Il-Kunsill Lokali tal-Birgu jippartecipa ukoll fl-'Inizjattiva Lokalitajiet Indaf'
Is-Sibt 17 t’Ottubru, 2009, il-Kunsill Lokali tal-Birgu ngħaqqad ma’ diversi Kunsilli Lokali madwar Malta u Għawdex fejn matul ix-xahar t’Ottubru, niehdu diversi kampanji u attivitajiet edukattivi bl-għan prinċipali li titqajjem kuxjenza favur il-ħarsien u l-konservazjoni ta’ l-ambjent u lokalitajiet indaf. Din il-kampanja edukattiva qed tiġi mħeġġa u mqajma mis-Segretarjat Parlamenti għad-Djalogu Pubbliku u l-Informazzjoni u min-naħa tad-Dipartiment tal-Gvern Lokali bl-għajnuna ta’ dawk il-kunsilli li għazlu li jipparteċipaw, fosthom, il-Kunsill Lokali tal-Birgu. Bħala parti min din l-kampanja edukattiva, is-Sibt 17 t’Ottubru, 2009, il-Kunsill Lokali tal-Birgu bil-kollaborazzjoni tal-Vittoriosa Stars Youth Nursery organizza inizjattiva sabiex jitnaddaf “Ġnien il-Kunsill”, il-post magħruf bħala “Il-Foss” li ghal bosta snin dan il-post kien sdingat u abborit min kulhadd. |
|
























