li l-progett Citizen’s Meeting, iffinanzjat mil-Unjoni Ewropea flimkien mal-villagg ta San Pietro in Guarana ma ntazilx u ghaldaqstant il-Kunsill diga nforma lis-Sur Carmine Rizzo, l-persuna responsabli min dan il-progett dwar din id-decizjoni.  

1.2       Item 1.9(16/05), is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li l-attivita fi hdan l-Fondazzjoni Anna Lindh  ittelghet nhar il-Hamis 22 at’ Mejju, 2008 u l-Kunsill kif miftiehem tah € 1165  lil grupp teatrali “Square Wheet Entertainment” ghal kontribut taghhom f’din l-attivita. Is-Sindku zied jghid li l-prezentazzjoni ufficjali ser issir waqt l-attivita li l-istess grupp ser itellgha “We will Rock you” nhar il-Hadd 8 ta’ Gunju. 

1.3       Dwar  item 1.10 (16/05), is-sur John Boxall, Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li rapprezentanti mil-Bank of Valletta kienu gew sabiex tigi diskussa “stand alone ATM” u gie suggerit sabiex din issir fejn il-kanun qabel ma tidhol Sant Anglu. Is-Sindku qal li l-Kunsill diga ghamel applikazzjoni l-MEPA.  

1.4       Item 1.13(16/05), is-Sindku qal li suppost fil-jiem li gejjien ghandu jitkompla x-xoghol ta’ kostruzzjoni tal-Gnien Fuq tal-Hawli.  

1.5       Item 1.14(16/05), is-Sur John  Boxall, Sindku qal li r-residenti tal-Birgu qeghdin jikkoperaw fil-gbir ta' skart separat biss hemm difett li s-sidien tal-hwienet qed johorgu l-iskart separat min filghodu.  

1.6       Dwar item 1.16(16/05), is-sinjura Judith Saliba, kunsilliera tat rendikont tal-harga kulturali ghal anzjani li l-Kunsill organizza  nhar il-Gimgha  30 ta’ Mejju, 2008. In-nefqa totali ghal din l-attivita kienet ta’ € 250.21. Hawnhekk is-Sindku s-sur John Boxall, ippropona sabiex d-donazzjoni ta’ € 125 li ser tinghata mil-Bank of Valletta ghal uzu ta' Gallerija Couvre Porte tintuza sabiex tkopri l-ispejjez tal-harga ghal anzjani.  

1.7       Item 2.12(16/05), is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li l-konferenza tas-Sindki ta' l-Ibliet Storici Ewropej li kellha ssir gewwa Ptuj fi Slovenja bejn is-26 u t-28 ta' Mejju, 2008, giet ikkancellata izda il-Kunsill gie nfurmat min Dr. Stefan Celan, Sindku ta' Ptuj li din il-konferenza ser issir bejn il-25 u s-27 ta' Settembru, 2008. Is-Sindku nforma lil Kunsilliera li peress li l-Kunsill kien diga hallas l-passag ghal konferenza li kellha ssir f'Mejju, l-Kunsill ta' Ptuj offra li ghal konferenza li ser issir f'Settembru, ser ihallsu kollox huma. Dwar dan kien hemm qbil unanimu sabiex is-Sindku, s-sur John Boxall, jattendi ghal din il-konferenza.  

1.8       Item 4(16/05), is-sur John Boxall, Sindku nforma lil Kunsilliera li l-applikazzjoni ghal progett ISPROM taht is-sejha tal-Med Programme, ma ddahlitx mil-lead partner. 

1.9       Item 7 (16/05), is-Sindku qal li l-progett MedCOAST.net ser jasal fi tmiem tieghu fix-xahar ta' Lulju u nforma lil Kunsilliera li l-ahhar konferenza ghal dan il-progett ser issir gewwa Agria fi Grecja bejn il-21 u s-26 ta' Lulju, 2008.  

1.10     Item 8(16/05), is-Sindku qal li rigward it-tindif u l-knis ta' toroq kemm ilu li l-Kunsill aggudika t-tender, kien hemm kambajment kbir u l-Kunsill ircieva bosta kummenti pozittivi.  

1.11     Item 10 (16/05), is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li l-kwistjoni dwar l-izvillup fix-xatt li qed issir mil-Consortium Grand Harbour Marina giet rizolta. Is-Sindku qal li d-direttur ta' l-Awtorita Dwar it-Trasport, is-Sur Paul Buhagiar nfurmah li l-MEPA approvat li jsiru x-xoghlijiet u ghaldaqsant jekk il-permessi jibqghu jinzammu min naha tal-Kunsill, isir arbitragg min naha ta’ l-Awtorita Dwar it-Trasport u mbaghad ir-responsabilta taqa’ kollha fuq il-Kunsill. Is-Sindku zied jghid li kif jispiccaw ix-xoghlijiet, il-Kunsill irid jinsisti sabiex jinbeda x-xoghol tat-triq u jsir parkegg organizzat u din iz-zona tibqa responsabilta tal-Kunsill Lokali tal-Birgu 

2. Korrispondenza 

2.1       Is-Sindku pprezenta ghal approvazzjoni tal-Kunsill il-Minuti tal-laqgha Annwali ghar-residenti li saret l-Erbgha 30 t'April, 2008, liema minuti gew approvati unanimament. 

2.2       Is-Sindku pprezenta ghal attenzjoni tal-kunsilliera, l-korrispondenza kollha flimkien mal-Minuti relatati ma' l-implimentazzjoni ta' l-iskema tal-parkegg ghar-residenti tal-Birgu. Is-Sindku zied jghid li din il-korrispondenza giet mghodija ukoll lil Onor. George Pullicino, Ministru ghar-Rizorsi u l-Affarijiet Rurali, Onor. Dr. Christ Said, Segretarju Parlamentari ghad-Djalogu Pubbliku u Informazzjoni, c-Chief Executive Officer, ta' L-Awtorita ta' Trasport, s-Sur Ray Attard, kif ukoll lil Dr. Natalino Attard, Direttur tad-dipartiment tal-Kunsilli Lokali. Is-Sindku nforma ukoll li f'konverzazzjoni permess tat-telefon flimkien mas-segretarja tas-sur Ray Attard, Chief Executive Officer fi hdan l-Awtorita tat-Trasport, ghamlitilu cara li l-korrispondenza mibghuta, mis-sur Attard, s-sur Attard qieghed jigi mgieghel sabiex jiffirma.  

Hawnhekk is-Sindku talab il-permess lil Kunsilliera prezenti sabiex jigi diskuss item 8 mil-agenda. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

 8.         Press Conference fuq l-iskema ta' parkegg ghar-residenti. 

Is-Sindku qal li wara laqgha li kellhu hu flimkien mas-Segretarja Ezekuttiva flimkien mas-Sur John Bonavia, Authorised Officer, kif ukoll is-sur David Soler u s-sur Joe Borg, rapprezentant mil-kumpanija Sterling Security, huwa, kien nghata parir sabiex tissejah press conference fejn tigi spjegata s-sitwazzjoni dwar l-iskema ta' parkegg ghar-residenti tal-Birgu. Is-Sindku qal li din l-iskema ghan-nies mhux tahdem u ghaldaqstant huwa ta' l-opinjoni li l-Kunsill ghandu jkun onest u tinghata spjegazzjoni ghalfejn l-iskema ta' parkegg mhux tahdem. Is-sur John Boxall, Sindku, ppropona li ssir press conference fejn ghal din il-press conference jigu mistiedna, membri mil-GRTU, kif ukoll is-sinjura Audrey Testaferrata De Noto, Direttur fi hdan l-Awtorita Dwar it-Trasport. Hawnhekk is-Sindku pprezenta l-ahhar korrispondenza mibghuta mis-sur Ray Attard, Chief Executive Officer fi hdan l-Awtorita ghat-Trasport fejn informa lil Kunsill dwar l-irregolitajiet fl-skema ta' parkegg ghar-residenti u talab lil Kunsill sabiex jaqla' t-tabelli fi Triq Wenzu Dyer, f’Misrah ir-Rebha, fi Triq Emmanuel Attard Bezzina u fi Triq il-Habs l-Antik. Is-Sindku qal li t-toroq msemmija kienu gew approvati mil-istess Awtorita verbalment waqt laqgha li l-istess Kunsill kellhu, liema laqgha is-Sindku pprezenta l-minuti taghha. Barra min hekk is-Sindku zied jghid li fit-Triq Wenzu Dyer, mhemmx tabelli fiha, peress li l-imsemmija triq minbarra li t-triq dejqa u bit-tarag, qatt ma giet mitluba biex issir riservata ghal parkegg lir-residenti. Is-Sur Boxall, zied jghid li issa huwa l-waqt li l-Kunsill jinforma lin-nies u r-residenti tal-Birgu bis-sitwazzjoni u ghaldaqstant issugerixxa sabiex tissejjah press conference. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  Is-Sindku nforma lil Kunsilliera li l-Kunsill talab ukoll lid-Dipartiment tal-Kunsilli Lokali, sabiex tinhareg l-Avviz Legali min naha ta' dan id-dipartiment u mhux min naha ta' l-Awtorita tat-Trasport.  

2.3       Ittra minghand is-Superjur tal-MUSEUM Sessjoni Subien sur Joey Bugeja, fejn nforma lil Kunsill Lokali tal-Birgu dwar l-attivita “Hbieb iz-Zghar tal-Presepju” li ser issir fix-xahar ta' Lulju, fejn is-socjeta tal-MUSEUM ser torganizza laqghat ghat-tfal tal-parocca tal-Birgu fejn jinghataw l-opportunita li jitghallmu jaghmlu presepji ghad-djar taghhom u kull partecipant ser ihallas 10. Is-Sindku qal li s-superjur talab sabiex il-Kunsill jaghmel flokkijiet ghat-tfal li ser jippartecipaw u ghaldaqstant, is-Sur Boxall, pprezenta kwotazzjoni minghand l-UV Print  ghal 100 flok ghal prezz ta' 357. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jilqa' u japprova din il-kwotazzjoni u jkun il-Kunsill li jaghmel il-flokkijiet ghat-tfal partecipanti fl-attivita "Hbieb Zghar tal-Presepju" bi qbil bejn iz-zewg nahat li fuq il-flokkijiet ikun hem mil-logo tal-Kunsill Lokali tal-birgu flimkien ma’ dik tas-Socjeta.. Il-Kunsilliera Miriam Grech, issekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

2.4       Is-Sindku qal li wara bosta ilmenti li l-Kunsill ircieva minghand residenti li joqghodu fi Triq il-Mina l-Kbira, dwar diversi vetturi li qed jitilghu fuq il-bankina, li kawza ta’ dan l-agir, qieghed jinholoq inkonvenjent kbir u periklu serju ghan-nies kollha li juzaw din il-bankina,, huwa ssugerixxa sabiex isiru sitt bollards li jibdew min fejn il-hanut Chetwyn sal-kantuniera ta’ Triq il-Kunsill Popolari. Ghaldaqstant, is-Sindku pprezenta kwotazzjoni minghand il-kumpanija Cast Iron Products ghal prezz ta' 106.30 minghajr VAT ghal kull bollard. Wara diskussjoni s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill japprova din il-kwottazzjoni. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

2.5       Is-Sindku pprezenta invit mil-Assocjazzjoni AVEC sabiex il-Kunsill Lokali tal-Birgu jidhol msieheb fil-progett ECOPAS, liema progett ikompli fuq il-passi tal-Progett Qualicities. Wara diskussjoni, s-sur John Boxall, Sindku, ssugerixxa sabiex il-Kunsill Lokali tal-Birgu jissieheb f'dan il-progett. Il-Kunsilliera Miriam Grech ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

2.6       Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li huwa gie mistieden mil-Assocjazzjoni AVEC sabiex jippartecipa fil-laqgha ta' l-Ezekuttiv ta' din l-Assocjazzjoni, li ser issir fi 18 ta' Gunju, gewwa Parigi fi Franza. Is-Sindku qal li din l-Assocjazzjoni ser thallas il-passagg ta' partecipant min kull lokalita membru fil-bord ezekuttiv. Il-Kunsilliera Miriam Grech pproponit sabiex is-Sindku, li huwa ukoll il-Vici President ta' din l-Assocjazzjoni jippartecipa ghal din il-laqgha tal-Bord Ezekuttiv. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

2.7       Korrispondenza mil-Fondazzjoni OASI fejn talbet lil Kunsill Lokali tal-Birgu jinnomina persuna jew persuni ghal premju ta' Zghazugh tas-Sena 2008. Wara diskussjoni, s-Sinjura Miriam Grech, Kunsilliera, ssugerit sabiex il-Kunsill jinnomina zghazugh mil-grupp teatrali "Square Wheel Entertainment", liema grupp qed jghin hafna sabiex jghaqqad liz-zghazagh tal-Belt tal-Birgu. Iz-zghazugh ghandu jkunu wiehed mill-organizzaturi principali jkun fil-parametri tar-regolamenti ghal din in-nomina Is-Sindku, s-sur John Boxall, ssekonda u dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

2.8       Korrispondenza minghand is-Sinjura Miriam Grech dwar applikazzjoni ghal progett fi hdan l-Unjoni Ewropea. Il-Kunsilliera Miriam Grech qalet li hi kienet irciviet korrispondenza minghand is-sur Malcolm Mifsud dwar il-progett "Creation of a GIS to assist Town Planning". Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jippartecipa f'dan il-progett u dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

2.9       Invit minghand il-PBS sabiex il-Kunsill Lokali tal-Birgu jippartecipa f'sensiela ta' programmi televizivi dwar l-artigjannat malti. It-team tal-produzzjoni ta' dan il-programm talab li l-kunsill jiehu hsieb li jsib zewg persuni mil-lokal li jafu jsajjru ikel tipikament Malti u 20 persuna li lesti li jippartecipaw f'dan il-programm li jsir min diversi stabilimenti min Malta u Ghawdex. Barra min hekk il-Kunsill irid jipprovdi t-transport ghal Ghawdex kif ukoll donazzjoni ta' 116.50 jew 233 lil kumpanija. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa li minhabba s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Kunsill, ikun ahjar jekk l-istess Kunsill ma jippartecipax fl-imsemmi programm. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

2.10     Is-Sur John Boxall, Sindku,  ressaq ghal approvazzjoni tal-Kunsill erbgha kwotazzjonijiet ghal xiri ta’ laptop ghal ufficju tas-Segretarja Ezekuttiva, peress li l-kompjuter li qeghda tuza’ bhalissa qed ikollu diversi hsarat teknici. Is-Sindku pprezenta kwotazzjoni minghand il-kumpanija PC Options Ltd. Ghal prezz ta’ € 892.86, kwotazzjoni minghand l-kumpanija Shanelty Ltd ghal prezz ta’ € 1080, kwotazzjoni minghand l-kumpanija A to Z Electronics Ltd ghal prezz ta’ € 559 u kwotazzjoni minghand il-kumpanija Intercomp Group of Companies ghal prezz ta’ € 1300. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa li l-Kunsill ghandu jaghzel l-ahjar. Is-Segretarja Ezekuttiva ssugerit sabiex l-Kunsill jaghzel il-kwotazzjoni ta’ l-Intercomp Group of Companies peress li l-ispecifikazzjonijiet ta’ l-laptop kwottat huma tajbin hafna, kif ukoll li din il-kumpanija qed toffri 3 snin garanzija fuq parts u 12-il xahar garanzija fuq labour. Ghaldaqstant is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jaccetta il-kwotazzjoni tal-kumpanija Intercomp Ltd. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.   

2.11     Is-Sindku pprezenta kwotazzjoni ghal mejda ghal projector ghal prezz ta' € 107.48. Wara diskussjoni, il-Kunsilliera prezenti bi qbil unanimu approvaw din il-kwotazzjoni.  

2.12     Is-Sindku pprezenta ghal attenzjoni tal-Kunsilliera ittra li hu ghan-nom tal-Kunsill Lokali tal-Birgu bghat lil Onorevoli Dr. Lawerence Gonzi, Prim Ministru fejn talab sabiex issir laqgha mieghu sabiex jigi diskuss l-possibilta tal-finanzjament ta' tlett attivitajiet kbar fuq skala u livell nazzjonali, li huma l-Birgu Fest u l-Birgu By Candlelight, l-Carols by Candlelight u Hamis ix-Xirka fil-Birgu fid-Dawl tax-Xemgha. Is-Sindku nforma lil Kunsilliera li s-sur Charles Bonello, Segretarju Privat ta' l-Onor. Dr. lawrence Gonzi nforma lil Kunsill sabiex jibghat l-istimi ta' dawn l-attivitajiet. Barra min hekk is-Sindku qal li gie avvicinat mis-sur Noel Castillo, Direttur tal-kumpanija Leon Promotions, fejn talab laqgha mas-Sindku sabiex jigu diskussi diversi attivitajiet fosthom dawk imsemmija li jistghu jigu organizzat fil-Belt tal-Birgu. Is-Sindku ssugerixxa li l-Kunsill jahdem mas-sur Noel Castillo fuq dawn l-attivitajiet msemmija imma biex kollox jkun regolari ghandha tinhareg sejha ghal applikazzjonijiet. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

2.13     Ittra minghand Dun Gwann Farrugia ghan-nom tal-kumpanija U Communications Ltd. fejn nfurmaw lil Kunsill dwar il-programm televiziv fuq l-istazzjon UTV, il-programm"Waslet il-festa...mil-Kunsill". Is-Sindku qal li sabiex l-Kunsill jippartecipa f'dan il-programm li jittella fi zmien il-festa tal-lokal u li jkun programmm kollu kemm hu dwar il-Kunsill, l-istess Kunsill irid jaghti donazzjoni ta' LM 25. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jippartecipa f'dan il-programm. Il-Kunsilliera Judith Saliba ssekondat u dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

2.14     Ittra minghand is-sur Anthony Caruana, Segretarju ta' l-Ghaqda Regatta Nazzjonali fejn talab lil Kunsill donazzjoni ta' € 116.50 (Lm 50) ghal xiri ta' trophies ghar-Regatta tal-Under 18 li ser issir il-Hadd 29 ta' Gunju u l-Hadd 6 ta' Lulju, 2008. Is-sur John Boxall, Sindku, ssugerixxa sabiex il-Kunsill jaghti donazzjoni ta' Lm 50 lil Ghaqda regatta Nazzjonali. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

2.15     Ittra minghand is-Sur Joseph Zammit, Segretarju ta' l-Ghaqda Muzikali San Guzepp, fejn ghan-nom ta' l-imsemmija Socjeta talb l-permess lil Kunsill Lokali tal-Birgu biex jinharaq nar ta' l-ajru nhar il-Hamis, 10 ta' Lulju, is-Sibt 12 ta' Lulju u l-Hadd 13 ta' Lulju, fl-okkazzjoni tall-festa ta' San Guzepp mil-post maghruf bhala ix-Xewkija, fil-konfini tal-Birgu Is-Sindku ssugerixxa sabiex l-Kunsill japprova din it-talba. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

2.16     Is-sur John Boxall, Sindku, pprezenta ittra mibghuta lis-sur Mario Attard, Direttur ghad-direttorat ta' l-Ippjanar u l-Izvillup fi hdan l-Awtorita Maltija ghat-Turizmu, fejn irringrazzjah ghal approvazzjoni ta' € 8000 ghal ghajnuna mil-iskema ta' assistenza finanzjarja lill-Kunsill ghall-progett ta' Gallerija Couvre Porte. 

2.17     Is-Sindku pprezenta korrispondenza mibghuta lil Kunsill ta' Evora fil-Portugal dwar il-progett ffinanzjat mil-Unjoni Ewropea, l-progett Oralities. Is-Sindku nforma lil Kunsilliera li dan il-progett kien diga ghada mil-ewwel fazi ta' l-approvazzjoni u issa bdew il-proceduri ghat-tieni fazi. Is-Sindku ghal darba ohra ssugerixxa sabiex jekk il-Kunsill jirbah xi wiehed mil-progetti li applika ghalih, tinhareg sejha ghal applikazzjonijiet sabiex tigi mpjegata persuna fuq bazi kontratwali li tiehu hsieb progetti kollha ffinanzjati mil-Unjoni Ewropea minghajr ma tigi eskluza s-supervizzjoni tas-Segretarja Ezekuttiva.  

2.18     Ittra minghand is-sur Steve Borg u s-sur Dominic Galea dwar tnehdija tal-progett "Ommi - progett li jiccelebra l-poezija Romantika Maltija mal-Muzika. Is-Sindku qal li fl-ittra taghhom, talbu sabiex il-Kunsill joffri € 1165 (Lm 500) li jkopru li jinghataw kopji ta' l-album lil Kunsill, fuq l-album jkun hemm il-logo tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, jinghataw inviti ghat-tneddija tal-progett, kif ukoll li l-launch tigi ccelebrata l-Birgu. Wara diskussjoni, s-Sindku ssugerixxa li minhabba s-sitwazzjoni finanzjarja, l-Kunsill jista' joffri li jintuza l-area ta' Couvre Porte minghajr ebda hlas. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

2.19     Ittra minghand Dr. Martin R. Zammit fejn nforma lil Kunsill Lokali tal-Birgu dwar ix-xewqa tal-Kunsill Lokali tal-gzira Griega ta' Aegina fil-Grecja, li jaghmlu gemellag ma' Belt f'Malta partikolarment dik tal-Birgu. Wara diskussjoni, s-Sindku, s-sur John Boxall, ssugerixxa li minhabba s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Kunsill, jkun ahjar jekk, il-Kunsill ma jaccettax din l-istedina. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

2.20     Is-Sindku pprezenta brochure mil-kumpanija Lidea Events Ltd, fejn ipprezentaw attivita msejha Summer Bash 2008. Is-Sindku qal li membri min din il-kumpanija ghamlu laqgha mieghu fejn pprezentaw din l-attivita u ssugerew li din l-attivita ssir l-Birgu. Din l-attivita ser titella’ bhala fund raising ghal Fondazzjoni Puttinu Cares izda l-kumpanija Lidea Events Lts talbet li l-Kunsill joffri l-palk u d-dawl. Is-Sindku qal li huwa ssugerixxa sabiex din il-kumpanija, tkellem lis-Sindki l-ohra, tal-lokalitajiet tal-kottonera, izda sal-llum ghadu ma rcieva l-ebda risposta.   

2.21     Is-Sindku pprezenta ittra mibghuta minghand Fr. John Avellino, Segretarju tal-Kumitat Festi Esterni San Lawrenz, fejn ghan-nom tal-kumitat talab sabiex il-Kunsill jaghmel ghotja finanzjarja biex tghin fl-organizzazzjoni tal-festa ta' San Lawrenz. Is-Sindku qal li l-Kunsill diga qieghed jghin lil dan il-kumitat indirettament u fakkar lil Kunsilliera dwar il-laqgha li ser issir ma' dan il-kumitat nhar it-Tlieta 10 ta' Gunju, 2008. Is-Sindku kompla jghid li l-Kunsill irid joqghod attent minhabba l-qaghda finanzjarja tal-Kunsill, kif ukoll li din is-socjeta mhix wahda klassifikata ma’ l-ghaqdiet li l-Kunsill jista’ jghin finanzjarjament. 

3. Decizjoni dwar hrug ta' tender ghat-tindif u manutenzjoni ta' gonna pubblici fil-Birgu. Is-Sur John Boxall, Sindku, qal li t-tender ghat-tindif u manutenzjoni ta' gonna pubblici fil-Birgu kien skada u ghaldaqstant ssugerixxa sabiex il-Kunsill johrog offerta ghal din is-sejha. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

4. Decizjoni dwar hrug ta' tender ghas-servizz ta' xoghol ta' hadid. 

Is-Sur John Boxall, Sindku, nforma lil Kunsilliera li t-tender ghas-servizz ta' xoghol ta' hadid kien ser jiskadi fix-xahar ta' Awissu u ghaldaqstant issugerixxa sabiex il-Kunsill johrog offerta ghal din is-sejha. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

5. Prezentazzjoni tar-Rapport Finanzjarju. 

Is-Sindku ssugerixxa sabiex ir-Rapport Finanzjarju jigi diskuss fil-laqgha tal-Kunsill li jmiss peress li tnejn mil-kunsilliera kienu skuzati milli jattendu. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

6. Il-Konferenza tal-Progett PRISMA 

Is-Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li l-konferenza tal-progett PRISMA ser issir bejn il-Gimgha 13 u s-Sibt 14 ta' Gunju, 2008 f'Couvre Porte. Is-Sindku qal li l-Kunsill ma kienx talab kumpens ghal l-ispejjez lil ITS - Institute of Tourism Studies ghal uzu ta' Couvre Porte minhabba li l-Kunsill kien indirettament involut f'din il-konferenza. Is-Sindku fakkar lil Kunsilliera li huma mistiedna sabiex jattendu ghal konferenza kif ukoll ghal attivita li ser titella l-Gimgha 13 ta' Gunju, fejn ser titella attivita teatrali taht id-direzzjoni tas-sur Lino Farrugia bit-titlu "Il-Bakkanti". Barra min hekk is-Sindku nforma lil Kunsilliera li l-ghada s-Sint 14 ta' Gunju, l-istess attivita ser titella' ghal mistednin li jixtieq jistieden il-Kunsill u l-inviti ghal din l-attivita gew maghmulha mil-Istitut ghat-Turizmu.  

7. Kuncert ta' kwintett Amerikan bil-kollaborazzjoni ta' l-Ambaxxata Amerikana.  

Is-Sur John Boxall, Sindku nforma lil Kunsilliera prezenti li l-Kunsill gie avvicinat mil-Ambaxxata Amerikana u gie nfurmat li l-Ambaxxatrici Amerikana xtaqet li flimkien mal-Kunsill taghmel kuncert muzikali mil-U.S. Navy Band Europe, 'Top Brass Band' nhar is-Sibt 5 ta' Lulju, 2008, fil-Birgu. Is-Sindku ssugerixxa sabiex il-Kunsill jilqa' din l-istedina u zied jghid li dan il-kuncert ghandu jsir f’Couvre Porte. Is-Sindku kompla u qal li l-Kunsill ser jiehu hsieb d-dawl u l-PA system kif ukoll s-siggijiet ghal okkazzjoni. Dwar dan kien hemm qbil unanimu. 

9. Jum il-Birgu. 

Is-Sindku, s-sur John Boxall, ssugerixxa sabiex din is-sena c-celebrazzjoni ta' Jum il-Birgu tinghata xghira differenti u tigi ccelebrata fuq skala izghar. Is-Sur Boxall ssugerixxa sabiex il-Kunsill jorganizza "son e lumiere" ghal Jum il-Birgu. dwar dan kien hemm qbil unanimu. Wara diskussjoni, s-sur John Boxall, Sindku, talab l-fakulta lil Kunsilliera prezenti sabiex jitkellem mas-sur Noel Castillo dwar l-attivitajiet li jistghu jigu organizzati ghac-celebrazzjoni ta' Jum il-Birgu. Dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

10. L-attivita ta' Risottata nkonnessjoni mal-gemellag ma' Casorate Sempione, fl-Italja.  

Is-Sindku nforma lil Kunsilliera li wara laqgha li kellhu ma' rapprezentanti tal-kumpanija Future Focus gie ssugerit sabiex issir attivita ta' risottata nkonnessjoni mal-gemmellag ma' Casorate Sempione, fl-Italja, liema attivita tista' ssir nkonnessjoni ma' l-attivitajiet ta' Jum il-Birgu. Is-Sindku zied jghid li l-kumpanija Future Focus kellha tkellem ukoll lil Awtorita Maltija ghat-Turizmu sabiex tiffinanzja din l-attivita. 

 11. Affarijiet Ohra 

Is-Sindku ressaq ghall-approvazzjoni tal-Kunsill il-lista ta’ pagamenti dovuti mill-Kunsill. Wara diskussjoni, is-Sindku, ppropona li din il-lista tigi approvata. Is-Sinjura Judith Saliba, Kunsilliera issekondat dan il-proponiment u dwar dan kien hemm qbil unanimu.  

Il- laqgha ntemmet fid-9:00 ta' filghaxija.     

 ___________________________                                          ________________________

Christine Bonello                                              ikkonfermati    John Boxall

Segretarja Ezekuttiva                                                                             Sindku

 

 

 

 

gov.mt Official Website

AVEC

Qualicities

Members of the ARCHIMED program

Cultel

Fondazzjoni Wirt Artna

heritage malta birgu

Kazin Ghaqda Filarmonika Birgu

Dominicans Convent Website

San Lawrenz

San Lawrenz

Vittoriosa Historical and Cultural Society

Rotary Club La Vallette

Vittoriosa Lightenings FC

Vittoriosa Stars FC

Walled Towns Friendship Circle

Malta and Gozo Restaurant Guide

 
 
Website Design & Development by jcmwebs